Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37242 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-boundary walls għoljin tal-ġebla franka li qegħdin jinbnew bħala ħitan ta' l-għelieqi bħala parti mil-bini tat-triq mis-Salini sa' San Pawl tat-Tarġa (eżatt taħt San Pawl tat-Tarġa) humiex koperti bil-permessi tal-MEPA.

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36624.

Furjana — Latrina pubblika

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-latrina pubblika fix-Xagħra tal-Furjana terġa' tinfetaħ?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37244 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Karozzi Ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 37125, jista' l-Ministru jgħati d-dettalji mitluba fir-rigward tal-Ministeru u s-segretarjat parlamentari li jaqgħu taħtu kif ukoll tac-chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs ma inxtrawx karozzi ġodda sabiex jintużaw mill-Personnel tas-Segretarjat Privat tiegħi jew dawk tas-Segretarjat Privat taż-żewġ Segretarji Parlamentari. L-informazzjoni mitluba fil-konfront ta' Diretturi ta' Dipartimenti u Chairman ta' azjendi li jagħmlu parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi hija kif ġej: Toyota Corolla mixtrija Lm5,800 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika. Toyota Corolla mixtrija Lm5,820 użatha mid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Kummerċ. Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur tad-Direttorat għas-Servizzi tal-Kummerċ. Ford Focus mixtrija Lm7,020 użatha mid-Direttur tal-Policy & Regulatory Services Directorate. Toyota Corolla mixtrija Lm8,500 użatha mill-Kap Eżekuttiv ta' l-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Standardizzazzjoni) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti għall-Konsum u għall-Industrija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Ford Focus mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Oġġetti ta' l-Ikel, Kimiċi u Kosmetiċi) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Citroen Picasso mixtrija Lm7,000 użatha mid-Direttur (Metroloġija) fl-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards. Honda Accord mixtrija Lm6,910 użatha mis-Segretarju Permanenti. Ford Focus mixtrija Lm4,963 użatha mid-Direttur tar-Review fil-Ministeru. Hyundai Accent mixtrija Lm5,782 użatha miċ-Chairperson ta' l-Awtorita' Maltija ta' l-Istatistika. Ford Focus mixtrija Lm4,860 użatha mid-Direttur (Operations) fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni. Volkswagon Bora mixtrija Lm9,000 użatha miċ-Chairman ta' l-IPSE.

Awtorita' tad-Djar — Konsulent

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37176 u r-risposta sussegwenti, jista' l-Ministru jgħid il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ġiex terminat l-impjieg tagħha u jekk fuq il-post issejħet anke l-pulizija esekuttiva sabiex tiġi ordnata toħroġ 'il barra mill-Awtorita' tad-Djar (Bini) f'każ li toġġezzjona hekk kif tiġi mogħtija l-ittra ta' terminazzjoni ta' impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma ngħatat ebda terminazzjoni ta' mpjieg mill-Awtorita' tad-Djar u fil-fatt għadha taħdem fil-bini ta' l-Awtorita'.
Leg 9 PQ #37247 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Investiment

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost dwar investiment li minn Lm204.000 għandu jaqbeż il-Lm1 miljun? Minn fejn huwa maħsub li ġejjin il-flus biex issir tali żieda fl-investiment mill-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed tintalab hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess kummerċjali ta' l-azjenda li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #37248 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Reinstatement fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-ħaddiema tal-Maltapost li għandhom jiġu reinstated fis-servizz pubbliku? B'liema kondizzjonijiet in konnessjoni ma salarji għandu jsir dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin negozjati bejn il-Gvern, il-Maltapost u l-Union dwar din il-materja u għaldaqstant għadu prematur biex jingħataw dettalji.

Dipartiment tad-Djar — Impjegata

Question

B'referenza għal persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk: a) hijiex impjegata mad-dipartiment tad-djar, manutenzjoni u kostruzzjoni fuq bażi kuntrattwali; b) jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tagħha; u c) ir-raġuni li għalih din ġiet impjegata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant la hi mpjegata mad-Dipartiment indikat u lanqas hi marbuta b'kuntratt iżda qed tipprovdi servizz klerikali temporanju li titħallas għalih skond is-siegħat li taħdem.
Leg 9 PQ #37250 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Tobba/dentisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u dentisti li jaħdmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Kemm saru żjajjar s'issa fl-iskejjel f'din is-sena skolastika? Kemm kien hemm studenti li wżaw is-servizzi tagħhom? L-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti jingħataw dan is-servizz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm jaħdem tabib wieħed. Huwa għamel 23 żjara fl-iskejjel matul din is-sena skolastika u ta taħditiet lil klassijiet sħaħ. L-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti li jagħmlu talba jingħataw dan is-servizz. Xogħol ta' screening u tilqim ta' studenti isiru mit-Taqsima 'School Health Services' tad-Diviżjoni tas-Saħħa, filwaqt li l-'School Dentist Service' ta' l-istess Diviżjoni twettaq ukoll l-iscreening neċessarju. Għal informazzjoni aktar dettaljat dwar is-servizzi offruti minn dawn ta' l-aħħar nitlob lill-Onor. Membru jpoġġi l-Ministoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37251 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa matul din is-sena fuq fuel użat fil-pixxina nazzjonali? Min hu d-distributur li jissupplixxi dan il-fuel? Jista' jgħid jekk joħorġux offerti minn żmien għal żmien? Jekk le, għaliex? Kemm tħallas s'issa minn dan il-kont?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa matul din is-sena n-nefqa fuq fuel għall-Pixxina Nazzjonali hija Lm48,320. S'issa minn dan il-kont tħallsu Lm17,241. Id-distributur huwa Mark Cassar li kien intgħażel wara li ħarġet sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #37252 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jinstabu b'kuntratt mal-Maltapost fid-dawl tat-tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-kumpannija proġettat? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm minn dawn u kemm minnhom jinsabu fil-management level?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37253 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attrezzar kontra n-nirien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskejjel f'Malta u Għawdex humiex attrezzati biex jaffrontaw nirien? Hemm obbligu fil-liġi li jkun hemm tagħmir biex jiġu miġġieleda nirien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel huma attrezzati b'tagħmir tat-tifi tan-nar skond kif jitolbu r-Regolamenti ta' l-2002, dwar Ħtiġijiet Minimi ta' Saħħa u Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol.
Leg 9 PQ #37254 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Ħaddiema

