Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtrat karta u kartun għall-istamperija tal-gvern bis-sistema tal-local purchase order u mingħand liema aġent fil-perjodu Jannar sa Diċembru 2001 u Jannar sa Awissu 2002?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninstab infurmat li l-Istamperija tal-Gvern nefqet l-ammonti indikati hawn taht bis-sistema ta’ “Local Purchase Order” f’xiri ta’ karti u kartun:
Jannar 2001 – Dicembru 2001: Lm11,099.246
Jannar 2002 – Awissu 2002: Lm11,195.48
Il-Karta u l-kartun gew mixtrija minghand dawn l-agenti:
Jannar – Dicembru 2001
Jannar – Awissu 2002
Frank S Portelli
Kasco Trading Ltd
Arrowshift Contracts Ltd
Beck Graphics Ltd
M Demajo Group of Co
Frank S Portelli
Kasco Trading Ltd
Arrowshift Contracts Ltd
Fortuna Ent Ltd
Interprint
Beck Graphics Ltd
JM Trading Ltd
Civil Protection — Leading assistant Rescue Officer
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ġie riferut lill-kummissjoni għas-servizz pubbliku li lmentat li ġiet maqbuża inġustament f'Awissu li għadda għal post ta' leading assistant rescue officer mas-civil protection
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-kaz tal-persuna (li dettalji dwarha intbaghtu separatament u li lmentat li nqabzet ingustament f’Awissu li ghadda ghal post ta’ “Leading Assistance and Rescue Officer” mas-“Civil Protection”) kien investigat mill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku. Il-persuna msemmija giet infurmata bid-decizjoni tal-Kummissjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jara każi kull ġimgħa l-istatementing moderating panel u kemm jieħu sigħat biex jara dawn il-każi kull ġimgħa? Kemm iħoss li għandu jiltaqa' iżjed kull ġimgħa biex iniżżel il-backlog pendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord qed jara tnax il-każ fil-ġimgħa u jieħu sitt siegħat kull ġimgħa fil-laqgħat mal-ġenituri u mat-tfal, u sagħtejn oħra preparazzjoni. Huwa maħsub li biex iniżżel il-backlog il-panel ikollu jiltaqa' d-doppju tal-ħin imsemmi għal tul ta' sitt xhur.
Jista' il-Ministru jgħid x'budget u x'riżorsi għandu l-istatementing moderating panel biex ikun jista' jaħdem? X'budget u riżorsi qed jitlob għas-sena li ġejja?
Jista' il-Ministru jgħid x'sistema ta' filing u database għandu l-istatementing moderating panel biex ikun jista' jagħmel ix-xogħol tiegħu? X'sar biex din is-sistema titqiegħed fuq bażi soda wara li fi Frar 2002 il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament spiċċat minn segretarja u ma għamlitx handover xieraq lill-panel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Panel qed jieħu ħsieb biex ikun hemm sistema fejn kull applikazzjoni tiġi reġistrata, jinfetaħ file għal kull każ u dan jingħata numru ta' referenza, kif ukoll li jkollu database li fiha jinżammu d-dettalji kollha fuq kull każ, li jinkludu: isem, indirizz, skola, data tat-twelid, kundizzjoni, r-rakkomandazzjoni tal-bord, review, eċċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda żieda f'tariffi, fees amministrattivi jew għoli fil-prezzijiet ta' servizzi fid-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul issena 2002 ma kien hemm lebda żieda fittariffi taddipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti u Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent kien hemm dawn iż-żidiet fin-numru ta` tariffi u fees amministrattivi.
- Diviżjoni Reġistru ta` l-Artijiet u r-Reġistru Pubbliku
Minħabba li ġew introdotti 7 servizzi ġodda skond l-Atti Legali 6 u 7 ta' l-2002 u 328 ta' l-2001 dawn jinvolvu tariffa kull waħda.
Ma kienx hemm għoli fil-prezzijiet ta` servizzi li kienu diġa` jingħataw.
- Awtorita` ta` Malta dwar l-Ippjanar u l-Ambjent
Regolamenti ta` l-2002 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp (Ikklampjar u Tneħħija ta` Oġġetti użati għal żvilupp illegali).
L-Awtorita` jew kuntrattur debitament awtorizzat minnha għal għanijiet speċifiċi ta` dawn ir-regolamenti jista` jneħħi, jaħżen u jagħmel minn kull oġġett li jkun qed jiġi wżat minn xi persuna biex iwettaq xi żvilupp illegali, jew xi oġġett li jkun fuq is-sit.
