Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37189 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-btieħi li hemm wara d-djar li jinsabu fi Triq Philip Pullicino, Mtarfa, li huwa passaġġ pubbliku li jiġi wara d-djar tan-nies, għadu sallum bla dawl għalkemm diġa` tlestew l-installazjonijiet tad-dawl ma l-art stess? Jarax l-Ministru li dan jimmerita attenzjoni speċjalment meta riċenti l-pulizija kienu qed ifittxu xi żgħażagħ fl-area li kienu qed jużaw il-post għal vizzju tad-droga.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-dawl li qed issir riferenza għalih ma huwiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta. Meta l-Korporazzjoni tirċievi l-applikazzjoni relattiva, is-servizz meħtieġ jingħata.

Mtarfa — Tranġar ta' Gate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli l-gate pubblika li riċentament inġibdet b'xi scammel u sejra taqa' u tikkawża xi inċident aktar gravi, li tinsab bejn Triq Antonio Ellul, u Triq il-Kaptan, Mtarfa, ssir it-tiswijiet fuqha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #37191 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex bozza fit-triq li qedha titgħattha b'siġra fl-Imtarfa faċċata tan-numru 46, Triq l-Imtarfa, Mtarfa, titneħħa u titpoġġa fejn tista' tagħti d-dawl jew inkella, tiġi miżbura s-siġra li dejjem qed tagħti l-bozza.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni, jirriżulta li hemm bżonn li jinżabru s-siġar li hemm fil-post. Id-dipartiment ta' l-Agrikoltura ġie nfurmat b'dan.
Leg 9 PQ #37192 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Użu ta' l-Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx xi forma ta' statistika dwar gender digital divide, partikolarment biex ikun stabbilit: 1. jekk hawnx aktar irġiel minn nisa li jużaw l-internet f'Malta? 2. jekk in-numru ta' nisa li huma computer illiterate huwiex ogħla minn dak ta' l-irġiel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'Lulju li għadda l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika nieda ICT Survey fost elf u ħames mitt household. Bħalissa t-tweġibiet qed ikunu ivverifikati u huwa ttamat li r-riżultati ta' dan is-survey jitħabbru fil-futur mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #37193 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Patrols

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qedx isiru patrols aktar spissi fl-inħawi tal-housing estate ta' taż-Żwejt minħabba rapporti li wasluli mingħand residenti dwar problemi ta' serq u traffikar ta' drogi fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda kemm fil-lokalita` imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni attwali dwar maintenance ta' lifts fil-housing estates tal-Gvern meta jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-inkwilini dwar maintenance costs? Ma jistgħux isiru t-tiswijiet meħtieġa mill-housing authority u jiġu miżjuda mal-kera ta' l-inkwilini ikkonċernati peress li jista' jkollok sitwazzjoni bħal ma hemm f'entratura A, Binja Indipendenza, Triq il-Qalbiena, taż-Żwejt, fejn hemm lift li ilu wieqaf ftit anqas minn tliet snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fejn ikun hemm diżgwid bejn l-inkwilini dwar il-ħlas indikat mill-Onor. Interpellant il-kwistjoni tista' tiġi regolata skond il-liġi dwar il-Kondominju. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kirjiet ta' l-appartamenti tal-Gvern jitħallsu lid-Dipartiment ta' l-Artijiet u mhux lill-Awtorita' tad-Djar.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi riveduta l-kera ta' l-inkwilin li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu under separate cover minħabba li din għolietlu f'din l-aħħar sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien informat illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex ikun hemm bozza li tarmi aktar dawl qrib Entratura F, Binja 21.9.64 taż-Żwejt minħabba li l-inħawi għadhom mudlama.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-dawl tat-triq nitolbu jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena ma kien hemm ebda żidiet fit-tariffi amministrattivi fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #37198 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2002 kien hemm zieda ta’ xi centezmi f’xi servizzi li jaghtu l-Forzi Armati ta’ Malta kif jidher fit-tabella hawn taht. Servizz Provdut Rata fis-Siegha qabel l-2002 (Lm) Zieda fir-rata fis-siegha (centezmi) Rata gdida fis-siegha (excl. Vat) (Lm) Xoghol ta’ sigurtà jew skorta ma’ banek kummercjali, l-Korporazzjoni ta’ l-Ilma u Dipartimenti tal-Gvern 2.91 6c 2.97 Skorta ta’ flus 32.77 33c 33.10 Iccekkjar tal-posta ghal splussivi 9.67 36c 10.03 Iccekkjar tal-post ta’ l-irmigg fil-Port il-Kbir qabel ma bastiment tal-passigieri ( passenger cruise liner ) jidhol fil-port. * - - 50.00 * Servizz gdid

