Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37378 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq Napuljun Caruana Dingli

Question

Peress li meta kont qed inżur il-familjari li l-ilment tagħhom kont ressaqtu permess ta' mistoqsija parlamentari nru. 17185, Seduta 327 ta' 27.06.00, irriżultali li x-xogħlijiet għadhom ma sarux mill-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jirrimedja u jara li tiġi rimedjat il-każ in kwistjoni fi Triq Napuljun Caruana Dingli, Mellieħa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjoni li kienet saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta irriżulta li hemm bżonn li l-wires li hemm mal-fond in kwistjoni jiġu spustati għal fuq l-arbli. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra.
Leg 9 PQ #37379 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment tal-Biedja

Question

B'referenza għaċ-ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget mill-ministru tal-Finanzi, kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għall-kull tomna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħamrun — Torri ta' Wignacourt/Dawl

Question

Il-Korporazzjoni Enemalta tikkonsidra li jista' jiddawwal it-Torri ta' Wignacourt fi Triq San Gejtanu l-Ħamrun?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36693 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Consultant- Fringe Benefits

Question

What fringe benefits/perks (in type and value) does the consultant to the PBS board receive?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Konsulent tal-Bord tal-PBS la jirċievi fringe benefits u lanqas perks.
Leg 9 PQ #36694 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Board - Consultant

Question

Does the Minister agree that the fact that government felt the need to appoint a consultant to the PBS board (to advise its members on practically all matters relating to their appointment) may be interpreted as a public declaration of the board's members incompetence to manage the station efficiently and effectively?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Palramentari Numru 36240.
Leg 9 PQ #36695 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Marketing consultant

Question

When was the appointment of the marketing consultant with PBS terminated? What was the reason for the termination? How did sales fare during the tenure of office of this consultant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratt tal-Marketing Consultant tal-PBS ġie terminat fis-6 ta' Frar 2002. L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsijiet segwenti ma narax li għandha tiġi mogħtija minħabba li hija ta' natura konfidenzjali.
Leg 9 PQ #36696 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Accounts

Question

What exactly makes up the accounts "business travel and entertainment" and "professional fees"? Could the Minister inform the House of the number of PBS employees who travelled on business (during each of the financial years between 1997 and 2001), to which destination, and the cost of each trip? Is "entertainment" in the account heading, related to travel abroad? What sort of professional advise was PBS compelled to seek during the period 1997 to 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-item jirreferi għal safar mill-impjegati tal-PBS fuq xogħol tal-Kumpanija. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija informat li l-account heading "entertainment" mhux relatat ma' safar. B'referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija, matul is-snin imsemmija l-PBS talbet konsulenza professjonali f'dawn l-oqsma: Legali Computer software system Sales/Management Air Conditioning Manutenzjoni tal-bini.
Leg 9 PQ #36697 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

The final accounts of PBS for 1998 show the directors' emoluments sub-divided into directors' fees, directors' remuneration and directors' allowances; could the Minister please elaborate on these various payments to directors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Directors' Emoluments kif jidhru fl-accounts tal-PBS għas-sena 1998 huma imqassma kif ġej: Directors' Fee: L-Onorarja taċ-Chairman u tad-Diretturi Director's Remuneration : Salarju tad-Direttur Ħaddiem Directors' Allowances: Ħlas ta' Lm300 per annum lil kull wieħed mid-Diretturi biex ikopri l-kera tat-television, Cable TV (basic), ħlas tat-telefon u spejjeż anċillari. Il-figuri li jidhru fl-accounts huma maħduma fuq perjodu ta' ħdax-il xahar.
Leg 9 PQ #36698 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Mobile phones

Question

What was the annual cost to PBS of the use, by directors and consultants, of mobile phones for each of the years 1997 to 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membri tal-Bord tal-PBS huma intitolati għal ħlas massimu ta' LM25 fix-xahar għall-użu tat-telefon ċellulari. Dan il-ħlas ma japplikax għall-konsulenti tal-Kumpanija.