Dawn ir-regolamenti jinkludu d-drittijiet rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ma żiedx tariffi u fees amministrattivi matul l-2002.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda zieda ta' tariffi u fees amministrattivi jew xi gholi fil-prezzijiet ta' xi servizzi f'dipartimenti, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi, anzi b'effett mill-1 ta' Novembru 2001 l-fees ghar-registrazzjoni ta' arbitragg, fuq ammonti li jaqbzu Lm5,000, tnaqqsu ghal 25 fil-mija tad-dritt tar-registru li jithallas fuq ammonti simili fil-Qorti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36673 li saret lill-Ministru tas-Saħħa, jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet mid-divizjoni ta' l-edukazzjoni dwar nuqqasijiet irrapurtati mill-ispetturi tas-saħħa fuq ikel u xorb u anke igene fit-tuck shops/canteens tal-iskejjel? F'liema skejjel instabu nuqqasijiet ?X'kienu? X'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' l-iskejjel bin-nuqqasijiet li nstabu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħadet ħsieb tinforma lill-Kapijiet ta' l-iskejjel konċernati dwar in-nuqqasijiet li kienu ġew irrappurtati u tathom struzzjonijiet biex jieħdu azzjoni immedjata biex dawn in-nuqqasijiet jiġu rettifikati.
Sabiex tinforza r-regolamenti li jkun hemm fil-kuntratt tat-tuck-shops, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed ukoll toħroġ ċirkulari li tfakkar lill-Kapijiet ta' l-iskjjel biex huma jiżguraw li r-regolamenti jkunu mħarsa u nfurzati u biex jirrappurtaw xi nuqqasijiet li jista' jkun hemm.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadhux bil-ħsieb li jipprevatizza l-Enemalta jew parti minnha? Jekk iva, liema oqsma u meta hu maħsub li dan isir? Jista' jgħid ukoll fiex waslu d-diskussjonijiet? Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ġew ikkonsultati/mgħarrfa dwar dak li hu għaddej?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar din il-materja.
Jista' il-Ministru jgħid minn meta nfetħu l-iskejjel f'Settembru jista' jgħid kemm irċieva talbiet biex studenti taħt is-sittax (16)-il sena jitilqu mill-iskola? Kemm minnhom kienu mingħand subien u kemm bniet? Kemm minnhom ġew aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li għamlu talba u ġew eżentati mill-iskola, taħt is-sittax-il sena, biex jitilqu mill-iskola, huwa kif se nsemmi:
Subien taħt is-16 Bniet taħt is-16
Spiċċaw il- Ma spiċċawx Spiċċaw il- Ma spiċċawx
kors il-kors kors il-kors
skolastiku skolastiku skolastiku skolastiku
Numru ta' 8 26 11 14
talbiet
Numru ta' 8 24 10 10
talbiet
aċċettati
Skejjel — Permessi biex studenti jitilqu taħt l-eta mill-iskejjel
Question
Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji tiġi aċċettata talba biex persuna li suppost tkun għadha l-iskola tingħata l-permess li titlaq qabel iż-żmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li persuna tingħata l-permess biex titlaq mill-iskola qabel iż-żmien biex toqgħod id-dar għal raġunijiet umanitarji jew meta fl-eta` qrib ta' sittax-il sena jista' jkun hemm offerta ta' impieg, li dewmien aktar, jirriżulta f'li jintilef.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw dożi ta' kontra l-influwenza din is-sena: Fiċ-ċentri tas-Saħħa, minn tobba privati, mill-isptarijiet? Jista' jagħti wkoll il-figuri għal Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li sa 12/11/02 ingħataw dożi ta' vaccin tal-influwenza kif ġej:
Sptarijiet (barra San Luqa), Day Centres u Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern: 4,539
Sptarijiet, Day Centres u Djar ta' l-Anzjani privati: 1,319
Kunsilli Lokali: 2,093
MMDNA: 1,025
Floriana National Immunisation Centre (NIS): 2,890
Cospicua NIS: 900
Paola NIS: 2,075
Qormi NIS: 1,400
Rabat NIS: 925
Mosta NIS: 1,700
Gżira NIS: 2,025
B'Kara NIS: 915
Gozo NIS: 1,900
Infection Control Unit (Sptar San Luqa): 1,200
Vaccin totali li nħareġ: 24,906
Vaccin ritornat għax ma ngħatax: 22
Vaccin totali li ngħata sa 12/11/02 24,884
Dawn huma statistiċi li nġabru fi tmiem il-qofol tal-kampanja 'vaccin kontra l-influwenza'. Ammonti żgħar għadhom jingħataw sa llum.
