Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37501 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Gross salaries

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-gross salaries xahar b'xahar individwalment tal-impjegati li jaħdmu mal-fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bejn Jannar 2002 u l-aħħar ta' Novembru 2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċji u allowances

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartiment u x'inhu il-grad tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'inhuma l-benefiċċji u l-allowances li jitħallas lil din il-persuna, inkluż l-użu tal-karozza jekk hu l-każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija jokkupa l-grad ta' Supervisor fid-Dipartiment tad-Drenaġġ. Il-ħaddiem in kwestjoni għandu dawn il-benefiċji: drainage allowance, shift allowance, extra hours tal-ħdud u l-festi kif ukoll overtime u użu ta' karozza.

Bord mediku

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li qed insemmi separatament tiġi eżaminata minn bord mediku id-dar tagħha mill aktar fis minħabba s-segwenti raġunijiet. a) Din qed tgħix bir-relief biss, għax hija separata; b) Dan inqatgħala wara li ma attendietx għall board mediku l-isptar meta fil-fatt din ma setgħetx tmur u bagħtet ċertifikat fejn talbet li l-bord jiġi jaraha d-dar imma għall xi raġuni jew oħra dan iċ-ċertifikat ma wasalx fejn kellu jasal u għalhekk nqatala ir-relief; c) Din il-persuna ma għandhiex dħul ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36793 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — San Ġwann

Question

Meta se jingħata l-għajnuna meħtieġa t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li għandu bżonnijiet speċjali u jattendi l-iskola primarja tal-lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat min-National Support Services, li dan it-tifel għadu kemm ġie statemented u r-Rapport ser jintbagħat lid-Diviżjoni mill-aktar fis possibbli, appena jkun iffirmat. Hekk kif id-Diviżjoni tirċievi r-rapport, jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan it-tifel jingħata l-għajnuna meħtieġa skond ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-iStatementing Moderating Panel.
Leg 9 PQ #36795 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — San Ġwann

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom it-tifel li d-dettalji qed jintbagħtu separatament mhux qed jitħalla jattendi ġurnata sħiħa fl-iskola? Kif ittieħdet din d-deċiżjoni? Min eżamina t-tifel biex jiddeċiedi dan? X'għajnuna jinħass li għandu bżonn biex ma jiċċaħħadx mill-edukazzjoni tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din hi l-ewwel sena li dan l-istudent attenda l-iskola primarja. Hi proċedura ta' l-iskola li tfal li jattendu l-ewwel darba jagħmlu ċertu żmien jattendu għal ħin qasir kuljum sakemm dawn jidraw joqogħdu l-bogħod mid-dar aktar fit-tul. S'issa għadu ma darax. L-istudent kien immonitorjat fil-klassi waqt ħinijiet differenti u inbdew ukoll il-proċeduri biex it-tifel jingħatalu s-servizz ta' facilitator.
Leg 9 PQ #36809 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Klandestini — Tfal ta' klandestini jattendu skejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' klandestini li bħalissa qed jattendu fl-iskejjel tal-istat? F'liema lokalitajiet qed jattendu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal ta' l-immigranti illegali li bħalissa qed jattendu fl-iskejjel ta' l-istat huwa ta' ħamsa u ħamsin. Il-lokalitajiet li qed jattendu dawn it-tfal huwa kif ġej: Lokalita` Nru ta' tfal Floriana 7 Ħamrun SS 5 Pieta` 17 B'Bugia A 8 B'Bugia B 5 Żurrieq A 8 Żurrieq B 5 Total 55
Leg 9 PQ #36810 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sptar San Luqa — CDAU/SPLD

Question

It-taqsima SPLD assessjat lit-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament skond kif indikat mis-CDAU fir-rapport mediku tas-26 ta' Jannar 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla msemmija waslet biex isirilha assessment mit-taqsima SpLD. Fil-fatt xi ġimgħatejn ilu jidher li d-Diviżjoni ħalliet risposta fuq l-'answering machine' biex huma jċemplu lit-taqsima SpLD. B'hekk ikunu jafu li l-ġurnata u l-ħin huma komdi għall-familja. S'issa għadhom ma semgħux minn għandhom u ma reġgħux ċemplulhom darba oħra għaliex bħal issa hemm aktar xogħol urġenti.
Leg 9 PQ #36811 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors tal-liġi - mature student clause