Question

In konnessjoni mat-tnaqqis maħsub fil-work force tal-Maltapost b'madwar 266 impjegat, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx b'mod konsenswali mal-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li dwar din il-materja għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern, il-Maltapost u l-Union, ma jkunx prudenti li wieħed jagħti dettalji.
Leg 9 PQ #37255 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Struzzjonijiet f'każ ta' Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għalliema u l-istudenti jingħatawx struzzjonijiet dwar kif għandhom jaġixxu fil-każ li jiżviluppa nar f'xi skola? Isiru fire drills regolari biex kulħadd ikun ippreparat jekk Allaħares qatt ikun hemm xi bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema u l-istudenti kollha jingħataw struzzjonijiet dwar kif għandhom jaġixxu fil-każ li jiżviluppa nar fi skola. Sa l-aħħar ta' Diċembru 2002 ikun sar "fire drill" f'kull skola statali ta' Malta u Għawdex. Huwa ppjanat li dawn ikomplu jsiru regolarment.
Leg 9 PQ #37256 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Delivery hub

Question

In konnessjoni mal-Maltapost, jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż huwa maħsub li jkun hemm biex jinħolqu delivery hubs? Kemm hu maħsub li jkun in-numru tal-work force f'dawn id-delivery hubs?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #37257 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti lokali u barranin il-Maltapost? X'inhu s-salarju ta' dawn it-tali u kwalunkwe benefiċċji oħrajn li jmorru mal-kariga?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #37260 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bar Coding

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 36921, meta fil-fatt inbeda l-proġett tal-bar coding? Kemm sewa flus sa issa u x'jinvolvi dan f'infieq ta' flus? X'kienet ir-raġuni li dan il-bar coding ma tlestiex matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36921 li s-sistema tal-Bar Coding fil-Pitkalija għadha ma ġietx introdotta. S'issa ma kien hemm l-ebda nfieq ta' flus fuq din is-sistema. Ir-raġuni li dan il-Bar Coding għadu ma sarx hu minħabba tibdil fl-operat li jrid issir fil-Pitkalija.

Triq il-Latmija — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir resurfacing ta' Triq il-Latmija - jiġifieri t-tul tat-triq kollha bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn? Jista' l-Ministru jgħid x'titjib se jsir biex jitneħħew il-perikoli ta' bends li fiha din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi Triq il-Latmija hija triq asfaltata u l-manutenzjoni tagħha issir mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #37262 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm hemm talbiet pendenti (jiġifieri mhux milqugħa s'issa) għal facilitators fl-iskejjel prmarji ta' 1) Ħaż-Żabbar 2) Żejtun 3) Wied il-Għajn

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' talbiet pendenti għal facilitators fl-iskejjel primarji imsemmija huma kif ġej: Ħaż-Żabbar - 13 Żejtun - 5 wied il-Għajn - 7
Leg 9 PQ #37263 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ilma tat-tisqija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet isiru fuq l-ilma tat-tisqija li jintuża f'Sant Antnin f'Wied il-Għajn, Żabbar u Żejtun?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ilma tat-tisqija mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn jiġi ttestjat regolarment għall-imluħa mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura. Testijiet oħra jsiru mid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Leg 9 PQ #37264 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Traffic Service

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, r-rapport tal-ftehim kollettiv li sar mal-ħaddiema tal-Air Traffic Service hekk kif intqal fil-mistoqsija parlamentari nru. 37177?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li skond il-ftehim li sar f'April ta' l-1998, meta impjegati tal-Forzi Armati ta' Malta u tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili ġew fir-responsabbilta' tal-kumpanija Malta International Airport, il-ftehim kollettiv eżistenti f'dak iż-żmien ġie japplika għalihom ukoll. Dan kien ftehim industrijali li kien sar bejn il-Malta International Airport u l-Union Ħaddiema Magħqudin. Il-Malta Air Traffic Services tat għarfien liż-żewġ unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema fl-azjenda għal skop ta' rappreżentanza tal-ħaddiema. Il-Malta Air Traffic Controllers Association tirrappreżenta lill-impjegati operattivi, jiġifieri kontrolluri u assistenti kontrolluri. Din l-Assoċjazzjoni tinsab fi stadju ta' negozjar ta' ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Air Traffic Services. Il-General Workers' Union tirrappreżenta l-kumplament tal-ħaddiema ta' l-azjenda, jiġifieri il-communicators, it-tekniċi u l-industrijali. Il-Kumpanija qed tistenna l-proposti ta' l-Union biex ikunu jistgħu jinbdew in-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati membri ta' din il-Union.