Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37538 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hypogeum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-hypogeum min kemm ilu li reġa' fetaħ sal-lum u mil-liema pajjiżi kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37539 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba — Visti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il vista għamlu t-tobba ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid sew home visits u kemm fl-istess Ċentru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Membru jgħid għal-liema sena li dwarha qed jitlob l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #37540 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita Korrettiva ta' Kordin — Ħabsin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm għandhom eta'? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u mil-liema pajjiżi ġejjin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-6 ta` Diċembru 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` mitejn u ħamsa u disgħin (295) li minnhom ħmistax (15) huma nisa u mitejn u tmenin (280) irġiel. Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi kif jidher hawn taħt:- Nazzjonalita` Irġiel Nisa Total Maltin 186 4 190 Libjani 57 1 58 Ingliżi 7 4 11 Alġerini 2 0 2 Bangladesh 3 0 3 Bulgaria 3 0 3 Olanda 3 2 5 Eġizzjani 3 0 3 Taljani 3 1 4 Lebaniżi 1 0 1 Niġerjani 3 2 5 Palestinjani 1 0 1 Portugizi 1 0 1 Sudanizi 2 0 2 Tuneżini 5 0 5 Torok 0 1 1 Jugoslavi 2 0 2 TOTAL 280 15 295 Eta tal-prigunieri: 15 sa 17 il-sena Xejn 18 sa 20 sena 8 21 sa 24 sena 44 25 sa 29 sena 60 30 sa 34 sena 59 35 sa 39 sena 52 40 sa 49 sena 47 50 sa 59 sena 21 60sena u aktar 4 295
Leg 9 PQ #36863 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec Systems of Knowledge — Resits ta' eżamijiet

Question

Kemm kien hemm studenti post-sekondarji li fi tmiem is-sena akkademika 2001-2002 weħlu fil-proġett ta' l-estetika li jridu jagħmlu bejn l-ewwel u t-tieni sena tagħhom biex jissidisfaw il-kriterji tal-bord tal-Matsec tas-Systems of Knowledge? Kemm minn dawn l-istudenti li weħlu tħallew jagħmlu re-sit? Kemm kien hemm studenti li weħlu li ġew infurmati li jistgħu jagħmlu re-sit? Kif ġew infurmati dwar dan ir-re-sit? Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema kriterji jkun hemm studenti li jitħallew jagħmlu re-sit u l-oħrajn li jitħallew fil-għama?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni li qed tintalab trid tinġabar mill-iskejjel. Ir-rwol tal-MATSEC fejn jidħlu l-proġetti tas-Systems of Knowledge huwa dan: Il-proġett ta' l-estetika fis-Systems of Knowledge huwa assessjat mill-għalliema stess lejn tmiem l-ewwel sena tal-kors fl-iskejjel post-sekondarji. Bejn Ġunju u Lulju, il-Bord tal-MATSEC jimmodera l-marki li jkunu ngħataw. Imbagħad fl-aħħar ta' Frar tat-tieni sena tal-kors, l-iskejjel jintalbu jibgħatu l-marki taż-żewġ proġetti (estetiku u teknoloġiku) lill-Uffiċċju tal-MATSEC. Il-moderazzjoni tat-tieni proġett issir bejn Marzu u April. Jekk fl-aħħar tal-kors il-kandidati ma jkollhomx il-marka minima fiż-żewġ proġetti ma jitħallewx jagħmlu l-eżami tas-Systems of Knowledge f'Mejju iżda jingħataw iċ-ċans li jtejbu l-proġett/i li jkunu weħlu fih/om biex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżami f'Settembru. Il-kandidati kollha li jkunu f'din is-sitwazzjoni jkunu mgħarrfa b'ittra b'dan ir-regolament.
Leg 9 PQ #36864 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sir Adrian Dingli — Manutenzjoni tal-bjut

Question

X'passi ttieħdu biex jiġi nvestigat x'wassal biex jidħol ħafna ilma fil-bini ta' l-iskola Sir Adrian Dingli wara x-xita li għamlet minkejja li ntefqu eluf kbar ta' liri fuq ix-xogħol? Min kien responsabbli mill-Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada għas-sorvelja tat-tqiegħed tal-membrane fuq il-bejt li minn fuqu daħal l-ilma? Min kien responsabbli għas-sistema tal-culverts fil-bini li suppost iservu biex l-ilma jibqa' għaddej? X'passi se jittieħdu dwar in-nuqqasijiet fix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nuqqasijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru ġew investigati. Wara xita qawwija daħal ilma minn ma' katusa ta' ventilazzjoni tad-dranaġġ, u minn parti mis-saqaf fejn kien għadu għaddej ix-xogħol fuq il-membrane. Kien hemm ukoll culvert li nstadd wara li x-xita ġarret zokk ta' madwar tliet piedi li nqabad ġo manhole u miegħu weħel xi terrapien (debris) ieħor. Azzjoni rimedjata ttieħdet immdejatament biex titranġa l-ħsara u biex ma jerġgħux ikunu ripetuti nċidenti simili. Il-kumpanija tal-Periti responsabbli mis-sorvelja tax-xogħlijiet hi 'Archtecture Projects'.
Leg 9 PQ #36865 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