Question

X'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ma ġiex aċċettat bħala mature student għall-kors tal-liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta l-istudent kien attenda għall-intervista kien informa lill-Bord li huwa kien qiegħed jagħmel eżami ta' l-Ingliż f'livell avanzat, u għalhekk il-Bord ħass li jkun għaqli li jistenna dan ir-riżultat qabel ma jieħu deċiżjoni finali tal-każ. Fil-fatt l-istudent ma ġabx ir-riżultat. Meta ġie kkuntattjat mill-uffiċju tal-Fakulta` kien qal li l-eżami kien ser jagħmlu f'Settembru presumibilment għax kien weħel f'Ġunju. Wara Settembru l-Fakulta` ma rċeviet ebda ċertifikat li kien juri r-riżultat li ottjena l-istudent.
Leg 9 PQ #36812 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klandestini — Numru ta' tfal

Question

Kemm hemm tfal tal-klandestini li bħalissa qed jinżammu hawn Malta? X'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fost il-persuni li qed jinżammu mill-Awtoritajiet tas-Sigurta` minħabba li daħlu Malta llegalment hemm 137 li huma tfal. L-iżgħar fosthom hija tarbija ta` ftit ġimgħat, filwaqt li l-akbar hija ta` 16-il sena.
Leg 9 PQ #37372 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Coaches Barranin — Skejjel

Question

Jaf il-Ministru li, minkejja li mhux dawk kollha li ggradwaw bħala B.Ed (Sports) ġew impjegati ma' l-iskejjel, hemm skola indipendenti, li qed nagħti isimha separatament, li qed timpjega fuq bażi part-time żewġ coaches barranin x' aktarx Jugoslavi?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li mir-records tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma jirriżultax dak li qed isemmi l-Onor. Membru, ser inkompli ninvestiga biex inkun nista' nagħti tweġiba definittiva f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37374 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-knisja u indipendenti li aċċettaw persuni b'diżabilita' u jekk ikun hemm bżonn facilitator? Jista' jagħti lista' ta' dawk l-iskejjel li għal xi raġuni jew oħra rriffjutaw li jieħdu lil xi student/a b'diżabilita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel tal-Knisja kollha jaċċettaw presuni b'diżabilita` bi bżonn ta' facilitaotr. L-Istat joħroġ il-ħlas tal-facilitators li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knijsa. Din is-sena skolastika hemm persuni bi bżonnijiet speċjali f'dawn l-iskejjel tal-Knisja: St Benilds - Sliema Stella Maris College - Gżira St Dorothy's - Żebbuġ Teresa Nuzzo School - Ħamrun St Francis - Sliema Teresa Nuzzo School - Marsa St Francis - Cospicua Laura Vincuna School - Gozo St Francis - Msida St Michael's School - Qormi St Joseph - Sliema St Theresa School - Gozo St Monica - B'Kara St Vincent School - Sliema St Monica - Gżira St Elias College - St Venera De La Salle College St Francis Victoria - Gozo St Augustine's College St Angels - G'Mangia St Albert College St Angela - Lija St Francis - B'Kara St Angela - Rabat Sacred Heart - St Julians St Angela - Cospicua Our Lady Immaculate - Ħamrun St Joan Antide School - Gudja Stella Maris School - Balzan Mater Boni Consglii - Paola Archbishop Seminary - Malta Sacred Heart Seminary - Gozo St Monica - Qormi St Monica - Mosta St Paul's Missionary College - Rabat Immaculate Conception - Tarxien Savio College - Dingli St Dorothy's School - Sliema Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma taf b'ebda każ fejn skola tal-Knisja rrifjutat persuna b'diżabilita`. Taf b'każ fejn saru sforzi kbar biex jinstab facilitator u li s'issa ebda facilitator magħżul ma' aċċetta. Din is-sena skolastika hemm persuni bi bżonnijiet speċjali f'dawn l-iskejjel Privati: Chiswick House School San Anton School St Catherine's School San Andrea School St Edward's College St Martin's College St Michael's School St Michael's Foundation Informat li ma ġie rappurtat ebda każ fejn skola Indipendenti rrifjutat persuni b'diżabilita`.
Leg 9 PQ #37375 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita' fl-iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar l-iskejjel tal-Knisja jew privati li jirrifjutaw li jieħdu studenti b'diżabilita' biex jitgħallmu fl-iskejjel tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel tal-Knisja ma jirrifjtuawx li jieħdu studenti b'diżabilita` biex jitgħallmu fl-iskejjel tagħhom. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kellha ebda każ fejn skola Indipendenti rrifjutat studenti b'diżabilita`.
Leg 9 PQ #37377 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rapporti dwar teħid ta' droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika s'issa kienx hemm xi rapporti minn xi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja, jew indipendenti dwar teħid ta' droga minn xi studenti tagħhom? Jekk fl-affermattiv x'azzjoni ttieħdet?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'ix Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37380 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Skejjel — Inkonvenjenzi għan-nies

