Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bonus

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-bonus ta' Diċembru ta' kopja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jasal għax għadhom ma irċevew xejn. Tista' l-koppja tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħa l-passi biex jitħallas il-bonus lill-koppja msemmija.
Leg 9 PQ #37531 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li titranġa bozza li ilha mitfija 17-il ġurnata fi Triq it-Tramunata, Paola?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37532 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Social workers — Ħaddiema mal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu mal-Gvern u fl-liema dipartimenti qegħdin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qeghda tingabar u tinghata twegiba f’xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #37534 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose ġewwa il-casuality department ta' l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Ġunju 2002 u x'tip ta' pilloli jew sustanza oħra ħadu. Kemm kienet l-eta` ta' dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Ġunju sat-8 ta' Diċembru 2002 daħlu b'kollox 147 persuna b'overdose fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa. L-akbar sustanzi komuni huma opiates, anti-depressants (l-aktar amytripline) u anxiolytics (l-aktar derivati tal-benzodiazepines). L-eta` tal-persuni tvarja minn 15 sa 80 sena.
Leg 9 PQ #37548 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħal Lija — Sqaq Seguna

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fi sqaq Sejduna ossia Seguna Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija sarx bini fuq art tal-gvern minn individwi privati? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn riċerki li saru mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma jirriżultax li sar bini fuq art tal-Gvern fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex waslet l-applikazzjoni li kienet saret sabiex jiġi nstallat lift fi Block B1, Housing Estate, Pieta`?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar, talba għal installar ta' lift fi blokki tal-Gvern tkun ikkunsidrata kemm il-darba dawn il-blokki jkunu fil-lokalitajiet tal-Kottonera, Kalkara, Floriana u Valletta jew f'lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex fejn fil-blokk tal-Gvern tkun tabita persuna b'diżabilita' ta' mobilita'. Ninsab infurmat li fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant mhemmx persuna b'diżabilita' ta' mobilita' u għalhekk l-applikazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata favorevolment.
Leg 9 PQ #37550 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għandhom esebiti fl-atti ta' inkjesti li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri li illum ġie elevat għal Imħallef peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x-xogħol tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37551 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif u meta ser tiġi attwata sentenza tat-Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzji tas-7 ta' Frar 2002 li tikkonċerna l-ħaddiema ta' Dar il-Mediterran? Japprezza l-Ministru li issa għadda żmien konsiderevoli minn meta t-Tribunal afferma li huma kienu sofrew inġustrizzja u ta r-rakkmandazzjonijiet appożiti.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-implimentazzjoni tas-sentenza tat-Tribunal qeghda tigi kkunsidrata.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru, b'mod spedit, jordna li quddiem l-istage tal-Bombi (Portes des Bombes) isir xi ħaġa biex ma tibqax dik l-għadira ta' l-ilma li takkumula bir-riżultat li vetturi jtajru l-ilma proprju fuq in-nies li jkunu qed jistennew ix-xarabank?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi d-Direttorat tat-Toroq għadu kif ħareġ sejħa għall-offerti biex isir xogħol fil- junctions tal-lokalita' inkonnessjoni mal-proġett tal- Park and Ride tal-Bombi u x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isisr bħala parti minn dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #36813 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Klandestini — Testijiet mediċi fuq tfal

Question

Hemm xi problemi biex it-tobba jeżaminaw lit-tfal tal-klandestini biex jiċċertifikawhom li jistgħu jattendu l-iskola bla problemi? Kif se jinegħlbu dawn il-problemi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm l-ebda problema biex it-tfal ta` l-immigranti klandestini jiġu ċċertifikati li jistgħu jattendu l-iskola. It-tfal ġew eżaminati minn tabib tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u ma nstab ħadd mit-tfal li mhux tajjeb biex jattendi l-iskola. Għalhekk, mill-aspett tas-Saħħa, dawn it-tfal jistgħu jattendu l-iskola minnufih.
Leg 9 PQ #36814 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Postijiet vakanti

Question

Jista' issa l-Ministru jagħti t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36262?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel u fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm dawn il-vakanzi: Skejjel / Dipartimenti Vakanzi Skejjel Primarji (Malta) xejn Skejjel Primarji (Għawdex) 4 Kapijiet ta' Skejjel (minnflokhom hemm Assistenti Kapijijiet in charge) 1 Assistent Kap Skejjel Sekondarji xejn Dipartiment ta' l-Operat 9 Ufficjali Edukattivi 1 Assistent Direttur Dipartiment tal-Kurrikulu 14 Uffiċjal Edukattiv Dipt. ta' l-iStudent Services and 6 Uffiċjali Edukattivi International Relations Dipt. ta' l-Istudji Ogħla u 6 Uffiċjali Edukattivi Edukazzjoni għall-Adulti u fl- 1 Kap ta' Skola iskejjel li jiddependu minnu Dipt. ta' l-Ippjanar u Żvilupp xejn Bħalissa qed isiru l-proċeduri meħtieġa biex jimtlew dawn il-vakanzi.

