Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37348 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Policy and Design Guidance 2000

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36947, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-Policy and Design Guidance 2000 paragrafu 1.7 Application of Floor Area Ratio fuq il-Mejda tal-Kamra.

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed nissotometti kopja tal-Policy and Design Guidance 2000 paragrafu 1.7 Application of Floor Area Ratio. Ta` min ifakkar lill-Onor. Membru li din l-informazzjoni tinsab fuq il-website tal-MEPA li qegħda fuq l-internet, liema sistema l-Onor. Membru għandu aċċess għaliha.

Children's Allowance — Ommijiet Xebbiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36958 u jgħid kemm hemm ommijiet mhux miżżewġa li jirċievu ċ-children allowance? Kemm minnhom huma taħt it-tmintax-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal hu 1,686. Minn dawn, 81 huma taħt 18-il sena.
Leg 9 PQ #37350 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita` fiżika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36856 u jgħid f'liema skejjel governattivi, primarji u sekondarji hemm studenti b'diżabilita' fiżika? Jista' jagħti n-numru għal kull skola individwali ?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' studenti b'diżabilita` fiżika fl-iskejjel governattivi primarji u sekondarji qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37355 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Korp tal-Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime membri tal-Korp tal-Pulizija f'Novembru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta` overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f`Novembru ta` din is-sena kien ta` Lm16,659.
Leg 9 PQ #37356 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Transferiment ta' Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36982?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li għandi nagħti dettalji dwar problemi nterni bejn staff f'kumpanija kummerċjali.
Leg 9 PQ #37357 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-żjara saret mill-kunsilli lokali tan-Naxxar fil-bini ta' l-isptar il-ġdid? Kemm swew ir-refreshments li qed jingħataw? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-kunsilli lokali oħra li qed jattendu għall-programm taż-żjarat fl-isptar il-ġdid li jingħad li se jinfetaħ f'2008?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kunsill Lokali Naxxar għamel żjara waħda fil-bini ta` Mater Dei. Dan wara li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi stiednet lill-Kunsilli Lokali ta` Malta u Għawdex kollha kif ukoll organizzazzjonijiet oħrajn sabiex jorganizzaw żjarat simili. Dawn kienu jinkludu: Kunsilli Lokali Day Care Centres ta' l-Anzjani Studenti minn 10 snin 'il fuq sa studenti ta' l-Universita` Private General Practioners Unions tal-Ħaddiema Organizzazzjonijiet Volontarji Ħbieb ta' xi impjegati Persuni interessati S'issa dawk li aċċettaw din l-istedina huma skond kif jidhru f'din il-lista: Organizzazzjoni Numru ta' Persuni li Attendew Union Information Meeting 16 APAN Malta 120 San Andrea School 80 Chamber of Engineers 3 Sir Temi Zammit Boy's Secondary School Imtarfa 51 University Students of Architecture & Civil Engineering 80 St. Elias College (żewġ żjarat) 45 Day Care Centre - San Pawl il-Baħar 35 Art & Design Teachers & Senior Students 28 APAN Gozo 100 Art & Design Students 20 Mġarr Residents 20 Agriculture & Building Institute of Gozo 37 Archbishop's Seminary 56 Union Information Meeting 15 Architecture University Students 4 Kunsill Skolastiku Margaret Mortimer Junior Lyceum 21 HSBC 5 Azzjoni Kattolika Mosta 40 Kunsill Lokali Xagħra Għawdex 56 Kunsill Lokali Qala Għawdex 25 Kunsill Lokali Kerċem Għawdex 56 Kunsill Lokali Mġarr Malta 30 Kunsill Lokali Naxxar 226 Kunsill Lokali Għargħur 40 TOTAL 863 S'issa bejn dawn l-Organizzazzjonijiet li semmejt kif ukoll il-ħaddiema fis-Settur Pubbliku tas-Saħħa attendew b'kollox 3177 persuna. Huwa diffiċli ħafna li tgħid kemm kienet in-nefqa għaz-zjara tal-Kunsill Lokali Naxxar pero` in-nefqa globali għal dawn iż-żjarat kollha s’issa laħqet is-somma ta’ LM125.90. Separate Cover: Papers Laid: Attachments:

Rabat — Ġnien Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 36792 u cioe` jinformana x'ġara mill-ġnien pubbliku li kellu jsir fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat fejn il-parti tal-housing kienu lestew il-pjanti matul l-1997 u l-1998? Hemm ħsieb li jsir fix-xhur li ġejjin u għaliex ma kien hemm ebda żviluppi matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddejja bil-proġetti ta' bini mill-ġdid tal- bypass ta' l-Imtarfa li tibda' minn ħdejn ir-roundabout ta' ħdejn il-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjet. Peress illi t-tibdil fit-tqassim tat-toroq irid issir meta x-xogħol fil- bypass jitlesta u tkun qed taħdem sew is-sistema tat-traffiku ġor-Rabat u dik li tagħti għal dak li jiġi u jmur Ħad-Dingli, it-tqassim tat-toroq fl-inħawi u l-użu ta' l-ispazju li jibqa', ikun jista' jsir wara li x-xogħol fil- bypass jitlesta.

Xogħlijiet ta' Manutenzjoni

Question

Peress li fil-festi ta' l-Imnarja ma sarux ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-Lawrenti Rd, il-Buskett (Sqaq), jista' l-Ministru jara li japprova x-xogħlijiet meħtieġa sabiex it-turisti, pubbliku u residenti ta' l-inħawi jevitaw l-inkonvenjent li qed jikkawżalhom l-istat tas-sqaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Childcare — Skema ta' sussidju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'irid ikun id-dħul tal-ġenituri li jistgħu jibbenifikaw mill-iskema ta' sussidju fuq il-ħlas għaċ-childcare hekk kif imħabbra fil-budget?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 37334 f'Seduta Numru 823.
Leg 9 PQ #37361 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt, it-tadam għall-iproċessar issa se jkun intaxxat 15% jew 5% li jinbiegħ minbarra l-pitkalija ċentrali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nafx minn fejn l-Onor. Interpellant qed jikseb din l-informazzjoni. Min tah din l-informazzjoni ma għandu ebda idea ta' dak li ppropona l-Ministeru tal-Finanzi fid-Diskors tal-Budget fejn intqal li qed tiddaħħal l-ewwel fażi ta' riforma fit-taxxa għall-benefiċċju u vantaġġ għall-bdiewa Maltin u Għawdxin.
Leg 9 PQ #37362 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bejgħ ta' l-Għeneb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt, l-għeneb li jinbiegħ lill-industrija ta' l-inbid direttament se jkun intaxxat 15%?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nistax nifhem minn fejn l-Onor Interpellant ġab iċ-ċifra ta' 15%. Is-sistema ta' tassazzjoni fuq prodotti agrikoli hi spjegata ċara fid-Diskors tal-Budget tal-Ministru tal-Finanzi tal-25 ta' Novembru 2002, eżattament paġni 73 u 74.
Leg 9 PQ #37365 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Serer f'Tal-Kmanda

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew kawżati fis-serer speċjalizzati f'Tal-Kmand fis-sistema tal-misħun/hot water? Meta irriżultaw il-ħsarat u meta ssewwew u kemm kienet tammonta l-ħsara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ħsara ġiet identifikata ftit tax-xhur ilu. Kien ġie innutat li kien hemm leakage fis-sistema ta' l-ilma fis-serra. Ġie ngaġġat inġinier/konsulent biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jagħti pariri dwar kif għandu jsir ix-xogħol. Wara, ħarġet sejħa għal offerti biex isir ix-xogħol. Dan beda f'Novembru. Tlestiet l-ewwel fażi tax-xogħol u n-nefqa ammontat għal Lm1,092.50.

