Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37465 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Migration plan — Sptar San Luqa/Mater Dei

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proċess tal-migrtion plan, minn l-isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei, hemmx xi provvediment fir-rigward ta' trasferiment tal-pazjenti li jkunu f'koma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor Interpellant li meta jitlestew il-pjanijiet dettaljati tat-trasferimenti għall-Isptar Mater Dei ser ikun hemm provvedimenti neċessarji għal trasferimenti ta' pazjenti li jkunu f'koma.
Leg 9 PQ #37466 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Persuni f'koma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni, rikoverti fl-isptar San Luqa, li kienu fi stat ta' koma u li wara irnexxielhom joħorġu minn dan l-istat? Kemm kien hemm persuni li kienu f'dan l-istat u wara mietu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mil-Onor Interpellant ma tinżammx. Nirreferi l-Onorevoli kollega għar-risposta ta' PQ 37141.

Raħal Ġdid — Għoti ta' tenders

Question

Jogħġbu l-Ministru jaġġornani dwar f'hiex wasal il-proċess ta' għoti ta' tenders għall-asfaltar tat-toroq wara l-Carters Supermarket f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35302.
Leg 9 PQ #37472 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Films f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37239 u cioe' jgħid x'kien jisimhom il-films li nħadmu f'Malta u min kienu l-producers tagħhom sena b'sena mill-1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #36700 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

What are the duties of the part-time worker PBS employs? What are the number of hours (daily or weekly) this part-timer is obliged to work?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-presuna impjegata fuq bażi part-time tagħmel xogħol klerikali u taħdem 25 siegħa fil-ġimgħa.
Leg 9 PQ #36782 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajnsielem — Skola

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 36259 irriferuta lilu, cioe' jista' jgħid jistgħux jittieħdu passi biex it-tifel li ismu qed jintbagħat separatament, li suppost jattendi l-iskola primarja ta' Għajnsielem jerġa' jingħata l-persuna li kienet tieħu ħsiebu għax għandu bżonnijiet speċjali u issa ma jridx imur skola għax it-tneħħija u t-tibdil tal-persuna li kellha tgħinu ħarbitu u affetwatu ħażin ħafna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għal din is-sena skolastika l-Kap ta' l-Iskola msemmija allokat il-facilitators skond il-proċeduri normali. Meta għamlet dan ħadet ħsieb ukoll il-ħtiġijiet ta' l-istudenti kollha, inklużi dawk ta' l-istudent imsemmi. Il-facilitator ta' dan l-istudent uriet interess fih u ħadet ħsiebu kull meta attenda. Il-Kap ta' l-Iskola segwiet il-kuntatt bejniethom u hi sodisfatta li l-komunikazzjoni bejniethom kienet tajba ħafna.
Leg 9 PQ #36784 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Kunċert

Question

Peress li l-Enemalta qalet li ma sabet ebda oġġezzjoni għal min kellu jidderieġi l-orkestra nazzjonali oriġinarjament fil-kunċert li hemm referenza għalih f'mistoqsija 36255 u 35416, min kien tassew responsabli li biddel lid-direttur fl-aħħar minuta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma għandi xejn xi nżid mar-risposti li diġa` tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 36255 u 35416.
Leg 9 PQ #36788 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Birkirkara -

Question

X'passi qed jittieħdu biex it-tifel li d-dettalji tiegħu jed jintbagħtu separatament u li jattendi l-iskola primarja tal-lokal jingħata l-għajnuna maħtieġa biex ma jaqax lura fl-edukazzjoni tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport ta' l-iStatementing Moderating Panel (STM 95/02) tat-30/10/02, li wasal id-Dipartiment ta' l-Operat (Sezzjoni Inklussiva) nhar il-Ġimgħa 8 ta' Novembru 2002, jirrakkomanda li t-tifel imsemmi jkun riferut lill-SPLD Unit għal aktar assessjar u li jingħata l-għajnuna tal-qarreja waqt l-eżamijiet. Qed jittieħdu passi biex jitwettqu dawn ir-rakkomandazzjonjiet.
Leg 9 PQ #36790 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Persuni li applikaw għall-korsijiet