San Pawl il-Baħar — Transport skolastiku

Question

Meta se jissolvew in-nuqqasijiet fit-transport skolastiku bejn San Pawl il-Baħar u l-Junior Lyceum Mikiel Anton Vassalli fejn regolarment is-subien qed jitwasslu lejn l-iskola u lejn id-dar bil-wieqfa f'karozza li qed tkun ippakkjata bit-tfal ġejjin mill-Mellieħa? Kemm suppost hemm karozzi biex iwasslu bla periklu lit-tfal ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet differenti? Kemm fil-fatt qed imorru minn dawn il-karozzi biex jagħmlu l-vjaġġi meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien jeżisti dan l-ilment fil-bidu tas-sena skolastika, pero` għal dawn l-aħħar ġimgħat dan l-ilment ma baqax jiġi rrappurtat. Meta saret verifika irriżulta li l-kuntrattur li jipprovdi dan is-sevizz sibt li kien jipprovdi żewġ vetturi li jesgħu 53 persuna minflok tliet vetturi normali ta' 36 persuna. Il-kuntrattur ġie mwissi biex jirranġa din is-sitwazzjoni rigward dan l-ilment sabiex it-tfal ma jirkbux bil-wieqfa waqt il-vjaġġ.
Leg 9 PQ #36866 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mtarfa — Skola sekondarja - Għalliem tal-home economics

Question

Meta se jintbagħat għalliem tal-home economics li hemm nieqes fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-vakanza ta' għalliem tal-Home Economics li kien hemm nieqes fl-iskola sekondarja tas-subien Sir temi Żammit ta' l-Imtarfa imtliet.
Leg 9 PQ #36867 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Imġarr — Torri tal-Lippija

Question

X'passi se jittieħdu biex jiġi salvat it-Torri tal-Lippija fil-limiti ta' l-Imġarr li jinsab fil-periklu li jiġġarraf?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36868 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Public Broadcasting Services — Interviewing techniques lectures

Question

Can the minsiter confirm the recent engagement of PBS Ltd personnel to lecture employees from a leading local institution, in intervierwing techniques? If in the affermative, does such an activity fall within the terms of the object clause of the state broadcasting company? Was the engagment a direct order to PBS or was the state company accommodating someone who may have been commissioned to do this job? Did PBS cost the job prior to undertaking it (whatever it had been directly engaged or not)? What exactly did this undertaking cost PBS Ltd? Were PBS Ltd, and its employees remunerated for their efforts?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waħda mill-proposti tat-Task Force, li kont waqqaft biex tagħti pariri fuq ir-ristrutturar tal-PBS, kienet issuġġeriet li jiġu żviluppati oqsma ta' ħidma kummerċjali. Meta bank lokali talab is-servizzi tal-PBS biex impjegati tiegħu jitħarrġu fl-użu tal-media, il-PBS qieset din it-talba bħala possibilita` li tifrex il-ħidma tagħha f'dan il-qasam. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru dwar costings u ħlas hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma tingħatax hawn. Iżda informat li l-PBS għamlet il-qliegħ minn din l-inizjattiva. L-impjegati tal-PBS li taw it-taħriġ ingħataw rinumerazzjoni peress li ħadmu barra l-ħinijiet normali tax-xogħol. Il-kunsulent tal-PBS li mexxa t-taħriġ ma tħallasx għal dan ix-xogħol. L-Onor. Membru żgur jieħu gost ikun jaf li t-taħriġ li ngħata mill-PBS kien apprezzat ħafna mill-bank konċernat u li l-PBS qed tistħarreġ kif tista' ssaħħaħ il-ħidma tagħha f'dan il-qasam.
Leg 9 PQ #37397 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Peress li d-daħla tal-Qasam tad-Djar ta' Għar Barka, r-Rabat, Malta min-naħa tal-knisja tħalliet mudlama, jista' l-Ministru jara li jinvestiga u jirrimedja bi stallazzjonijiet ta' bozoz ġodda sabiex f'dawn l-inħawi mudlama ċappa jkun hemm dawl adekwat? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.

