Legislature:
Category:
Reset
Active:

MIDI Project

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu kumpens u meta mistennija joħorġu minn Manoel Island, ta' Baldacchino Yacht minħabba l-MIDI project?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ta' Baldacchino Yacht ma tħallsu ebda kumpens u hu mistenni li dawn jitilqu minn Manoel Island fix-xhur li ġejjin.
Leg 9 PQ #36616 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — CDAU

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'diffikultajiet qed jiltaqa' magħhom l-istatementing moderating panel mas-CDAU? X'qed isir biex dawn jingħelbu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-unika diffikulta` hi li f'numru żgħir ta' każi, l-Istatementing Moderating Panel ma jkollux rapporti riċenti mis-CDAU. L-SMP diġa` ddiskuta mas-CDAU kif tista` tingħeleb din id-diffikulta`.
Leg 9 PQ #36617 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'parametri taw il-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni lill-istatementing moderating panel meta jiġu biex jiddeċiedu x'tip ta' għajnuna jagħtu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-parametri li l-Ministeru u d-Diviżjoni taw lill-SMP meta jiġu biex jiddeċiedu x'tip ta' għajnuna jagħtu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel hija skond l-"Inclusive Education Policy Regarding Students With a Disability" ta' Lulju 2002 li tinkludi provediment ta' għajnuniet diversi edukattivi u oħrajn.
Leg 9 PQ #36618 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SPLD — Backlog

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'backlog ta' talbiet pendenti għall-għajnuna għandu l-SPLD tal-Furjana u x'riżorsi ta' nies għandu biex ilaħħaq max-xogħol li għandu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36310 f'Seduta 813.
Leg 9 PQ #36619 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Special Educational Needs co-ordinators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm special educational needs co-ordinators fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-pożizzjoni ta' SENCO ma teżistix fil-complement tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha qed tiddiskuti ma' awtoritajiet oħra biex jinħoloq il-grad ta' SENCO (Special Educational Needs Co-Ordinator). Fl-Universita` sar kors preliminari ta' taħriġ fejn ħadu sehem 5 għalliema. Skond standards ewropej SENCO irid ikun għalliem kwalifikat bi kwalifiki propja fil-qasam ta' bżonnijiet edukattivi speċjali.

San Ġiljan — Triq il-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex titwessa' Triq il-Mensija, San Ġiljan - f'dik il-parti ta' taħt il-pont reġjonali - għax kif inhi dejqa bħalissa żgur mhijiex tajba għan-numru ta' nies li jużawha għax joqogħdu fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u filwaqt li fil-preżent għaddej xogħol ieħor estensiv f'San Ġiljan. Ix-xogħol biex titwessa din it-triq issir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm.
Leg 9 PQ #36686 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — San Ġiljan - Triq il-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-persuni li isimhom qed jintbaghat separatament li tteħditilhom biċċa art taħt il-pont reġjonali biex issir triq ta' aċċess pubbliku għar-residenti li joqogħdu fi blokk ġdid fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed jiġbor ir-riċerki relevanti biex jiġi legalment stabbilit min huma s-sidien ta` l-art indikata biex ikun jista` jitħallas il-kumpens miftiehem.
Leg 9 PQ #37141 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti fi stat ta' koma irriversibbli

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra mill-1990 sa l-2002 kemm kien hemm u kemm hemm illum persuni li qegħdin fi stat ta' koma irriversibbli rikoverati fl-Isptar San Luqa u huwiex possibli li dawn jiġu indikati sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li n-numru ta' persuni li ġew rikoverati fl-Isptar San Luqa minħabba f'koma (mhux speċifikata) jidhru hawn taħt. Fis-sistema tal-Hospital Activity Analysis nużaw l-ICD-9 u l-ICD-10 International Statistical Classification of Diseases and Related Health Problems li fiha mhemmx distinzjoni bejn koma irriversibbli u koma mhux speċifikata (ICD-9 code 7800, ICD-10 code R4012). Għalhekk in-numri fit-tabella hawn taħt jinkludu t-tipi kollha ta' koma jew ta' telf tas-sensi (unconsciousness) u wieħed ma jistax jiddistingwi jekk il-kundizzjoni kenitx irriversibbli jew le. L-informazzjoni qabel l-1993 ma kenitx tinġabar. Sena Numru ta' persuni li ddaħ ħ lu l-isptar b'koma (mhux speċ ifikata) 1993 47 1994 64 1995 112 1996 85 1997 97 1998 151 1999 151 2000 136 2001 130 2002 (Jan-Sept) 85 In-numru ta' pazjenti f'koma rriversibbli illum huwa zgħir u faċilment identifikabbli. Għaldaqstant ma nħoss li għandi nagħti aktar dettalji.
Leg 9 PQ #37205 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37206 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li din is-sena ma kien hemm ebda żieda f'tariffi u fees amministrattivi f' diviżjonijiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd. Kien hemm xi żidiet fil-prezz ta' siġar tal-frott u taż-żebbuġ u tad-dwieli li se jinbiegħu fil-ġimgħat li ġejjin. Din iż-żieda tvarja minn 5ċ għal 75ċ is-siġra. Kif forsi jaf l-Onor. Interpellant dawn il-prezzijiet ta’ dawn is-siġar huma sussidjati u huma ferm orħos minn dawk mibjugħa kummerċjalment.