Persuni b'Diżabilita' — Reserved Parking Bays

Question

Jista il-Ministru jgħid kemm ġew irtirati reserved parking bays għal persuni b'diżabilita', sena b'sena, lokalita' b' lokalita', fis-snin li għaddew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-reserved parking bays għal persuni b'diżabilita' li ġew irtirati fuq parir tar-Review Panel huma li ġejjin: Isla 1(2001) Siggiewi 1(2002) Zejtun 1(2002) Fgura 1(2002) Gzira 1(2002) Hamrun 1(2002) Marsaskala 1(2002) Pieta' 1(2002) Sliema 2(wieħed fl-2001 u l-ieħor fl-2002) Ir-reserved parking bays għall-persuni b'diżabilita' li ġew irtirati fuq parir tal-Kunsilli Lokali jew tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienu għal raġunijiet ta' mewt ta' individwi jew change of address.
Leg 9 PQ #37385 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Furjana — Latrina pubblika

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-latrina pubblika fix-Xagħra tal-Furjana terġa' tinfetaħ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat li taħtu taqa' t-tali responsabbilta'.
Leg 9 PQ #37386 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex ikun hemm bozza li tarmi aktar dawl qrib Entratura F, Binja 21.9.64 taż-Żwejt minħabba li l-inħawi għadhom mudlama.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.

Toroq — Manutenzjoni

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'possibilita' hemm li Triq Giovanni Scicluna, Triq is-Settembrina, Triq l-Isparvier, Triq Patri G Grima, Triq M Zammit, Triq Sebestjan Saliba, Triq San Ġorġ, parti minn Triq it-Tumbarellu , Triq Sagra Familja, Triq Indri Magrin, Triq it-Telleritu, Triq ta' Loretu, Triq ir-Raħħal, Triq il-Ġibjun, Triq it-Tilliera, Triq il-Ħobbejża, Triq tal-Millieri, Triq il-Lellux, u Triq in-Niġem f'Ħal Għaxaq jiġu mogħtija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport flimkien mal-Kunsill Lokali qegħda tħejji programm biex jiġu mibnija diversi toroq madwar Malta kollha u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond l-esiġenzi ta' dan il-programm.
Leg 9 PQ #37405 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Private Partnership

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Public Private Partnership li ntlaħaq mal-Consortium Enviorment Landscaping Company Ltd?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-ftehim operattiv tal-'Public Private Partnership' bejn il-Gvern u l-'Consortium Environmental Landscapes Company Ltd' huwa ta’ natura kummercjali u ghalhekk ma nhossx li tkun etika li nqieghed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-Gvern u l-'Consortium' dwar il-haddiema tal-Gvern, insejjah 'Administrative Arrangements for Public Officers'.
Leg 9 PQ #37406 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Xogħol imwettaq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 37214?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Ottubru 2002, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet 49.8 kilometri ta' main renewals, 23.9 kilometri ta' estenzjonijiet ta' mejnijiet u nstallat 3,171 servizz ġdid.

Ħal tarxien — Toroq One Ways

Question

Jogħġbu il-Ministru jixtarr il-possibilita li Triq Xintill ġewwa Ħal Tarxien issir one way fis-sens li jidħlu l-vetturi minn fejn ir-roundabout iżda ma joħorġux il-barra, peress li numru sostanzjali ta' residenti qed ibatu minn ħafna dħaħen ta' vetturi weqfin fit-traffic jams ta' kull filgħodu, vetturi li lkoll ikunu ġejjin minn fejn il-knisja ta' Ħal Tarxien ħerġin il-barra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minħabba t-Traffic Management Scheme eżistenti fiż-żona, il-proposta msemmija, ta' one way fi Triq Xintill mir-roundabout il ġewwa, mhix sostenibbli.

Pulizija — Ronda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jinstab mezz li fi Triq San Tumas Floriana fejn l-iskola tal-gvern, tibda ssir ronda tal-Pulizija sabiex ma jibqgħux jinstabu siringi użati filgħodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija żiedet ir-ronda tagħha fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.