Għar Barka — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex is-servizz tat-trasport pubbliku baqa' ma ġiex estiż għall-Għar Barka? X'problemi fil-fatt jeżistu fil-mument u li qed jinblokkaw dan l-aċċess bżonnjuż għall-komunita` ta' Għar Barka?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28915.
Leg 9 PQ #37399 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Linja tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kem kien hemm aċċidenti fuq il-linja tal-majjal fil-biċċerija matul din is-sena, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' aċċidenti fuq il-linja tal-majjal fil-biċċerija matul din is-sena kienu 10, kif jidher hawn taħt: Jannar 2 April 2 Mejju 2 Lulju 1 Settembru 1 Novembru 2
Leg 9 PQ #37400 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Health and Safety Officers — Rapporti fuq il-Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-aħħar rapporti tal-Health and Safety Officers li żgħaru l-biċċerija matul din is-sena, xahar b'xahar? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li uffiċjali mill-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fil-Post tax-Xogħol, li twaqqfet mill-Gvern preżenti, żaru l-biċċerija fid-29 ta' Settembru li għadda, bħala parti minn eżerċizzju li jikkonċerna postijiet tax-xogħol tal-Gvern. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra b'rakkomandazzjonijiet li ntbagħtet minn Uffiċjal ta' din l-Awtorita' lid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima ta' l-Ikel u Servizzi Veterinarji, wara li saret l-imsemmija żjara. Jien infurmat li ttieħdu u qed ikomplu jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jkunx hemm l-ebda perikli għas-saħħa tal-ħaddiema fil-biċċerija.
Leg 9 PQ #37401 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta suppost kellu jkun lest ix-xogħol fil-biċċerija u x'kienet ir-raġuni li għadu ma tlestiex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-biċċerija bħalissa għaddejjin bosta xogħlijiet li skond il-kuntratt tagħhom ma jidhirx li kellhom jitlestew u għadhom ma tlestewx.
Leg 9 PQ #37402 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Makkinarju Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħdi x'apparat tal-makkinarju ġdid insteraq mill-biċċerija u kemm huwa l-valur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma jidhirx li kien hemm xi serq ta' apparat ġdid mil-biċċerija. Jekk l-Onor Interpellant jaf b'xi ħaġa nitolbu jgħaddili t-tagħrif li jista' għandu, biex ninvestiga. Hekk isiru l-affarijiet bis-serjeta' u mhux billi nitfgħu s-suspetti permezz ta' mistoqsija.
Leg 9 PQ #37463 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' stupru u attentati ta' stupru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ġew irrapurtati lill-pulizija ta' każi ta' stupru u ta' attentati ta' stupru? F'liema lokalitajiet saru dawn il-każi? Jista' jgħid ukoll jekk ittieħdux passi bil-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar t`Ottubru 2002 kien hemm ħdax-il każ ta` allegazzjonijiet ta` stupru. Għaxar persuni tressqu l-Qorti fuq dawn il-każijiet. Erba` każijiet għadhom qed jiġu nvestigati. Kien hemm ukoll żewġ każijiet oħra (barra l-ħdax) fejn il-kwerela ġiet irtirata. Infurmat ukoll illi dawn il-każijiet ġew irrapurtati li seħħew San Ġiljan, Fgura, Raħal Ġdid, Buskett, Birkirkara, Msida, Żurrieq, Isla, Rabat, Qormi u Żebbuġ.
Leg 9 PQ #37486 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Labour supply — Tnaqqis

Question

Jista' il-Ministru jagħti spjega jew raġuni għat-tnaqqis li kien hemm fil-labour supply bejn is-sena 2001 u s-sena 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-raġuni prinċipali wara t-tnaqqis fil-Labour Supply tidher li hi dovuta għal diversi skemi ta' irtirar kmieni bħal dik tat-Tarznari, tal-Maltacom u tal-Banek. Għal aktar dettalji nirreferi lil Onorevoli Membru għal paġna 55 ta' l-Economic Survey Jannar - Settembru 2002.
Leg 9 PQ #37514 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Physiotherapy — Mellieħa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 33770, fejn il-Minsitru qal li din d-domanda hija ta' natura personali u li għandha tigi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235, jista’ il-Ministru jara li ssir xi ħaga f'dan l-każ peress li l-familja qiegħda tbati immensament u allura din il-materja tigi segwita skond il-proċedura ndikata mill-Ministru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tipprovdix servizz ta` fiżjoterapija fid-djar.
Leg 9 PQ #37516 Sitting 831 2002-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Private Public Partnership

Question

Peress li ma ngħatax risposta għall-mistoqsija parlamentari 37405, jista' l-Prim Ministru jgħid kif qiegħed jiġi mħallas il-Consortium Environment Landscaping Company Ltd? X'proċedura qegħda tintuża għax-xiri ta' makkinarju u siġar u oġġetti oħra li jintużaw fix-xogħol? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-programm ta' ħidma li dan il-public private partnership irid iwettaq fit-tnax il-xahar li ġejjin.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.

Direttorat tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar akkwist ta' art li sar mid-direttorat (ex dipartiment) tat-toroq għal xogħol konness mal-bini ta' toroq matul is-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kull sena separatament. 1) lokalita` tal-proprjeta` akkwistata 2) d-data tal-kuntratt 3) l-valur tal-kuntratt 4) l-isem tan-nutar li ppubblika l-kuntratt

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-informazzjoni mitluba għall-Mistoqsia Parlamentari numru 36708 għadha qed tinġabar u għalhekk l-eżerċizzju ser jiġi estiż biex ikopri l-perjodu indikat f'din il-mistoqsija wkoll.