B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima taz-zokkor u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni taz-zokkor issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE?
Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota taz-zokkor stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Onorevoli Interpellant jaf li hekk kif Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, dak kollu prodott f'pajjiżna awtomatikament diġa' jkun jagħmel parti mis-suq wieħed Ewropew. Għaldaqstant, dak li jiġi prodott f'Malta ma jibqax ikun suġġett għall-ebda tariffi meta jinbiegħ f'xi parti oħra ta' l-Unjoni Ewropea. Dan huwa riżultat dirett u fundamentali tas-sħubija u ma jirrikjedi l-ebda ftehim separat jew ulterjuri.
Fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, Malta kisbet id-dritt li timplimenta mekkaniżmu ta' sussidju fuq ċerti prodotti agrikoli importati li, permezz tiegħu, il-Gvern ser ikun jista' jikkumpensa għal xi żidied li jista' jkun hemm fil-prezz lokali ta' dawn il-prodotti minħabba d-differenza bejn il-prezz tal-prodott fuq is-suq internazzjonali u dak fl-Unjoni Ewropea. B'dan il-mod, wara s-sħubija, mhux mistenni li l-konsumatur Malti jiffaċċja għoli fil-prezz ta' dawn il-prodotti.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-prodotti li dwarhom Malta nnegozjat u kisbet id-dritt li tapplika skema ta' special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported agricultural products flimkien mal-kwoti relattivi li jispeċifikaw il-kwantitajiet massimi li fuqhom jista' jiġi applikat dan is-sussidju.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam tal-friża (ċanga) u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni taċ-ċanga issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE?
Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam tal-friża (ċanga) stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam tal-ħaruf u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-laħam tal-ħaruf issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE?
Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam tal-ħaruf stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' corned beef u prodotti oħra simili u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-corned beef issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE?
Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-corned beef u prodotti oħra simili stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' prodotti proċessati issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE?
Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ ta' prodotti proċessati stabbiliti għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt din is-Seduta stess.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab f’diversi listi, wahda ghal kull Ministeru, li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-listi ma jinkludux impjegati fis-Servizz Pubbliku li qeghdin ma’ Korporazzjonijiet/Entitajiet Pubblici.
Jista' il-Ministru jiżvela jekk il-MEPA ħaditx xi kampjuni ta' l-arja sabiex timmoniterja l-arja speċjalment f'żoni urbani għal-livelli ta' heavy metal u asbestos?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s`issa ttieħdu l-ewwel kampjuni biex jinstabu l-livelli ta` ċomb fl-arja. Monitoraġġ ta` asbestos f`żoni urbani mhux normali li jittieħed.
Jista' l-Ministru jirrileva kemm daħlu complaints fir-rigward ta' tniġġiż ta' l-arja u kemm instabu postijiet li ma kenux konformi? Kemm ittieħdu passi legali u nħarġu ċitazzjonijiet mill-ispetturi ta' l-Ambjent tal-MEPA kemm ilha mwaqqfa din l-istituzzjoni? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-ispetturi tal-Waste Management Section tad-Direttorat għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, speċjalment vis-a-vis rimi ta' skart kontra l-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn April 2002 sal-lum, minn total ta' hamsa u disghin (95) complaint, kien hemm tlieta u sittin (63) minnhom li kienu relatati mal-kwalita` ta' l-arja.
Infurmat ukoll illi sal-lum ma kien hemm l-ebda kontravenzjoni dwar l-arja. Fis-sena 2002 kien hemm sebghin (70) enforcement notice and stop orders fuq rimi ta' skart kontra l-ligi.
Kif Malta se jirnexxielha tiġi konformi mat-traġitti tal-Kyoto Protocol hekk kif issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea? Veru li Malta jkollha tfendi għal rasha f'dan ir-rigward? Il-Kummissjoni Ewropea kienet sodisfatta bil-pjanijiet li kellha Malta meta rratifikat dan il-Protokoll?
