Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien — Triq id-Dejma

Question

Jogħġbu il-Ministru jixtarr il-possibilita' li fi Triq id-Dejma, Tarxien isiru numru ta' sleeping policemen sabiex titnaqqas il-veloċita' tal-vetturi, speċjalment ta' dawk li jkunu sejrin lejn l-industrial estate.

Response (GALEA, ĊENSU)

Minn riċerka li saret mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku jirriżulta li l-Kunsill Lokali ma għamel l-ebda talba għal-sleeping policeman fi Triq id-Dejma. Madankollu t-tallba ta' l-Onor. Interpellant ser tiġi mixtarra għat-tul neċessarju biex tittieħed id-deċiżjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37410 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Bozza maħruqa

Question

Jogħġbu jintervjeni l-Ministru sabiex il-bozza tad-dawl eletriku li ilha mitfija għal iktar minn xahar fi Triq Mater Boni Consigli (eżatt quddiem il-klabb tal-boċċi li jinsab biswit il-gorund Pace Grasso) f' Raħal Ġdid tiġi mixgħula mill-aktar fis?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Raħal Ġdid — Drenaġġ

Question

Jogħġbu l-Ministru jara għaliex qed inixxi d-drenaġġ mill-inspection box li hemm fil-kantuniera bejn Triq iċ-Ċimiterju u Triq it-Tarzna f' Raħal Ġdid u jara wkoll li jittieħdu dawk il-miżuri sabiex dan id-drenaġġ ma jibqax ħiereġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ħaddiema mid-Dipartiment intbagħtu fuq il-post biex jinvestigaw u titranġa l-problema.

Santa Luċija — Installazzjoni ta' lift

Question

Jogħġbu il-Ministru jispjegali jekk, u kif, huwa possibli li jiġi nstallat lift fil-blokk tal-flats numru 4 fi Triq il-Ġnien f'Santa Luċija peress li t-taraġ qed ikidd lir-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li ma jirriżultax li saret applikazzjoni għal installar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant. Taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar, talba għal installar ta' lift fi blokk tal-Gvern tkun ikkunsidrata kemm il-darba f'dak il-blokk tkun tabita persuna b'diżabilita' ta' mobilita'. Jekk dan japplika għall-post indikat, trid issir applikazzjoni lill-Awtorita' tad-Djar biex din tibda l-proċess ta' studju dwar il-possibilita' li jiġi nstallat lift.
Leg 9 PQ #37413 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuni b'diżabilita' u l-familjari/kju

Question

L-ispiżerija tal-outpatients fl-isptar SanLuqa għaliex ma baqgħetx toffri l-opportunita' li persuni b'diżabilita' jew il-familjari tagħhom ikollhom dritt joqgħodu fi queue għalihom speċifikament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-kju separat fl-Out Patients għall-persuni b'diżabilita' jew għall-familjari tagħhom qatt ma ġie mneħħi. Anzi dan l-aħħar is-servizzi tjiebu billi żewġ receptionists ġew inkarigati biex jaqdu w jiggwidaw 'il-pazjenti fl-ispiżerija minn fejn iridu jiġbru l-mediċina tagħhom speċifikament.

Belt/Floriana — Propjeta privata

Question

Tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista' tal-propjeta' privata reġistrata fil-Belt u fil-Floriana?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma jinżammux rekords separati ta` proprjeta` tal-Gvern u proprjeta` privata.

Joint Office — Ħwienet

Question

Meta se jinbiegħu l-ħwienet tal-Joint Office fil-Belt Valletta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt ma għandux skemi jew policies partikolari għal bejgħ ta` ħwienet fil-Belt Valletta. Meta ħanut ikun vojt jew inkella l-kerrej jitlob li jixtri l-ħanut minnu okkupat, id-Dipartiment jikkunsidra jekk joħroġx sejħa għall-offerti skond il-policy dwar proprjeta` tal-Gvern li mhix residenzjali.
Leg 9 PQ #37419 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

HIV — Kura

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 37317 jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li tul l-ewwel ħdax-il xahar ta' din is-sena ħadu kura għall-HIV skond il-protokoll approvat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2002 kien hemm 35 pazjent li ngħataw kura għall-HIV skond il-protokoll approvat.
Leg 9 PQ #37421 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva — Fond ta' persuna residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, okkupat minn persuna li preżentement huwa residenti fil-Faċilita' Korrettiva ittieħed lura mid-Dipartiemnt ta' l-Artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Mir-records tad-Dipartiment ma jirriżultax illi l-fond li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament kien xi darba mikri lil persuna indikata.

Djar — Attard - ħsarat strutturali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-Awtorita' tad-Djar tivverifika l-kawża tal-ħsara strutturali li hemm fi flat . 8, Blok 7D, Wesgħat il-Plajja, Attard peress li dan id-difett li hu ta' ċerta gravita', deher wara li l-inkwilini xtraw il-post mingħand il-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37426 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Art

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk: a) hemmx xi applikazzjoni pendenti mad-dipartiment ta' l-artijiet, Estate Management jew il-Joint Office sabiex biċċa art li tgħati għal fuq Triq San Mikiel, fiż-Żurrieq tiġi mgħoddija lil soċjetajiet privati li isimhom qed jintbagħat separatament? b) jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li la d-Dipartiment tal-Artijiet u l-anqas dak tal-Estate Management ma rċieva talba għal xi art fiż-Żurrieq mill-persuni li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li għalkemm kien hemm talba għax-xiri ta` art tal-Gvern administrata mill-Uffiċċju Konġunt li tagħti għal fuq Triq San Mikiel fiż-Żurrieq l-applikazzjoni ma setgħetx tiġi kkunsidrata peress li l-art in kwistjoni hija riservata għal żvilupp mill-Awtorita` tad-Djar. L-applikant kien infurmat. Fil-frattemp, id-Dipartiment qed jara jekk l-Awtorita` għadhiex interessata f`din l-art.

