Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37613 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lap top computers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sakemm ma ninghatax raguni konvincenti ’l ghala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinhela hafna hin biex tingabar.

Ministeri — Notebook computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (BORG, JOE)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċeti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni ddettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.

Ministeri — Laptop computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37616 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Note book computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjon dettaljata ma nara ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37627 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pensjonijiet — Protezzjoni Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li għall-finijiet tal-pensjoni, dawk il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġew ingaġġati fil-15 ta’ Frar, 1999 jibbenefikaw mill-pensjoni wara 25 sena servizz bħall-pulizija u l-uffiċjali korrettivi?

Response (BORG, TONIO)

Il-kundizzjonijiet li taħthom ġew ingaġġati membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jipprovdux sabiex tingħata pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz. Kienet ingħatat konċessjoni speċjali lil dawk il-membri tal-Pulizija li ġew trasferiti għal dan id-Dipartiment sabiex dawn setgħu ikomplu jibbenefikaw minn pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz, liema benefiċċju kienu diġa` qegħdin igawdu waqt is-servizz fil-Korp tal-Pulizija, u li ma kenux koperti mill-abbozz ta` Liġi pubblikat taħt l-Amministrazzjoni preċedenti.

San Pawl il-Baħar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

F'hiex wasal l-iproċċessar ta' l-applikazzjoni H9471għall-akkomodazzjoni xierqa għall-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandhom binhom b'diżabilitajiet fiżiċi u ntelletwali li ilhom snin ma jistgħux joħorġuh mill-appartament minħabba t-taraġ għax mhux possibli jniżżlu l-wheelchair minnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ilu li offra lill-familja indikata post fil-pjan terren sa mill-1995, liema offerta ġiet rifjutata għax din il-familja trid post f'San Pawl il-Baħar biss. Id-Dipartiment m'għandux postijiet disponibbli f'din il-lokalita'.
Leg 9 PQ #36948 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Public Broadcasting Services — Employees

Question

Given that the Sunday Times of 10-11-02 (back page) PBS issued a statment deploring the Broadcasting Authority chairman's comments, and that amongst a lot of remarks PBS stated that it produces programmes either with full-time or part-time employees on by contracting other organisations and since in a recent parliamentary question the Minister answered that PBS employed 186 full-timers and 1 part-timer, which does not tally with what the board of directors is claiming in its recent statment re the Broadcasting Auhtority; could the Minister tell the House on which occasion PBS Ltd was not telling the truth about the employees it engages, whether in the answer to the parliamentary question or in its statment re the Broadcasting Authority?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-istqarrija li semma' l-Onor. Membru l-Bord tal-PBS imkien ma semma' ċifri dwar kemm hemm impjegati full-time jew part-time mal-PBS.
Leg 9 PQ #36949 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Valletta — Ġnien Hastings

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk inħariġx permess biex jitpoġġew imwejjed u siġġijiet fi ġnien Hastings fil-Belt Valletta? Min ħareġ il-permess? Min ħareġ dan il-permess ta kas tal-periklu kontinwu għal-waiters, u x'effett ser ikollu fuq iċ-ċittadini? Qiegħed jitħallas xi dritt talli qed tintuża art pubblika għal skop ta' negozju? Għandu dritt il-managment tar-ristorant faċċata, jostakola l-bankina bil-billboards?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-3 ta` April 2001, l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet permess li kien approvat mid-DCC l-applikazzjoni PA4245/98 fejn ġie awtorizzat li jitpoġġew siġġijiet u imwejjed kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. Tajjeb li jingħad li waqt il-proċess ta` l-applikazzjoni il-MEPA ma kellha l-ebda oġġezzjoni minn xi ċittadin dwar dan il-permess. Infurmat ukoll illi d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ encroachment permit għat-tqegħid ta` imwejjed u siġġijiet f`parti minn ġnien Hastings lill-management tar-ristorant wara li dawn ottenew il-permess tal-Awtorita` ta` l-Ambjent u l-Ippjanar. Dan l-encroachment permit huwa suġġett għall-miżata ta` Lm380.00 fis-sena. Minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija ma irriżultax li l-bankina qed tiġi ostakolata.
Leg 9 PQ #37001 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naxxar — Servizz ta' l-ilma