Response (BORG, TONIO)
Dan il-Ministeru ma hux responsabbli għal traġitti, la bil-baħar u lanqas bl-art. Jekk l-Onor. Membru bi "tragitti" qed jifhem 'targets', jiġifieri miri. Malta rratifikat il-Kyoto Protocol fis-sena 2000. Ta` min isemmi li Malta antiċipat lill-UE fir-ratifika ta` dan il-Protocol. L-obbligi taħt il-Protocol mhux ser jinbidlu bi sħubija fl-UE. Bħala firmatarja tal-Protocol, Malta għandha l-possibilta` li taħdem bi sħab ma` pajjiżi oħra biex tnaqqas il-Greenhouse Gases. Malta ma kellha l-ebda obbligu li tissottometti xi pjani għar-ratifika ta` dan il-Protocol.
Peress li fil-11 ta' Diċembru, 2002 l-Ministru responsabbli għall-Ħarsien ta' l-Ambjent kien wieġeb għall-mistoqsija parlamentari 37770 (Seduta 839) fir-rigward tal-UNECE u l-proċess ambjentali ta' l-Ewropa "Environment for Europe" li l-informazzjoni mitluba kienet qegħda tinġabar, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-informazzjoni inġabritx s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Malta rratifikat il-Konvenzjoni ta` l-Aarhus u iffirmat il-Konvenzjoni ta` Stockholm.
Il-kontribuzzjoni ta` Malta s`issa kienet tikkonsisti fil-parteċipazzjoni ta` uffiċjali f`attivitajiet tal-UNECE.
Malta ma ħadet l-ebda assistenza minn dan il-proċess.
Malta kommessa li twettaq l-obbligi relatati ma` rappurtar ta` data. Malta se tibda tirraporta din id-data minn din is-sena.
Il-Kummissjoni Ewropea m`għamlet l-ebda kumment dwar negliġenza.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema siti qiegħda l-MEPA tagħti permess biex jiġi mormi dredging wastes? Għamlet xi studji jew analisi biex tkun tista' tkejjel jekk kienx hemm xi ħsara ambjentali? Kemm ittieħdu kampjuni mill-Waste Management Section ta' dredging material jew ta' skart ieħor li l-MEPA tat permess biex jintrema l-baħar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi permessi għal depositu ta` dredging material jingħataw f`area stipulata f`Avviż Legali 128 ta` 1997, jiġifieri 35o55.1'N, 014o34'E.
Il-MEPA qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-materjal li jingħata permessi biex jiġi mormi jiġi spezzjonat.
Fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 37779 li l-Onor. Ministru għall-Ambjent qal fis-17 ta' Diċembru, 2002 (Seduta 841) ma weġibx jekk il-Gvern Malti huwiex lest li jonora xi struzzjonijiet ebsin li tista' toħroġ il-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-Habitats Directive u l-Birds Directive hekk kif Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment f'dawk li jirrigwardaw il-kaċċa u l-insib. X'jagħmel il-Gvern Malti jekk dawn l-istruzzjonijiet ġodda jkunu se jnaqqsu xi drittijiet li l-Gvern qed isostni li ġab fin-negozjati vis-a-vis il-kaċċaturi u n-nassaba?
Response (BORG, TONIO)
Il-ftehim li ġab il-Gvern ta` Malta dwar il-kaċċa u l-insib sar ma` l-Unjoni Ewropea. Hekk kif Malta ssir membru, kull tibdil li jsir irid isir bi qbil mal-Gvern Malti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'Jannar, 2003, x'kien in-numru totali ta' persuni li fittxew l-għajnuna tad-Detox minħabba abbuż tad-droga? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienet l-aktar sustanza abbużata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Filwaqt li nifraħ lill-pulizija tat-taqsima ta' kontra d-droga tax-xogħol siewi tagħhom, jista' l-Ministru jgħid liema kienu r-raġunijiet li priġunieri Libjani li kienu l-ħabs wara sentenzi fuq drogi tħallew imorru lura pajjiżhom biex ikomplu s-sentenzi tagħhom hemmhekk? Min jiġi kkonsultat f'każ bħal dan? Kif jiġi żgurat li fil-fatt dawn il-priġunieri jservu s-sentenzi sħaħ tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 25995 u Nru. 31698.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' skejjel biex igħallmu lill-barranin? Minn min saret kull talba? Meta saret? F'liema lokalita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm tliet applikazzjonijiet pendenti:
1. Waħda fl-4 ta' Novembru 2002 fi Gwardamangia għal estensjoni tal-liċenzja li diġa' teżisti biex jiġi offrut programm li jwassal għal Diploma/Grad fil-Computing u Information System ta' l-Universita' ta' Londra għall-Maltin u barranin.