Question

Persuni li applikaw għall-korsijiet offruti mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni adulta Code Nos 092-098 u 099-101 jistgħu jiġu eżenti milli jħallsu l-Lm50 addizzjonali għan-noti tal-kors peress li ma jaffordjawx dawn il-ħlasijiet la jistgħu jiksbu n-noti mod ieħor? Huwa aċċettabli li qed jgħidulhom li mhux se jkunu jistgħu jkomplu l-kors jekk ma jħallsux il-Lm50 addizzjonali għan-noti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan il-kors jirrikjedi l-użu ta' numru kbir ta' 'diskettes' u ta' fotokopji sofistikati. Fuq talba ta' xi studenti l-għalliema ġabru ħamsin lira minn għand kull student biex ikunu jistgħu jagħmlu l-fotokopji meħtieġa u jixtru 'diskettes' għall-istudenti. Dawn il-flus marru f''below the line account'. Kull student ingħata riċevuta maħruġa mis-sezzjoni ta' l-'Accounts' tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-ispejjeż li jagħmlu l-għalliema għal dan il-kors jitħallsu mis-sezzjoni ta' l-'Accounts' tad-Diviżjoni. Persuni li għandhom raġuni valida għax ma jistgħu iħallsu ikunu eżentati minn kull forma ta' ħlas kemm tad-dritt tar-reġistrazzjoni kif ukoll tal-ħlas addizzjonali. Fil-fatt hemm erba' persuni li qed jattendu l-korsijiet imsemmija li ġew eżentati.
Leg 9 PQ #36791 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Luqa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu passi dixxiplinari fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qiegħda fl-iskola primarja u ilhom snin sħaħ isiru rapporti kontra tagħha għax tonqos minn dmirijietha ta' għalliema? Għaliex din il-persuna baqgħet għaddejja bl-istess attitudni minkejja li n-nuqqasijiet tagħha huma magħrufa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa` ttieħdu passi fil-konfront tal-persuna msemmija fis-sens li sarulha spezzjonijiet mill-Education Officer kif ukoll mill-Management Team ta' l-iskola. Bdew ukoll proċeduri dixxiplinari min-naħa tal-kap ta' l-iskola. Lil din l-għalliema inżammilha l-increment u f'każ li s-sitwazzjoni tippersisti ikunu jistgħu jittieħdu aktar passi dixxiplinari.
Leg 9 PQ #37351 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36855 u cioe` b'referenza għall-mistoqsija numru 36405 jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn l-għaqdiet sportivi għadhom ma ffirmawx il-kuntratt? Meta għaddiet ir-riżoluzzjoni parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet sportivi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Membru għadhom ma ffirmawx il-kuntratt minħabba raġunijiet varji. Id-dettalji huma kif ġej: Marsascala Boċċi Club - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm250 fis-sena Mosta Boċċi Club - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm150 fis-sena Qormi Boċċi Club - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm300 fis-sena Fgura United F.C. - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm500 fis-sena u qed jitlob estensjoni Sta Lucia Boċċi Club - L-iffirmar tal-kuntratt ġie pospost għax wieħed mill-firmatarji ma setgħax jattendi Kirkop Boċċi Club - Il-Kumitat tal-klabb xolja Southern Shooting Club - Għad trid tiġi ffissata ġurnata biex jiġi ffirmat il- kuntratt Gozo Football Association - Għadhom qed isiru laqgħat Paola Wolves Sports Club - Għad trid tiġi ffissata ġurnata biex jiġi ffirmat il- kuntratt Ir-riżoluzzjoni parlamentari għaddiet f'Mejju 2002.
Leg 9 PQ #37352 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Kastilja — Security Systems

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36853 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid meta ħarġet u meta għalqet it-tender għal security systems għall-berġa ta' Kastilja? Kemm daħlu tenders u kemm kienu l-offerti tagħhom? Meta ġiet deċiża din it-tender u min ħadha? Kemm ser jiswa x-xogħol? X'inhi r-raġuni li ġiet mogħtija lill-kuntrattur imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din is-sejħa għall-offerti ħarġet fit-22 ta' Jannar, 2002 u għalqet fis-26 ta' Marzu 2002. Kien hemm għaxar offerti u l-prezzijiet ġew ippubblikati fuq in-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti fid-data ta' l-għeluq. Fit-3 t'Ottubru 2002 din it-tender għaddiet mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u l-Letter of Acceptance nħarġet lill-kumpanija Dedicated Micros (Malta) Ltd. fl-24 t'Ottubru 2002 għall-valur ta' Lm63,775.45. Skond ir-rapport ta' aġġudikazzjoni li sar minn inġiniera tat-Taqsima tax-Xogħolijiet fil-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura din kienet l-orħos offerta teknikament aċċettabbli.
Leg 9 PQ #37353 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Każini tal-Baned

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36852, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tas-57 banda u kemm ingħataw flus kull wieħed skond is-snin imsemmija fit-tweġiba.