Id-dipartiment m'għandux statistiċi kemm ingħata vaccin ta' l-influwenza mit-tobba fil-privat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Gvern biex jiġi żgurat li dawk kollha li għandhom 'l fuq minn sittin sena (60) jieħdu l-injection kontra l-influwenza peress li anke il-WHO hija nkwetata li fid-dinja mhux qed jeħduha biżżejjed nies u b'hekk jista' jkun hemm ħafna mwiet jekk tfaqqa' xi tip ta' nfżuwenza b'saħħitha? L-istess jista' jingħad għal dawk li huma morda? Jista' jgħid x'kampanja għamel din is-sena biex iħajjar lil dawk l-aktar li jistgħu jintlaqtu biex jeħduha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Policy tad-dipartiment hi li dawk li għandhom 65 sena u l-fuq għandhom id-dritt li jingħataw il-vaccin ta' l-influwenza b'xejn.
Nies oħra li għandhom id-dritt għal din ix-xorta ta' vaccin b'xejn huma:
Persuni rikoverati jew li jgħixu f'istituzzjonijiet
Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa
Persuni ta' kull eta' li jbatu minn
Mard kroniku tal-pulmun
Mard kroniku tal-qalb
Mard kroniku tal-fwied
Mard kroniku tal-kliewi
Ażma kronika
Dijabete u
Immunodefiċenza
Din il-policy hija konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-WHO.
Id-dipartiment ħareġ press release biex il-pubbliku intitolat jiġi nformat li l-vaccin wasal u jista jattendi jew iċempel biex jingħata din il-vaccin.
Ġiet iffurmata web site rigward dan ukoll biex tħajjar in-nies tieħu dan il-vaccin.
Il-Kunsilli Lokali fejn ukoll ingħata l-vaccin informaw u ħajru 'l pubbliku biex din tittieħed.
B'kollox s'issa ingħataw 24,884 vaccin.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Waste Oils Company Ltd hix waħda parastatali? Jekk fl-affermattiv, hemm xi nteress tal-privat f'din il-kumpannija? Min huma l-azzjonisti u d-diretturi ta' din il-kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37070?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Pjan tal-KSI biex jintlaħqu l-livelli tal-UE fil-kimiċi li hemm fid-direttiva dwar il-kwalita' ta' l-ilma intenzjonat għall-konsum uman, kif ipproġettat waqt in-negozjati ma' l-UE, jinkludi dan li ġej:
Tqegħid ta' kanen biex l-ilma tal-pjan jinġabar fis-siti fejn jiġi ttrattat.
It-taħlit ta' l-ilma desalinat ma' l-ilma tal-pjan fil-ġibjuni (jew siti ta' trattament) biex jonqos il-livell tan-nitrati fl-ilma ta' konsumaturi li llum qed jieħdu ilma tal-pjan biss.
L-ilma tal-pjan hu għoli fil-livelli ta' nitrati waqt li l-ilma desalinat (mir-Reverse Osmosis) m'għandu l-ebda nitrati. Wara li l-ilma tal-pjant jiġi mħallat ma' l-ilma tar-Reverse Osmosis, mudelli jindikaw li 60% tal-konsumaturi ser ikollhom ilma b'nitrat ta' bejn 45mg/l u 50mg/l u 40% ikollhom ilma taħt l-45% nitrati. Din il-fażi għandha titlesta sa l-aħħar tal-2002.
Biex il-livelli tal-chlorides jilħqu l-livell speċifikat fid-direttiva, dan it-taħlit (blending) mhux biżżejjed. Parti mill-ilma tal-pjan għandu jkun trattat u l-prodott ta' dawn l-impjanti għandu jiġi mħallat ma' l-ilma li mhux trattat. Ir-riżultat għandu jkun ferm inqas mil-livelli tan-nitrati, floru (parametri mandatorji), kif ukoll 95% tar-riżultat taħt il-livell u l-kloru, konduttivita', u sulfat. Studji wrew li meta l-livell ta' ħadid jilħaq livelli 'l fuq mid-direttiva, dan hu relatat mal-materjal tal-kanen tat-triq u tas-service. Għalhekk dawn l-istudji għadhom sejrin, il-livell ta' ħadid fl-ilma tal-vit jista' jonqos billi jinbidlu dawn il-kanen.
Dak li hemm bżonn isir huwa:
Bini u tħaddim ta' mpjant ta' trattament ta' l-ilma tal-pjan biex bejn wieħed u ieħor 70% ta' l-ilma tax-xorb jiġi ttrattat u t-taħlita totali tilħaq il-livelli mandatorji tal-paramentri kollha fid-direttiva msemmija.
Tibdil ta'
membranes
f'impjanti ta' desalinazzjoni (RO) li laħqu jew għaddew id
-design life
tagħhom.
Bdil ta' kanen qodma (li m'għandhomx
cement lining)
biex jonqos il-livell ta' ħadid fl-ilma fil-vit.
Bdil ta' kanen tas-
service
biex jonqos il-livell ta' ħadid fl-ilma tal-vit.
L-impjanti għandhom jitlestew sal-2004 f'Għawdex u 2006 f'Malta filwaqt li x-xogħolijiet ta' kanen jibqa' sejjer sal-2007.