Ħal Għaxaq — Kamra tan-nar

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 37179 fuq il-karma tan-nar ta' San Ġużepp f'tal-Garda l/o Għaxaq, jista' il-Ministru jgħid x'rakkomandazzjonijiet kellu wara li hu rrefera l-każ lill-Awtorita' tat-Trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi wara saret spezzjoni fil-lokalita' mill-Awtorita' dwar it-Trasport irriżulta li hemm żewġ toroq illi jwasslu għall-kamra tan-nar. Peress illi ż-żewġ toroq huma outside development zone ser isiru diskussjonijiet ma' l-Awtorita' għall-Ambejnt u l-ippjanar biex ikun jista' jiġi deċiż x'l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #37212 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Kappella tal-Kunċizzjoni/trinka

Question

Jista' il-Ministru jara li t-trinka li saret sabiex jgħaddu l-cables fejn il-kappella tal-Kunċizzjoni i/o Rabat, tingħalaq peress li għalkemm ilha li saret aktar minn sena ma sar l-ebda xogħol ieħor u qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' dawn l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jindika x'tip ta' cables qed jirreferi għalihom sabiex it-talba tkun tista' tiġi ndirizzata lill-azjenda relattiva.

Rabat — Restawr ta' arkata

Question

B'referenza għax-xogħol ta' restawr li qiegħed isir ta' l-arkata li hemm mal-ġenb tal-kappella tal-Kunċizzjoni l/o Rabat, jista' il-Ministru jara li tinqala' s-siġra li hemm ma' l-arkata peress li l-għeruq ta' din is-siġra qegħdin jagħmlu l-ħsara fil-pedament ta' l-arkata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' restawr li qed isir fuq l-arkata li hemm mal-ġenb tal-kappella tal-Kunċizzjoni l/o Rabat, jinkorpora wkoll it-tneħħija ta' l-għeruq tas-siġra li tinsab ma' ġenb il-pedamenti ta' l-arkata.
Leg 9 PQ #37214 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Xogħol imwettaq

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'referenza għax-xogħol li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul dawn l-aħħar tnax il-xahar. X'tul sar ta' main renewals? X'tul sar ta' extensions? Kemm ingħataw servizzi ġodda?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Ħaddiema ta' Dar il-Mediterran

Question

Jista' l-Onorevoli Ministru jispjega u jagħti dettalji ta' kif u meta ser jattwa sentenza tat-Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji fis-7 ta' Frar 2002 konċernanti l-ħaddiema ta' Dar il-Mediterran. Japprezza il-Ministru li issa għadda żmien konsiderevoli minn meta t-Tribunal afferma li huma kienu sofrew inġustizzja u ta' r-rakkomandazzjonijiet appożiti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #37216 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Kawżi maqtugħa

Question

Jista' l-Onorevoli Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji kontra xi dipartiment jew entita' governattiva u jagħti d-dettalji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li minn meta twaqqaf it-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ Ingustizzji gew decizi 656 applikazzjoni. Minn dawn 187 inqatghu favur Dipartimenti tal-Gvern u 203 inqatghu kontra, 113 favur entitajiet governattivi u 144 inqatghu kontra. Kien hemm 9 applikazzjonijiet li kienu kemm kontra Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll entitajiet governattivi. Minn dawn 6 inqatghu favur id-Dipartimenti tal-Gvern/Entitajiet Governattivi u 3 kontra. B’kollox 306 favur Dipartimenti tal-Gvern/Entiatjiet Governattivi u 350 kontra. Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ l-applikazzjonijiet decizi mit-Tribunal.