Djar — akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jippresta l-attenzjoni sħiħa tiegħu għall-każ numru HO 8799, każ pjetuż għall-aħħar, ta' omm u bintha, sabiex dan il-każ jiġi riżolt mill-aktar fis? Fl-istess waqt, l-interpellant jiddikjara li jaf b'liema żelu u paċenzja qed jittrattaw dan il-każ l-istaff tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u jixtieq allura li l-Ministru jixpruna aktar l-isforzi li qed isiru sabiex tinstab akkomodazzjoni soċjali alternattiva lil din il-familja fil-bżonn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien informat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat.

Żurrieq — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilita' hemm li fit-toroq: Dun G Muscat, F. Dalli, K. Buġeja, Dun N Mallia, Filfla, San Bastjan, Hompesch, Rettur u S. Magri, f'Bubaqra fiż-Żurrieq jiġu mogħtija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport flimkien mal-Kunsilli Lokali qiegħda tħejji programm biex jiġu mibnija diversi toroq madwar Malta kollha u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond l-esiġenzi ta' dan il-programm.

Ħal Lija — Sqaq Seguna

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fi sqaq Sejduna ossia Seguna Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija sarx bini fuq art tal-gvern minn individwi privati? X'passi ttieħdu? Jista' il-Ministru jara li din il-parti tat-triq titwessa u dan sabiex ikun hemm post għal parking?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ma tistax tingħata risposta, sakemm ma jkunx hemm informazzjoni dwar iċ-ċirkostanza msemmija fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #36687 Sitting 826 2002-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Surġent Maġġur

Question

Issa li l-Ministru kkonferma li r-rank ta' surġent maġġur fil-korp tal-pulizija ma ġiex abolit, għaliex ilu snin sħaħ ma jiġi promoss xi ħadd għal dan ir-rank? Hemm ħsieb li fil-futur qarib isiru promozzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-promozzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija jsiru wara li jiġu valutati l-ħtiġijiet tal-Korp u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.
Leg 9 PQ #36688 Sitting 826 2002-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti — Miżati

Question

Fid-dawl li wasluli lmenti mingħand ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel indipendenti li qed jintalbu jħallsu t-tielet term ta' l-iskola bil-quddiem (nofs jitħallas mal-miżati ta' l-ewwel term u n-nofs l-ieħor mat-tieni term) peress li din is-sena l-eżamijiet tas-SEC se jibdew qabel ma jibda t-tielet term, il-Ministru jara li huwa sewwa li jsir hekk? Jista' jara li la l-istudenti mhux se jattendu minħabba l-eżamijiet pubbliċi l-ħlas m'għandux isir kif rikjest?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm meta jibdew l-eżamijiet tas-SEC ħafna studenti ma jibqgħux jiġu l-iskola, l-iskola xorta waħda trid toħroġ is-salarju ta' l-għalliema. Għal din ir-raġuni l-iskejjel indipendenti jitolbu l-ħlas għat-tielet term.
Leg 9 PQ #36689 Sitting 826 2002-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Directors - Perks and benefits

Question

What allowance/perks do the directors on the board of PBS Ltd. enjoy? Does the Minister responsible agree with such perks/benefits when the company is in such financial stress? Does the Minister consider it prudent, under the circumstances, for the board to draw on perks?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-Misotqsijiet Parlamentari Numri 36697 u 36698.
Leg 9 PQ #36690 Sitting 826 2002-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Auditors' Fees

Question

In view of the fact that PBS Ltd paid Lm5,000 in auditors' fee in the 1997, and in 1998 this payment fell to Lm1,800 what was the reason for this change of heart in auditors' fees? Is it the practice for PBS to seek quotations before appointing its auditors? For how long prior to 1998 did PBS pay such exorbitant fees?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-1998 il-PBS ħarġet tender għal servizz ta' awdituri għal perjodu ta' ħames snin u bdiet tħallas is-somma ta' Lm1,800 fis-sena għal dan is-servizz. Il-ħlas lill-awdituri qabel is-sena 1998 kien kif se nsemmi: 1992 - Lm3,000 1993 - Lm4,100 1994 - Lm4,500 1995 - Lm4,950 1996 - Lm4,950 1997 - Lm4,950
Leg 9 PQ #36691 Sitting 826 2002-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Debtors/creditors

Question

PBS has a debtors' list of over Lm500,000, how much of these are current, over three months, six months, nine months and beyond 12 months old? The creditors' list is more or less in the same waters, could the Minister provide the House with similar information for creditors as requested for debtors?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma narax li għandha tingħata din l-informazzjoni minħabba li din hija ta' natura kummerċjali.
Leg 9 PQ #36692 Sitting 826 2002-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Overtime

Question

What did overtime cost PBS for the years 1997 to 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża ta' l-overtime għas-snin imsemmija hija kif se nsemmi: 2001 Lm216,978 2000 Lm248,205 1999 Lm202,046 1998 Lm271,967 1997 Lm261,907