Question

Jista' il-Ministru jara li l-pulizija tibda tagħmel ir-ronda speċjalment bejn is-siegħa u s-sagħtejn ta' wara nofs in-nhar fil-ġranet ta' l-iskola minħabba storbju, tipjip u affarijiet oħra li qed idejqu lin-nies li joqogħdu fl-appartamenti ħdejn żewġ skejjel - waħda tal-knisja u l-oħra indipendenti, li isimhom qed jingħata separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-viċinanzi ta` l-iskejjel imsemmija ikun hemm il-Pulizija fil-ħinijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Jekk jagħtina iktar dettalji nkun nista` nivverifika ulterjorment.
Leg 9 PQ #37381 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment tal-Biedja

Question

B'referenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fil-budget, kemm kienet l-evalwazzjoni tal-produzzjoni li ttieħdet fuq raba saqwi u bali separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37383 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Prezz Medju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-ħxejjex li ddaħħlu fil-pitkalija ċentrali nkluż il-patata bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, xahar b'xahar f'Malta u Għawdex separatament. Jista' l-Ministru jinfurmani bl-istess informazzjoni għas-snin 2001, 2000, 1999, 1998, 1997 separatament.

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba tidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37384 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment tal-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ta' siegħat ta' xogħol ġie kkalkulat d-dħul ta' 80% li jaqilgħu il-bdiewa skond kif iċ-ċensiment li sar u li fuqu, l-Ministru tal-Finanzi rrefera għalih fid-diskors tal-budget?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 37379.
Leg 9 PQ #37387 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dħul tal-Bdiewa — Kalkoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li ma qablux u li qablu mal-kalkoli tad-dħul tal-bdiewa li rriżultaw fiċ-ċensiment li sar u li ssemma bi prominenza kbira u tqies b'importanza kbira fil-budget tal-gvern Nazzjonalista?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-kalkolu tad-dħul ta' 80 fil mija mill-produzzjoni hu bbażat fuq informazzjoni u dikjarazzjonijiet ta' bdiewa fl-aħħar ċensiment. M'hux kompitu ta' dan il-Ministeru li jindaħal f'dak li jaħsbu l-għaqdiet jew kooperattivi tal-bdiewa dwar x'jirriżulta miċ-ċensiment. Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Leg 9 PQ #37388 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għaqdiet/Kooperattivi tal-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet/ kooperattivi tal-bdiewa li qablu jew ma qablux mad-dħul ta' 80% mill-produzzjoni tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-kalkolu tad-dħul ta' 80 fil mija mill-produzzjoni hu bbażat fuq informazzjoni u dikjarazzjonijiet ta' bdiewa fl-aħħar ċensiment. M'hux kompitu ta' dan il-Ministeru li jindaħal f'dak li jaħsbu l-għaqdiet jew kooperattivi tal-bdiewa dwar x'jirriżulta miċ-ċensiment. Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Leg 9 PQ #37389 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għaqdiet/Kooperattivi tal-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li qablu mal-kalkoli tal-gvern Nazzjonalista' imħabbra fil-budget li d-dħul tal-bdiewa mill-produzzjoni tagħhom huma ta' 60% kif ġenerożament iddikjara l-Ministru tal-Finanzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iċ-ċifra li ġiet diskussa mal-bdiewa kienet ta' 80% dħul mill-produzzjoni tagħhom li l-bdiewa stess iddikjaraw fiċ-ċensiment. Iċ-ċifra ta' 60% ma ġietx diskussa. Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.