Servizz ta' Mini bus — Imsida/Sptar

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li, b'mod speċjali matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu, jinbeda servizz ta' Mini Bus li minn ħdejn l-istages li hemm fl-Imsida viċin l-istabbiliment Tikams iwassal lill-anzjani u persuni b'diżabilita' li jkunu waslu bil-karozzi tal-linja sa l-isptar San Luqa u b'hekk jiffrankaw it-telgħa fatiguża li mill-Imsida twassal sal-isptar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol għat-trasport bi skeda jirrigwardja lill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. L-imsemmija talba ser tiġi diskussa internament fid-Direttorat għat-Trasport Pubbliku kif ukoll flimkien ma' l-Assożjazzjoni għat-Trasport Pubbliku.
Leg 9 PQ #37218 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Xatt f'tas-Sliema — Kamra ħdejn il-venda tal-linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'hiex ser tkun tikkonsisti kamra tal-ġebel li qed tinbena fix-Xatt f'tas-Sliema ħdejn il-venda tal-karozzi tal-linja? Jista' jgħid jekk din għandhiex il-permess meħtieġa ta' l-Awtoritajiet kompetenti? Jista jgħid minn min qed tinbena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-kamra li ġiet indikata mill-Onor. Interpellant ser tintuża sabiex tipprovdi fejn ser jitpoġġew makni tal-biljetti u faċilitajiet ancillari, inkluż canopy. Din il-kamra se jkollha finishing bil-panelling ta` l-injam biex jiblendja ma` l-ambjent marittimu tax-Xatt ta` Tas-Sliema. Fil-fatt din il-kamra qed tinbena mill-Awtorita` dwar it-Trasport ta` Malta skond il-permess ta` Żvilupp PA1404/02.
Leg 9 PQ #37219 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Skema għall-kuntratturi

Question

Jista' l-Onorevoli Ministru jispjega u jagħti dettalji dwar il-policy li qed jadepora fejn nies tiegħu qed jiġu kuntrattati lill-privat? Jista' jispjega min huma l-kuntratturi li qed jipparteċipaw f'din l-iskema? Jgħid kemm mill-ħaddiema fid-Dipartiment ġew assenjati? Jgħid taħt liema disposizzjoni ta' liġi jew regolament sar dan l-arranġament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-policy tkun addottata fil-każ ta' Public Private Partnership, hi li l-ħaddiema tal-Gvern qegħdin jiġu deployed ma' kumpannija jew konsorzju privat li jieħu r-risponsabbilta' tal-management tagħhom. Il-ħaddiema jibqgħu bl-istess kundizzjonijiet ta' impjieg li kellhom qabel id-deployment u f'ċerti każi l-ħaddiema jistgħu anki jibbenifikaw minn flexibility u/jew performance bonus. Fir-rigward ta' l-ewwel ftehim li sar, il-konsorzju magħżul hu Environment Landscapes Consortium Limited, magħmul minn erba' kumpanniji: Peter Calamatta Garden Shop and Nursery Ltd., Dr Adrian's Garden Centre Co. Ltd., Green Supplies Ltd., u Polidano Environs Ltd. In-numru tal-ħaddiema deployed mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura hu 301. Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-partiċipazzjoni ta' impjegati tal-Gvern f'din l-iskema qed issir skond ftehim milħuq mat-Trade Unions fil-31 ta' Ottubru 2002.
Leg 9 PQ #37220 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

E-Government

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta matul din il-leġislatura ġiet mgħoddija minnu r-responsabilita' tal-E-Government lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

“e-Government” tqieghed fid-dekasteru tal-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali fl-4 ta’ Dicembru 2000.