Pixxina Nazzjonali — Ħarsien fuq il-post tax-xogħol

Question

X'passi ttieħdu s'issa mill-awtorita' b'referenza għall-każ imsemmi f' mistoqsija 36214?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għamlu spezzjoni fuq il-post indikat mill-Onor. Interpellant u wara li talbu dokumenti u ċertifikati mingħand il-management, ħarġu struzzjonijiet biex fi żmien raġonevoli jittieħdu dawk il-miżuri korrettivi meħtieġa. Ninsab infurmat lil-Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol ser tkompli ssegwi l-iżviluppi dwar dan il-każ.
Leg 9 PQ #36816 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Każ dwar pornografija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36224 għaliex ma ddaħħlitx il-pulizija fil-każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ddaħlitx il-pulizija, għax wara konsultazzjoni mat-tifla u l-ġenituri tagħha, ippreferew hekk. Il-parir li ingħata kien li t-tifla tiġi evitata minn trawma akbar.
Leg 9 PQ #36861 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti bi probation

Question

F'liema korsijiet li bdew l-Universita' f'din is-sena akkademika tħallew jidħlu studenti fuq bażi ta' probation? Kemm daħlu studenti bi probation f'kull kors? Għaliex hemm fakultajiet li aċċettaw studenti bi probation u oħrajn le?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li daħlu bi prova (probationary students) hu kif ġej: Kors Total Bachelor of Commerce 8 Bachelor of Engineering 10 Bachelor of Sciene in Inf. Technology 9 Bachelor of Science (Hons) 24 Bachelor of Science (Hons) Comm Therapy 1 Bachelor of Arts 13 Bachelor of Arts in European Studies 1 Bachelor of Arts in Legal & Humanistic Studies 10 Doctor of Medicine 7 Informat li student jista' jidħol bi prova meta ma jkollux ir-rekwiżiti kollha għad-dħul. Għalhekk id-dħul ta' studenti bi prova hi konċessjoi mogħtija mill-Fakulta` konċernata u mhux dritt ta' l-istudent. Jistgħu jkunu varji r-raġunijiet li jwasslu Fakulta` li ma tikkonċedix li jidħlu studenti bi prova iżda ġeneralment ir-raġuni prinċipali tkun li Fakulta` tkun tal-fehma li meta studenti ma jkollhomx ir-rekwiżiti kollha meħtieġa aktarx li jsibuha diffiċli jsegwu l-kors. Raġuni sekondarja tista' tkun ukoll in-numru ta' studenti li jkunu ammessi bħala studenti regolari. Raġuni aktar sempliċi hi li ma jkunx hemm domanda minn studenti li jistgħu jkunu konsidrati għad-dħul bħala studenti bi prova.
Leg 9 PQ #36862 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biblijoteka Nazzjonali — Studenti minn skejjel sekondarji

Question

Minn meta ttieħdet id-deċiżjoni li studenti sekondarji ma jitħallewx jidħlu l-Biblijoteka Nazzjonali biex jikkonsultaw materjal għar-riċerka ta' xogħol skolastiku tagħhom? Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni? X'passi ttieħdu biex ix-xogħol li jikkonsultaw l-istudenti jitqiegħed f'post ieħor biex ikunu jistgħu jarawh? Normalment x'materjal kienu jitolbu li jikkonsultaw l-istudenti sekondarji? Fejn se jsibu dan il-materjal li qabel kienu jmorru l-Biblijoteka Nazzjonali għalih?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar is-27 ta' Diċembru 2001 il-Bibljoteka Nazzjonali ġiet mogħtija il-Quality Service Charter. Dan sar wara li saret ħidma qawwija biex jittejjeb is-servizz li din toffri. Kellhom ukoll jiġu aġġornati r-regolamenti mħaddma mill-istess Bibljoteka. Persuna tista' tidħol tagħmel riċerka fil-bibljoteka Nazzjonali jekk din ikollha 15-il sena jew tkun qegħda fil-ħames sena ta' livell sekondarju. Sar studju dettaljat dwar ir-regolamenti u s-sigurta` li wieħed isib f'Librerija Nazzjonali, f'pajjiżi barranin. L-eta` ta' dħul ta' persuna fil-biċċa l-kbira ta' dawn il-Libreriji hija minn 16 jew 18-il sena 'l fuq. Sar ko-ordinament mal-Librerija Pubblika Ċentrali fil-Floriana biex nassiguraw ruħna li materjal normalment mitlub minn dawn l-istudenti jkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-Floriana.
Leg 9 PQ #37390 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Dħul mill-Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-bdiewa jkollhom 80% dħul mill-prodotti tagħhom jew 60%? Jekk iva, fuq liema kriterji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 37379.
Leg 9 PQ #37392 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min u meta sar iċ-ċensiment msemmi fid-diskors tal-budget għall-estimi finanzjarji tas-sena 2003?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iċ-ċensiment li irrifera għalih il-Ministru tal-Finanzi hu ċ-ċensiment nazzjonali li sar mill-Awtorita' ta' l-Istatistika s-sena l-oħra. Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l-istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.
Leg 9 PQ #37393 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li fuqhom sar iċ-ċensiment imsemmi fil-budget ? Kemm minnhom kienu part-time u full-time u kemm Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 37379.