Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37432 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq Xandru - Fond nru. 25

Question

Jista' l-Ministru jara li l-post 25, Triq Xandru, Bormla jiġi debitament disinfestat u mnaddaf billi hemm wisq imbarazz miġbur fih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara li d-dipartiment ġie innotifikat b'dan il-każ fit-28 ta' Jannar 2002 saru żewġ spezzjonijiet, ġie identifikat is-sid u ntalab biex ineħħi l-imbarazz.

Avukat Ġenerali — Uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal il-post il-ġdid fejn l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għandu jiċċaqlaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Diġa kien beda xi xogħol wara li nħarġu l-permessi mill-MEPA imma kellu jieqaf minħabba problemi ta` post alternattiv għall-inkwilina li toqgħod fil-lok.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flus intnefqu u kemm dam sejjer ix-xogħol fuq il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fi Triq il-Merkanti? Jista' wkoll jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li l-bankina ta' quddiemu ssir ukoll ġdida?

Response (BORG, JOE)

Ix-xogħol ta' restawr taż-żewġ faċċati ta' Palazzo Parisio li fih jinsab il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ġie jiswa LM61,723,89 u dam sejjer 42 ġimgħa. Rigward il-bankina, tajjeb jingħad illi t-tiswija tal-bankini hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali. Il Ministeru fi ħsiebu jagħmel talba lill-Kunsill Lokali tal-Belt, Valletta sabiex issir bankina ġdida quddiem il-Ministeru.
Leg 9 PQ #37435 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Valletta — Monte di Pieta'

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bix-xogħol li sar ġewwa l-Monte Di Pieta' tul dawn l-aħħar erba' snin fi Triq il-Merkanti u jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li tiġi restawrata l-faċċata tiegħu wkoll?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment kellu programm ambizjuż biex itejjeb l-effett tal-aspett tar-relazzjonijiet pubbliċi u tiżdied l-effiċjenza. L-uffiċji u l-ambjent ġenerali ma kienux ta' livell sodisfaċenti. Għalhekk kellu jsir xi ħaġa biex jittejjeb l-post minn fejn qed issir l-ħidma u fejn qed jintlaqa' l-pubbliku. Tfassal pjan u ntalbet l-għajnuna tal-Periti fis-Sezzjoni tar-Restawr fid-Diviżjoni ta' Xogħolijiet, l-aktar minħabba r-restawr tal-post u biex jintalbu il-permessi għall-bini ta' xi kmamar. Ix-xogħol fil-maġġor parti tiegħu sar mill-istaff industrijali tad-dipartiment - kostruzzjoni ta' kmamar bis-soqfa b'kollox, twaqqiegħ ta' soqfa, twessiegħ ta' twieqi u bibien, tqaxxir ta' ħitan, tikħil u tibjid, tqaxxir tat-travi, bdil ta' xorok, bdil ta' madum, tqegħid ta' xi madum aktar addattat, tfassil u tqegħid ta' ħadid fit-twieqi minħabba sigurta' tal-Monti di Pieta', tibdil fis-sistema ta' l-eletriku u ħafna xogħol ieħor. Dan wassal għal trasformazzjoni kompleta tal-uffiċċju bħal ma wieħed jista' jara b'għajnejh stess. Qabel tkaħħlu l-ħitan u tpoġġa l-madum, tħaffru t-trinek biex minnhom jgħaddi l-wiring tal-elettriku u tas-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment kollu. Wara li jitlesta l-bini tas-sala li ser sservi ta' Arkivju għad-dokumenti tad-Dipartiment hemm il-ħsieb li tiġi rrestawrata ukoll l-faċċata tal-Monte Di Pieta'.

Kalkara — Fortizza tar-Rinella

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil-Kamra x'xogħol ta' restawr qiegħed isir fuq il-fortizza tar-Rinella fil-Kalkara u kemm dan huwa proġettat li se jiswa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-preżent mhux qed isir l-ebda xogħol ta' restawr fil-Fortizza tar-Rinella mill-Minsteru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan il-Ministeru kien għamel xogħol fuq is-soqfa tal-Fortizza li kien qed jiġrilhom ħsara minħabba dħul ta' ilma. Dan ix-xogħol pero' twettaq is-sena l-oħra, u sewa Lm20,000.