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kien hemm żidiet fit-tariffi għall-Kors għall-Bennejja fil-Building Industry Consultative Council u għal-liċenzja fis-settur tal-bunkering fl-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi.
Leg 9 PQ #37209 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa biddlet it-tariffi u fees amministrattivi għal pazjenti barranin li jieħdu servizz fl-isptarijiet u kliniċi Maltin b'avviż legali Nru 147 ta' 2002. Matul din is-sena ġiet introdotta 'fee' ġdida ta' Lm1 "per foodhandler registered".
Leg 9 PQ #37210 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm żewġ entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi li żiedu t-tariffi amministrattivi. B'effett mit-2 ta' Jannar it-Trade Licensing Services, li qabel kienu jiġu provduti mid-Dipartiment tal-Pulizija, bdew jingħataw mid-Diviżjoni tal-Forensika tal-Malta National Laboratory Company Limited għall-ħlas ta' Lm5.75ċ VAT inkluża. B'seħħ mit-13 ta' Awissu, kien hemm żieda fit-tariffi tal-pustaġġ skond kif provdut fl-Avviż Legali numru 229 ta' l-2002.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm hemm kawżi li ilhom għaddejjin għal għaxar snin jew aktar fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili? Quddiem liema mħallfin? Jista' jgħid kemm ilha l-aktar waħda? Għaliex każi quddiem din il-Qorti ma jibdewx u jintemmu fi żmien raġjonevoli u mhux wara seduti qosra jiġu differiti għal tlieta jew erba' xhur wara? X'qed isir biex ħafna minn dawn il-kawżi jitħaffu, speċjalment meta s-seduta ta' kull tlett xhur qed issir regolarment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Arretrati — Ħlas ta' arretrati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b'mod separat, ser tieħu l-arretrati li kienu dovuti lir-raġel tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Dipartiment tad-drenaġġ — Drainage allowance

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 37100 jista' il-Ministru jagħti l-persentaġġ ta' drainage allowance kull xahar separatament għal dawn l-aħħar erba' snin li ġie mħallas dan l-uffiċjal kif ġie mitlub fil-mistoqsija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-uffiċjal imsemmi tħallas dawn l-ammonti fi drainage allowance: Xahar 1999 2000 2001 2002 Lm Lm Lm Lm Jannar 29.81 71.06 57.73 64.71 Frar 34.78 67.63 94.86 96.23 Marzu 25.32 75.77 94.86 85.29 April 32.07 68.55 90.55 61.23 Mejju 20.26 72.16 77.62 74.36 Ġunju 90.05 119.06 90.55 87.48 Lulju NIL 72.15 77.65 83.10 Awissu 138.74 72.16 94.91 NIL Settembru 74.45 72.16 94.91 NIL Ottubru 67.68 64.94 73.34 262.43 Novembru 67.68 68.55 64.71 Diċembru 58.80 61.34 77.65
Leg 9 PQ #37332 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Blata l-Bajda/Spencer — Xogħol ta' landscaping

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' landscaping li qiegħed isir madwar il-monument ta' Spencer Blata l-Bajda għandux bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar peress li jinvolvi bdil ta' siġar eżistenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għal dak it-tip ta` xogħol li qiegħed isir madwar il-monument ta` 'Spencer' il-Blata l-Bajda, mhux meħtieġ permess minn naħa tal-MEPA.

Toroq — Bus Shelters

Question

Ta' min hi r-responsabilita' għal bus shelters f'toroq arterjali u distributorji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li r-responsabbilta' għall-Bus Shelters ġiet devoluta lill-Kunsilli Lokali permezz ta' Avviż Legali numru 292 ta' l-2001.
Leg 9 PQ #37336 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Sptar San Luqa — Parking area

Question

Jista' il-Ministru jgħid lill-Kamra x'arranġamenti saru dwar il-parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa, kemm għall-viżitaturi fl-isptar kif ukoll għall-istaff ta' l-isptar? Veru li din qed tiġi operata minn ditta privata? X'inhu l-ħlas li qed tirċievi din id-ditta għal dan ix-xogħol? X'inhuma t-tariffi li qed iħallsu dawk li jipparkjaw f'din il-parking lot?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa għaddiet għand il-Kunsill Lokali Pieta' b'kera mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-operat tagħha qiegħed isir mill-Kunsill. Peress illi l-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.