Question

X'inhi r-raġuni li residenti fit-toroq Leli Falzon, Mdina Road u Cross Street fin-Naxxar ilhom mill-11 ta' Novembru 2002 mingħajr ilma? Meta se jkollhom is-servizz tal-ilma b'mod regulari?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet ix-xogħolijiet li kienu meħtieġa fis-sistema tad-distribuzzjoni fit-toroq imsemmija. B'hekk ir-residenti ta' dawn it-toroq issa għandhom provvista ta' ilma regolari.
Leg 9 PQ #37002 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja'

Question

Kemm hemm imprendituri fil-villaġġ tas-snajja' Ta' Qali li s'issa wrew interess u ffirmaw li jaqblu mal-kundizzjonijiet offruti għat-tiġdid tal-faċilitajiet u l-istrutturi hemmhekk? Kif qed jiġu offruti kundizzjonijiet fejn l-ispejjeż huma d-doppju ta' stimi li tawhom kuntratturi differenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond informazzjoni li għandi jirriżulta li l-imprendituri fil-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali wrew interess u ffirmaw li jaqblu mal-kundizzjonijiet offruti għat-tiġdid tal-faċilitajiet li offra l-Gvern. Tajjeb jingħad li l-istima li ngħatat lill-imprendituri hija waħda massima. Fil-fatt, fil-futur mhux il-bogħod, il-Gvern ser jikkomunika ma' dawn l-imprendituri peress li l-ispejjeż ser ikunu riveduti.
Leg 9 PQ #37003 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Permessi speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ngħataw il-permess jitilqu kmieni mill-iskola sekondarja għall-aħħar sentejn skolastiċi? Minn liema skejjel kienu l-istudenti (maqsumin bniet u subien)? Minn liema lokalitajiet kienu l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' studenti taħt is-16-il sena li ngħataw permess jitilqu mill-iskola għas-sena skolastika 2001-2002 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li għalkemm in-numru ta' l-exemptions jidher sinifikanti, wieħed irid jirrealizza li ħafna minn dawn l-istudenti jkunu diġa temmew il-kors sekondarju tagħhom meta jingħataw exemption.
Leg 9 PQ #37403 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn marru l-ħaddiema/skrivani li kienu jaħdmu fil-pitkalija u tneħħew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-bidu tas-sena sal-lum kienu trasferiti, minħabba esiġenzi tas-servizz, seba’ ħaddiema/skrivani mill-pitkalija. Ħamsa minn dawn il-ħaddiema/skrivani baqgħu fl-istess Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali iżda qed jagħmlu xogħol f'sezzjonijiet oħra. Wçħed mar fit-Taqsima ta' l-Ikel u Attivita' Veterinarja u ħaddiem/skrivan ieħor mar fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Leg 9 PQ #37404 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħasil tal-Kaxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-ħasil tal-kaxxi (dugħ) reġa mar lura matul dawn l-aħħar żmien? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, r-rapporti li saru minn spezzjonijiet li saru dwar l-igene tal-kaxxi (dugħ) matul dawn l-aħħar xhur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dawn l-aħħar xhur ma waslu l-ebda rapporti mill-bdiewa jew mix-xerrejja rigward ħasil inadekwat ta' kaxxi, u għaldaqstant ma saru l-ebda rapporti ta' spezzjonijiet. Madankollu l-ilment ta' l-Onor Interpellant qiegħed jiġi mistħarreġ.
Leg 9 PQ #37417 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' siġar