Manoel Island — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x-xogħol ta' restawr qiegħed isir fuq Manoel Island ai termini tal-ftehim u kemm dan huwa proġettat li se jiswa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi skond il-ftehim, il-konsorzju MIDI huwa obbligat illi jagħmel xogħlijiet ta' restawr fil-Forti Manoel hekk kif inhuma ddettaljati fil-'Heritage Studies Report', anness mal-Kuntratt bħala parti minn Skeda Nru. 14. L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment infurmat illi l-informazzjoni rigward il-valur ta' dawn ix-xogħlijiet, tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37440 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — CDAW - Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba li qed jaħdmu mat-tfal li jiġu riferuti mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fis-CDAW?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Misotqsija lill-Ministru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #37441 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — CDAU - Tfal/żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal u żgħażagħ ġew riferuti mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni lis-CDAU, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' l-Ministru jgħid kemm idumu bejn wieħed u ieħor kull każ biex jiġi investigat u diagnosed?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37442 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — CDAU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni idum biex iwettaq ir-rakkommandazzjonijiet tas-CDAU? Kien hemm xi każijiet fejn dak li r-rakkomanda s-CDAU ma setgħux jitwettqu? Kemm kien hemm u x'alternattiva nstabet għat-tfal? Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni mgħammar bil-kompliment ta' nies speċjalisti biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet? Kemm hemm speċjalisti fuq dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37447 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Waste Oils Company Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Waste Oils Company Ltd. hijiex waħda parastatali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal fil-każ ta' kull soċjeta' kummerċjali oħra, l-informazzjoni mitluba dwar id-diretturi u l-azzjonisti jistgħu faċilment jinkisbu mir-Reġistru tas-Soċjetajiet li jagħmel parti mill-MFSA, jew mill-website relattiva.
Leg 9 PQ #37448 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Unjoni Ewropea — Regolamenti dwar kimiċi fl-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37275, jista' l-Ministru jgħid għal kemm tammonta l-ispiża kapitali għax-xogħol imsemmi fir-risposta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għadu kmieni biex tingħata l-ispiża kapitali nvoluta.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Issa li jingħad li tlestew ix-xogħlijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew fi flus: 1) Mdina Road, Ħal Qormi, 2) Ħal Far Road; 3) Psaila Street, Santa Venera/Birkirkara, 4) il-junction ta' quddiem l-isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard; u 5) il-junction ta' fejn it-tankijiet tal-gass (Regional Road)?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #37450 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati traffic accidents fil-junction li mit-Triq ta' Ħaż Żabbar tagħti għal Wied il-Għajn (fejn riċentement ġew installati traffic lights), xahar b'xahar matul din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm sitt inċidenti stradali irrapurtati lill-Pulizija li seħħew fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dawn kienu tnejn fi Frar, tlieta f`Marzu u wieħed f`April.

Żabbar — Pedestrians

Question

Jista' l-Ministru jivverifika s-sitwazzjoni tal-pedestrians li ma jistgħux jaqsmu t-triq ta' Ħaż Żabbar bil-mod kif qegħdin jiġu mħaddmin it-traffic lights fil-junction tat-triq ta' Ħaż Żabbar li tagħti għal Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-junction upgrading sar biex jiġi kkontrollat aħjar it-traffiku. Il-pedestrians għandhom faċilitajiet biex jaqsmu t-triq permezz ta' pedestrian u pelican crossings li qedgħin allokati kif gej: Bejn il-Junction msemmija u l-Mina ta' Hompesch. Lejn Ħaż-Żabbar bejn Triq Bajada u Triq Vitorja. Fil-by pass ta' Wied il-Għajn.
Leg 9 PQ #37453 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Eżamijiet

Question

Kemm resqu studenti għall-eżamijiet tal-MATSEC din is-sena? Kemm għaddew minn tal-anqas suġġett wieħed? Min fejn huma lokalita' b'lokalita', sew il-kandidati kollha kif ukoll dawk li għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' kandidati li għamlu l-eżami tal-MATSEC, kif ukill in-numru ta' dawk li ħadu ċertifikat, skond il-lokalita` fejn joqgħodu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37455 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Artijiet — Propjeta tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jispeċifika liema partijiet minn art, li pjanta tagħha qiegħed nibgħat separatament u li hija 'highlited' bil-kulur isfar, hija propjeta' tal-Gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija kollha kemm hi tal-Gvern.
Leg 9 PQ #37456 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vapuri tal-Gozo Channel — Manutenzjoni

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma x'tip ta' xogħol huwa mistenni jsir fuq il-vapuri tal-Gozo Channel il-ġodda fit-tarzni fil-ġranet li ġejjin? Jista' jgħid kemm huwa stmat li jiswa x-xogħol li ser isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel tlitt xhur tas-sena d-dieħla, il-vapuri tal-Gozo Channel mistenni jsirilhom is-survey annwali. Fl-istess ħin ser isirulhom ukoll it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fuq ir-rampi, il-pajpijiet ta' l-ilma, il-magni u l-linoleum ta' l-art. Il-Kumpanija qed tikkunsidra wkoll li tinstalla sistema ta' "soft starters" fuq il-vapuri kollha bil-għan li jonqsu l-ispejjez kemm ta' mautenzjoni kif ukoll ta' konsum ta' fuel. L-aħħar parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li tali informazzjoni issir pubblika.

Residenti fi djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti ġewwa San Vinċenz de Paule u d-djar l-oħra ta' l-anzjani (waħda b'waħda) li huma ġejjin minn; Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, Kirkop, Għaxaq, B'Buġia u Marsaxlokk (separatament għal kull raħal)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.