2. Oħra fil-31 ta' Ottubru 2002 fil-belt Valletta għal 'University Foundation Courses' lill-Maltin u l-Barranin. Id-Diviżjoni irrakomandat l-applikazzjoni lill-M.E.P.A.
3. Oħra saret fit-8 ta' Mejju 2001 f'post mhux speċifikat. L-applikant ġie mgħarraf li qabel ma jingħata tagħrif dwar il-'premises' ta' l-iskola, l-applikazzjoni tibqa wieqfa (in abeyance). S'issa dan it-tagħrif għadu ma wasalx.
Ma jidhirlix li hu sewwa nippublika l-ismijiet ta' l-applikanti f'dan l-istadju.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38540, jista' il-Ministru jgħid min hu r-rappreżentant tad-ditta IRMA f'Malta? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mad-ditta IRMA?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kuntatt li kellhom it-Taqsima tax-Xogħlijiet mad-ditta IRMA kien dejjem mad-direttur Taljan tal-kumpanija u t-Taqsima tax-Xogħlijiet ma taf bl-ebda rappreżentant Malti.
Il-ftehim tax-xogħol mad-ditta IRMA ma sarx direttament bejn id-ditta u t-Taqsima tax-Xogħlijiet iżda sar permezz ta' l-Universita' ta' Bologna, liema Universita' kienet qed tagħti servizz lit-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala parti mill-Protokoll Finanzjarju tal-Gvern Taljan.
Jista' il-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' inġustizzja tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-kaz li ghalih qieghed jirreferi l-Onorevoli Interpellant gie deciz mit-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ l-Ingustizzji fl-10 ta’ Dicembru 2002, u qieghed jigi pprocessat.
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ser tieħu ħsieb biex jitneħħa x-xaħx li kien tħalla mill-kuntrattur meta ġie ordnat jieqaf mix-xogħol. Huwa ser jiġi ordnat jibni ċint temporanju madwar il-post fejn kienet qed tinbena s-substation.
MCAST/Istitut tal-bini u kostruzzjoni — Maintenance Grant
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex studenti li jattendu l-istitut tal-bini u kostruzzjoni tal-MCAST fin-Naxxar għadhom ma ħadux maintenance grant għall kors li qed jagħmlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-uniċi studenti li ma kienux ħadu stipendju kienu dawk tal-Plasterers u Tilelayers minħabba raġunijiet tekniċi bejn l-MCAST u l-ETC.
Dawn ġew solvuti u ser jieħdu l-istipendju minn meta bdew il-kors ta' studju tagħhom.
L-arranġamenti ġew iffinalizzati nhar il-Ġimgħa 7 ta' Frar 2003.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed taħseb li tieħu l-Universita' biex tnaqqas l-ispejjeż tagħha minħabba d-diffikultajiet serji finanzjarji li għandha?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ammont approvat mill-Parlament fil-Budget għas-sena 2003 kien ta' Lm 12,200.000. Tajjeb li ngħid ukoll li l-Universita' tagħmel minn kollox biex tattira fondi oħra minn sorsi oħrajn.
Filwaqt li l-Universita' bħal kull entita oħra pubblika hi marbuta li tinvesti fl-edukazzjoni, taħriġ u riċerka l-flus mogħtija lilha bl-aktar mod effettiv, il-Gvern hu kommess li n-numru u l-kwalita' ta' l-istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom vokazzjonali u terzjarji ikompli jitjieb u kien għalhekk li l-ispiża f'dan is-settur żdiedet b'mod sostanzjali f'dawn l-erba' snin. Gvern u Universita' ser ikomplu jaħdmu flimkien biex jinstabu l-aħjar sistemi għall-iffinanzjar adegwat ta' l-Universita' fid-dawl ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna