Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FSM) ħaditx loan minn xi bank lokali? Jekk fl-affermattiv liema hu l-bank jew banek? Kemm hu l-ammont ta' self? Kemm hu l-imgħax fuq dan is-self? F'kemm żmien huwa mistenni li l-FSM tħallas lura dan id-dejn? Il-Gvern qed jagħmel tajjeb għal dan id-dejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ħadet loan mill-Bank of Valletta PLC. Il-Fondazzjoni għandha faċilita ta` loan ta` LM25 miljun lira u sa llum kien hemm LM10,541,708 minnhom li ġew utilizzati. L-imgħax fuq is-self huwa ta` 4.8% per annum. Dan is-self huwa mistenni li jkun imħallas f'salt (lump sum) sal-31 ta` Diċembru 2002. Il-Gvern Malti għamel garanzija għal dan il-loan.
Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk l-impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li huma ntitolati għal Lm150 fix-xahar fuel allowance jiħdux din l-allowance kollha fix-xahar jew jekk jiħdux biss l-ammont skond l-irċevuti li huma jippreżentaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-allowance li titħallas lil xi mpjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tammonta għal Lm155 fix-xahar u m'hiex sempliċiment fuel allowance. Din l-allowance tkopri l-użu tal-karozza privata għal skopijiet ta' xogħol, spejjeż ta' konsum ta' fuel, spejjeż oħra tal-vetturi kkonċernati (eż. insurance, liċenzji, etċ) u wear and tear. Peress li din l-alllowance hija lump sum tifforma parti mis-salarju u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg, kif deskritt fil-kuntratt tax-xogħol u għalhekk ma jiġux ippreżentati rċevuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-mediċini għall-kura li tingħata lill-pazjent li jkun ibati minn Hepatite B? Jista' jgħid kemm hu t-tul tal-perijodu ta' din il-kura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fid-domanda Parlamentri Numru 37319.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sena b'sena fl-1999, 2000, 2001, 2002 minn infermiera jew qwiebel barranin biex jaħdmu f'Malta jew mal-Gvern jew mal-privat? F'kull każ x'nazzjonalita' kellhom, u min minnhom ġie approvat u ngħata liċenzja biex jaħdem f'Malta mal-Gvern jew mal-privat? Kemm ġew approvati liċenzji biex jaħdmu mal-privat u kemm ġew approvati biex jaħdmu mal-Gvern? Kemm hemm każi pendenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li applikant għall-Akkomodazzjoni Soċjali għand id-Dipartiment tad-Djar bin-numru tal-file H0 3690 inqata'? Jista' jgħid meta dan inqata' u r-raġunijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nformat illi l-applikazzjoni msemmija ġiet ikkanċellata f'Novembru 1991 wara li l-applikant naqas milli jirrispondi kwestjonarju li ntbagħtlu.
Jista' il-Ministru jindaga x'inhi r-raġuni li l-okkupant fi Flat 2, Belveder, Triq Sant Anna, Tarxien qiegħed ibati regolarment minn dawl baxx ħafna?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35669, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, skola skola, sena b'sena, hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002, subien u bniet għalihom għall-iskejjel kollha statali f'Malta u Għawdex kif ukoll lista ta' l-impjegati kollha, skola skola, sena b'sena, għal dawk li jaħdmu ġo klassi wkoll għal dawk li mhux assenjati klassi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35667, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' xogħlijiet u pagamenti billi juri meta saru u lil min mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada fil-perjodu 1 ta' Jannar 2002 sal-lum fir-rigward tal-liċeo tas-subien f'Kordin u ta' l-iskola primarja ta' Tal-Pieta' filwaqt li jgħid ukoll x'pagamenti huma antiċipati li jsiru xahar b'xahar mil-lum sal-31 ta' Diċembru 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħlijiet li saru fl-iskola ta' Kordin u tal-Pieta` huma dawn:
Kordin:
* Xogħol ta' twaqqigħ u bini li sar minn Kalaxlokk Co. Ltd.
Valur: Lm30,804.66, li minnu tħallas Lm27,593.05
* Xogħol ta' finitura li sar/qed isir minn Camray Contractors Ltd.
Valur: Lm25,535.00
* Xogħol ta' aluminium, soffit u injam, li sar minn Marsalite Ltd.
Valur: Lm17,258.00
* Xogħol ta' elettriku li għadu qed jiġi aġġudikat
Valur: Lm7,969.00 (stimat)
* Xogħol ta' tikħil u żebgħa li sar minn Kalaxlokk Co. Ltd.
Valur: Lm18,000.00
Pieta`:
* Tibjid u tikħil ta' klassijiet, kuriduri u s-sala,
* Tiġdid ta' faċilitajiet sanitarji,
* Bdil ta' madul (fejn kien hemm bżonn),
* Bdil ta' aperturi li kienu deterjorati jew li kienu nieqsa.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija paralementari 35663, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' l-infiq, pagament b'pagament, li saru mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 1998 għall-voti tal-construction and adaptation works in government schools u tar-refurbishment and maintenace for government schools rispettivament, it-tnejn voti kapitali?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix il-prassi li jinġabar it-tagħrif dettaljat kif qed jitlob l-Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35814, jista' jgħid f'kull skola tal-gvern ta' Malta fil-livell differenti, meta daħlet l-uniformi li qed jilbsu bħalissa l-istudenti? Kemm-il darba nbidlet fl-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn l-istamperija tal-gvern se tixtri makna four colour meta flus fl-estimi m'hemmx ivvotati għaliha u meta din il-makna tiswa madwar Lm300,000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Istamperija tal-Gvern mhux ser tixtri makna Four Colour.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn il-gvern ma jridx li jiġi appuntat direttur ġdid għall-istamperija tal-gvern meta dan il-post diġa` ilu battal ix-xhur? F'dan il-każ ta' nuqqas ta' direttur, min se jiġġudika t-tender li tikkonċerna x-xiri ta' makna ta' aktar minn Lm300,000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Istamperija tal-Gvern ghandha agent Direttur mis-17 ta’ Awissu 2002. Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija Parlamentari numru 36586.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 19838 li tikkonċerna l-lokalita` tal-Mosta
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal numru ta' mistoqsijiet parlamentari li saru minn diversi membri tal-kamra minn żmien għal żmien fuq dan il-proġett u għalhekk ma hemmx xejn aktar xi nżid fuq informazzjoni li diġa ngħatat.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari 30872 dwar in-nursery ta' Wied Inċita
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-1 ta' Novembru 2002, in-nursery ta' Wied Inċita bdiet titmexxa mill-Environment Landscapes Consortium Ltd.
Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema huma dawk miftehma bejn il-Gvern u l-unions li ffirmaw il-ftehim.
Dawn il-kundizzjonijiet ġew negozjati mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u saru fl-aħjar interess tal-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 29505 dwar il-produzzjoni agrikola organika fil-kulleġġ tal-biedja.
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura waqqaf serra għat-tkabbir tal-ħxejjex u fjuri bis-sistema organika. It-tagħlim dwar is-sistema organika ġie ntrodott fil-kulleġġ is-sena skolastika li għaddiet.
L-istudenti qegħdin jieħdu sehem fi proġett dwar is-sistema flimkien ma' studenti u għalliema mill-Awstrija u mill-Italja permezz tal-Programm Leonardo da Vinci ta' l-Unjoni Ewropeja.
Il-Kulleġġ daħal bi sħab ma' NGO Franco S1 u mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jipprovdi tagħlim u taħriġ fuq din is-sistema għaż-żgħażagħ ta' bżonnijiet speċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien s-serqiet rapportati bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena. Kemm ġew rapportati li nsterqu flus u deheb? Kemm fil-fatt ġew rapportati serqiet mid-djar residenzjali?
Response (BORG, TONIO)
Dwar in-numru ta` każi irrappurtati lill-Pulizija ta` serq u ta` serq minn residenzi bejn Jannar u Ottubru 2002, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 31608, 33274, 32899, 33173, 34977, 34979, 35392, 35394, 36655 u 36657.
Dwar kemm ġew irrappurtati li insterqu flus u deheb fl-istess perijodu ninsab infurmat kif ġej:-
Flus Maltin - Lm514,854
Flus Barranin - Lm 39,038
Ġojjelli - Lm168,819
L-informazzjoni rigward il-valur ta` oġġetti misruqa huwa kif ġie irrappurtat lill-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw għaxar vetturi. Dettalji jinsabu fit-tabella hawn taħt.
Karozza u Marka
Min już
a l-karozza
Valur
(LM)
Ford Focus
Direttur, Office of Review
4,860
Ford Focus
Direttur, Policy & Planning
4,860
Jaguar
Ministeru
13,800
Peugeot Partner
Ministeru
4,542
Nissan Vanette
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika
6,763
Subaru Sambar
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika
4,150
Subaru Sambar
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika
4,150
Renault Megane
Direttur Institutional Health
5,555
Citroen C5
Kap Eżekuttiv, Sptar Mater Dei
11,115
Citroen C5
Kap Eżekuttiv, Sptar Monte Carmeli
11,615
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad ma hemmx servizz ta' telephone boot u wkoll kaxxa ta' l-ittri fl-Imtarfa fl-inħawi tat-triq Philip Pullicino, Mtarfa
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill- Onor. Intepellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.