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36785, x'inhija r-raġuni li wara li sar żvilupp ta' żewġ serer speċjaliżżati ta' aktar minn Lm1.5 miljun matul l-1997, u illum il-Gvern għadu jimporta dawn l-ammonti ta' siġar minn barra minn xtutna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-raġuni għala żdiedet mill-Gvern l-importazzjoni tas-siġar tal-frott, dwieli u żebbuġ f’dawn l-aħħar erba’ snin hi waħda sempliċi: għaliex żdiedet sostanzjalment id-domanda mill-bdiewa u l-pubbliku ġenerali. L-Onor Interpellant imissu jaf li ċ-Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti jipproduċi biss rootstocks tas-siġar tal-frott virus-free. Dawn ikunu jew GF677 li huma delikati ħafna u jintużaw partikolarment għall-produzzjoni ta’ siġar tal- ħawħ u nuċiprisk, u l-Myrobalan 29C li jintuża partikolarment għall-produzzjoni tal-berquq u l-għajnbaqar. Mill-2000 ’l hawn, iċ-Ċentru pproduċa 20,000 GF677 u 31,385 Myrobalan. Parti sostanzjali mir-rootstocks GF677 qed tmur biex tintlaqa’ t-talba dejjem tiżdied għal dawn ir-rootstocks mingħand il-bdiewa, filwaqt li l-kumplament jitlaqqmu mid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura. Hi ħaga naturali li mhux it-tilqim kollu jirnexxi, u dan minħabba diversi fatturi. Id-domanda għar-rootstocks GF677 żdiedet ħafna f’dawn l-aħħar tliet snin għaliex il-bdiewa qed jippreferu din ix-xorta ta’ rootstock milli kien isir qabel biż-żriegħ tal-lewz morr. Barra minn hekk, ir-rootstocks li jintużaw għat-tilqim mid-Dipartiment, jitħawlu fil-bidu tas-sena biex jitlaqqmu f’Ottubru u, kemm-il darba it-tilqima tieħu, is-siġar tibda toħrog il-weraq f’Marzu ta’ wara. Is-siġar imlaqqma b’suċċess ikunu lesti għat-tqassim f’Jannar tas-sena ta’ wara, li jfisser li l-proċess mit-tħawwil tar-rootstock sa ma s-siġra tkun tista’ titqassam jieħu sentejn. Li għandu jifhem Onor Interpellant hu li ċ-ċifri mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36785 jinkludu kwantitajiet kbar ta’ siġar u rootstocks taż-żebbug u tad-dwieli. Iċ-Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti ma jipproduċix rootstocks taż-żebbuġ u tad-dwieli. Għandu jkun jaf ukoll li d-domanda għas-siġar tal-frott, dwieli u żebbug kibret immensament f’dawn l-aħħar erba’ snin u qed tkompli tiżdied kif jidher mid-domanda li hemm din is-sena. Fil-fatt, il-bejgħ ta’ siġar tal-frott mid-Dipartiment żdied minn 6,220 f’Jannar 2001 għal 10,510 f’Jannar ta’ din is-sena. Għal Jannar li ġej hemm ordnati mat-12,000 siġra tal-frott (din iċ-ċifra ma tinkludix id-dwieli u ż-żebbuġ).
Leg 9 PQ #37420 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sussidju — Proċessur tad-tadam/bdiewa

Question

Kemm kien hemm sussidju f'ċifra ta' flus li ngħata lill-proċessuri tat-tadam matul din is-sena u kemm lill-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

S'issa għadhom ma tħallsu l-ebda sussidji fir-rigward tat-tadam.
Leg 9 PQ #37422 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ikel u mediċini

Question

Kemm huwa kkalkulat li se tinvolvi lill-konsumaturi lokali u l-industrija tat-turiżmu t-taxxa tal-VAT fuq l-ikel u l-mediċini li se jdaħħal l-Gvern Nazzjonalista f' pajjiżna b'effett tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropeja dwar il-VAT fuq l-ikel u mediċini għadhom għaddejjin. Għalhekk, huwa prematur li wieħed joqgħod ibassar x'ser tinvolvi lill-konsumatur lokali t-taxxa tal-VAT fuq dawn il-prodotti.
Leg 9 PQ #37424 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Printed matter

Question

Kemm huwa kkalkulat li se tinvolvi lil-konsumaturi lokali f'taxxa, l-VAT fuq il-printed matter li l-Gvern Nazzjonalista se jdaħħal bħala effett tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropeja dwar il-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet għadhom sejrin u għalhekk mhux il-waqt li wieħed joqgħod jikkalkula l-effett tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet fuq il-konsumatur lokali.
Leg 9 PQ #37536 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

SLH

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nuses ġodda jaħdmu ġewwa l-SLH mis-sena 2002 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' Nurses li bdew jaħdmu matul is-sena kurrenti fl-Isptar San Luqa huwa kif ġej: Part-Time Nurses 14 Casual Nurses 56 Nurses tal-Post 5
Leg 9 PQ #37537 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

OPM — Promozzjonijiet fl-armata

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-OPM biex joħroġ il-promozzjonijiet fl-armata?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.