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xogħol fuq proġetti — Ħlas Miżmum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36951 u cioe`, b'referenza għal mistoqsija parlamentari 35832, Jista' il-Ministru jgħid kemm inżammu ħlasijiet lill-kuntratturi għal-xogħol ħażin u/jew nuqqasijiet oħra li saru fit-toroq f'Malta u Għawdex u dan fl-ewwel għaxar xhur tas-sena? Jista' jindika liema huma t-toroq? Min kienu l-kuntratturi u kemm kien kull ħlas?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari Numru 36951.
Leg 9 PQ #37366 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Serer f'Tal-Kmand

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'produzzjoni ta' siġar ħielsa mill-mard tkabret fis-serer speċjalizzati f'tal-Kmand? X'sar minnhom dawn is-siġar u x'tip kienu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin (mis-sena 2000) tkabbru total ta' 51,940 rootstock tas-siġar tal-frott: Fis-sena 2000 saret produzzjoni ta' 2,733 GF677 u 9,794 Myrobalan 29C. Fis-sena 2001 saret produzzjoni ta' 7,130 GF677 u 7,740 Myrobalan 29C. Matul din is-sena sa Ottubru) saret produzzjoni ta' 10,692 GF677 u 13,851 Myrobalan 29C. Matul dawn is-snin saret ukoll produzzjoni ta' pjanti indiġeni u ornamentali.
Leg 9 PQ #37369 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex l-ewwel intqal lill-bdiewa li ċ-ċensiment ma jsirx sabiex il-gvern Nazzjonalista jintaxxahom fuq id-dħul mill-produzzjoni tagħhom, meta l-gvern Nazzjonalista fil-fatt uża purament l-informazzjoni taċ-ċensiment sabiex jistabbillixi dħul tagħhom u jibda jintaxxhom kif se jiġri mis-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-riferenza għaċ-ċensiment fid-Diskors tal-Budget tal-Ministru tal-Finanzi saret biex tingħata informazzjoni dwar l-ispiża medja. Fid-Diskors tal-Ministru tal-Finanzi saret riferenza għall-ispiża medja ta' 20 fil-mija tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli skond iċ-Ċensiment tal-Biedja mħejji mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Din l-informazzjoni ma ntużatx biex il-Gvern jimponi taxxa ġdida fuq il-bdiewa kif l-Onor Interpellant irid jimplika iżda biex tiddaħħal l-ewwel parti minn skema tat-taxxa vantaġġjuża għall-bdiewa. Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Leg 9 PQ #37370 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Kontijiet tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex dawk kollha li rċevew il-kont tat-telefon datat 20 ta' Novembru għall-perjodu Settembru/Ottubru kellhom inkluż ukoll il-kont ta' qabel li kien diġa' tħallas? Peress li dan ħoloq ċertu konfużjoni speċjalment fost l-anzjani, x'passi ser jittieħdu biex dan ma jerġax isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minħabba l-installazzjoni i l-ittestjar tas-sistema kompjuterizzata ġdida, fl-ewwel nofs tas-sena, il-Maltacom ma bagħtitx il-kontijiet regolari kull xahrejn lill-abbonati residenzjali. Meta s-sistema bdiet taħdem regolari, il-kontijiet bdew jintbagħtu f'intervalli iqsar biex is-sitwazzjoni tiġi għan-normal fi żmien reġjonevoli. Minħabba l-perjodu iqsar bejn kont u ieħor, kien hemm xi pagamenti li ma laħqux daħlu fis-sistema. Dawk l-abbonati li vverifikaw il-kont mal-Kumpanija u rriżulta li l-kont ta' qabel kien diġa' tħallas, ingħataw parir biex iħallsu l-parti dovuta. Dawk li bi żvista, li kienu ftit ħafna, ħallsu l-kont doppju, ser ikollhom kreditu fil-kont tagħhom.
Leg 9 PQ #37371 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Coaches — Ħlas lill-Coaches

Question

Wara t-tweġiba tal-Ministru li coaches barranin ma jistgħux jieħdu flus talli jikkowċjaw lil atleti fuq bażi privata fil-Marsa, jista' il-Ministru jiżgura li dan mhux qed isir għaliex għandi rapporti li hemm numru ta' coaches barranin li qed jagħmlu dan għad-dannu ta' coaches Maltin.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kif indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 26960, sal-lum għad ma hemmx kontroll fuq individwi li jiffrekwentaw it-track ta' l-atletika. Minn informazzjoni li għadnu d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jirriżulta li fil-fatt hemm coaches barranin li jagħtu taħriġ fuq it-track fuq bażi ta' gruppi. Nitlob lill-Onor. Membru biex jekk jaf b'xi każijiet fejn hemm coaches li qegħdin jagħtu taħriġ fuq bażi individwali jgħaddi d-dettalji lid-Dipartiment biex jiġu nvestigati.

Ħofor fit-Toroq

Question

Peress li fit-triq li mir-Rabat tagħti l-Mtarfa u cioe il-parti tal-bridge ta' l-Imtarfa, hemm ħofor kbar li tkisser karozza u imaġina x' periklu jikkawża lill-pedestrains, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Mosta — Triq Rużinjol

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanta kif se tiġi żviluppata Triq Rużinjol, il-Mosta? Jista' jara li tiġi rranġata din it-triq? Jista' jara li jinħarġu t-tenders neċessarji? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjanti għall-iżvilupp ta' din it-triq jinħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar u għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex issir spezzjoni fit-triq u jiġi stabilit x' l-aħjar li jsir.