Pensjoni — Somma tal-Gvern

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk armla għandhiex dritt għas-somma tar-raġel li miet jaħdem mal-gvern ftit xhur qabel ma ħareg bil-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-somma mħallsa lill-impjegati tal-Gvern taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37339 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Permessi — Boreholes

Question

Jista’ il-Ministru jgħid humiex sejrin joħorġu permessi għall-użu ta' boreholes lil dawk il-bdiewa li għandhom raba li fih ħafna siġar inkluzi dawk tad-dwieli, u minħabba nuqqas ta' ilma ikollhom jonfqu ħafna flus biex jixtru l-istess ilma meta għandhom depożitu qawwi ta' ilma taħt l-istess wiċċ tar-raba?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħruġ ta' permessi għal spejjer m'hux kompitu tad-Dipartiment ta' l-Agrikultura, iżda hu responsabbilta' ta' l-Awtorita' Maltija għar-Riżorsi. Dwar provvista ta' ilma għat-tisqija, il-Ministeru diġa' fassal Pjan ta' Żvilupp Rurali li taqsima essenzjali minnu titratta programm ta' bini ta' ġwiebi għall-ġbir u ħażna ta' l-ima magħruf bħala ''run-off water''.

Baħrija — Triq Raddet ir-Roti/asfalt

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex Triq Raddet ir-Roti fil-Baħrija tiġi asfaltata u ta' l-inqas tingħata wiċċ meta hemm residenti li diġa' ilhom joqogħdu hemm snin twal u ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi f'din l-aħħar sena saru diversi toroq ġodda fil-lokalita' tal-Baħrija fosthom Triq Girna, Triq Patri Tumas Xerri, Triq Ġdida Fi' Triq Patri Tumas Xerri u Triq il-Lewż filwaqt li għaddej xogħol fi Triq il-Qastan u fit-Triq li mir-Rabat twassal sal-Baħrija. Jiena nfurmat ukoll li d-Direttorat tat-Toroq fil-preżent għamel programm biex ikomplu bl-asfalt ta' Triq ir-Rabat u toroq oħra fil-Baħrija. Ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant għalhekk, isir skond l-esiġenzi ta' dan il-programm.

Baħrija — Triq l-Iskola/asfaltar

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' asfaltar u ta' l-inqas il-wiċċ tat-triq l-Iskola, l-Baħrija peress li din ukoll ilha snin twal bir-residenti, uhud minnhom ilhom joqogħdu hemm 20 sena ta' l-inqas?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 37340.

Mental subnormality

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jara li l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kien suġġett ta' deċiżjoni ta' l-Arbitru Numru 331/02 biex dan jiġi kkonsidrat fuq bażi umanitarja meta din ix-xebba ssofri minn mental subnormality u żgur mhux kapriċċ li taħdem biex b'hekk tgħix ħajja indipendenti? Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa każ li jimmerita attenzjoni fiċ-ċirkostanzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li l-persuna ndikata tressqet f'żewġ okkażjonijiet differenti quddiem Bord Mediku maħtur apposta biex jagħti parir lid-Direttur tas-Sigurta' Soċjali fejn ikun hemm talba marbuta mal-kundizzjoni tas-saħħa ta' l-applikant. Informat ukoll li fiż-żewġ okkażjonijiet, għalkemm il-kompożizzjoni tal-Bord kienet differenti, il-Bord ma rrakkomandax li t-talba tiġi aċċettata. Ta min jgħid li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jagħtix poter lid-Direttur jew lil xi ħadd ieħor li juża d-diskrezzjonu u jmur kontra l-parir tal-Bord Mediku f'każijiet bħal dawn.
Leg 9 PQ #37343 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qrati — reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2002? Jista' jikklassifika r-reati u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #37344 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twettaq serq matul Novembru 2002? Jista' jikklassifika s-serq u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #37345 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'Diżabilita`

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 36857 u cioe`, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-Universita`, u fl-MCAST, fil-Junior Collage u fl-iskola Giovanni Curmi? Jista' jgħid ukoll fl-istituzzjonijiet hawn fuq imsemmija x'inhi l-popolazzjoni ta' l-istudenti kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti b'diżabilita` fl-Istituti ta' l-MCAST, Universita`, Junior College u fl-iskola Giovanni Curmi huwa kif ġej: Studenti b' Popolazzjoni diżabilita` ta' l-istudenti Universita` 5 9127 Junior College 3 2800 Giovanni Curmi 2 1230 MCAST 17 2018
Leg 9 PQ #37346 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ammunition

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36893, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-informazzjoni mitluba m'għandhiex tkun ippubblikata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jidhirli li l-informazzjoni mitluba m’ghandhiex tkun pubblikata ghar-ragunijiet evidenti ta’ sigurtà
Leg 9 PQ #37347 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tuna Pennings — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36892?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali li tista' tintuża minn kompetituri tal-linja nazzjonali ta' l-ajru, ma jkunx fl-interess ta' l-azjenda li tingħata din l-informazzjoni.