Ix-xogħlijiet ta' bini ta' ħitan tal-franka u tal-konkos fit-triq prinċipali tal-Wardija kienu koperti bil-permessi? X'passi ttieħdu jekk jirriżulta li ma hemmx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tas-sezzjoni tal-Infurzar tal-MEPA ma ġew innotati l-ebda ħitan tal-franka u tal-konkos fit-Triq prinċipali tal-Wardija. Ikun utili jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika fejn dan ix-xogħol qiegħed isir.
Jista' il-Ministru jaġġornani dwar l-enforcement notices li nħarġu fuq ix-xogħlijiet u t-twaqqiegħ tal-ħitan tas-sejjieħ fit-toroq ta' Burmarrad u tas-Salini?
Kemm inħarġu permessi mill-MEPA għall-xogħlijiet ta' rijabilitazjoni/restawr, eċċ fil-widien u l-kampanja u liema widien u partijiet tal-kampanja jkopru dawn il-permessi f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Il-MEPA toħroġ numru ta` permessi dwar xogħlijiet li jsiru fil-widien jew fil-kampanja, u dawn il-permessi jinkludu numru ta` xogħlijiet li jistgħu jitqiesu bħala riabilitazzjoni jew restawr.
Għaldaqstant biex twieġeb din il-mistoqsija, il-MEPA għandha bżonn ta` aktar tagħrif fuq liema tip ta` riabilitazzjoni jew restawr f`widien jew fil-kampanja qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Matul din is-sena kemm kien in-numru ta' kmamar għall-użu tal-biedja li ġew approvati mill-MEPA u kemm ġew rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-5 ta` Diċembru 2002, il-MEPA approvat 95 applikazzjoni għal xi tip ta` kamra għal użu agrikolu, filwaqt li rrifjutat 156 talbiet simili għax ma kienux konformi mal-policies tal-Awtorita`.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu tfal u mietu wara ġurnata f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet fis-sena 2000 kien hemm 9 tfal u fis-sena 2001 kien hemm 3 tfal li twieldu ħajjin u mietu f'inqas minn ġurnata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37208, jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdiedu dawn it-tariffi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-tariffa għall-bennejja fil-Building Industry Consultative Council żdied minn Lm20 fl-2001 għall-Lm45 din is-sena peress li kien hemm żieda fl-ispejjes biex isir dan il-kors wara li nbidlet l-istruttura ta' l-istess kors.
Rigward il-liċenzja fis-settur tal-bunkering fl-Awtorita ta' Malta dwar ir-Riżorsi, din għadha mhix deċiża, iżda t-tariffa ser tieħu in konsiderazzjoni s-servizz li l-Awtorita ser tagħti fl-amministrazzjoni ta' din il-liċenzja.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37200?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' l-Edukazzjoni kien hemm dawn iż-żidiet f'tariffi u fees amministrattivi:-
Pixxina Nazzjonali
Day membership (Adulti) - Minn Lm1.50 għal Lm1.75
Day membership (Żgħar) - Minn Lm0.75 għal Lm1.00
Programm 'Adventure Sport' - Minn Lm40 għal Lm50
Skolasport - Minn Lm10 għal Lm15
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37205?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Awtorita’ tat-Turiżmu hija responsabbli għall-ħruġ ta’ 15 il-liċenzja differenti. Ma kien hemm ebda żieda fl-2002 fuq it-tariffi tal-liċenzji tal-2001, anzi kien hemm tnaqqis f’żewġ setturi.
Kien hemm, iżda tliet tariffi ġodda – dik ta’ liċenzja ta’ postijiet għal btala wżati biss għal turiżmu domestiku, li hi tariffa nominali ta’ Lm1 fis-sena; dik tad-dritt għall-appell li hija ta’ Lm100 jew Lm50 skond il-kategorija fuqhiex qed isir l-appell; u dik ta’ liċenzja temporanja li hija ta’ Lm100 għall-lukandi / aparthotels ta’ 5 jew 4 stilel, Lm50 għall-lukandi / aparthotels ta’ 3 jew 2 stilel, Lm20 għal stabbilimenti li jservu l-ikel, u Lm15 għall-guest houses / hostels. Dawn il-liċenzji temporanji, fil-fatt, jitnaqqsu mill-liċenzja regolari meta tinħareġ ftit wara u għalhekk m’hix tariffa addizzjonali.
L-Awtorita tat-Turiżmu għandha wkoll 20 il-tariffa differenti ta’ kontribuzzjonijiet skond is-settur. Mit-tariffi tal-kontribuzzjonijiet fl-2001 (kif jidhru fl-AL Nru 14 u 344 tal-2001) għat-tariffi ta’ kontribuzzjonijiet fl-2002 (kif jidhru fl-AL Nru 125 tal-2002) ma kienx hemm żidiet, anzi hemm tnaqqis fi tlett setturi. Kien hemm tariffa ġdida dwar dritt lill-Awtorita’ għall-proċessar ta’ applikazzjonijiet għall-proġetti ġodda ta’ akkommodazzjoni. Dawn ivarjaw minn Lm100 għal Lm500 skond id-daqs tal-proġett.
L-Awtorita’ ma tagħtix servizzi oħra bi ħlas.
Jista' l-Ministru jindika r-rata ta' kriminalita' f'Wied il-Għajn bejn l-1998 u s-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reati rappurtati lill-Pulizija li seħħew ġewwa Wied il-Għajn bejn l-1998 u s-sena 2002, huma kif ġej:
1998
1999
2000
2001
2002*
348
374
307
366
304
*sat-30/11/02
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet xhur sarx tibdil fir-rental fee tal-kontijiet tat-telephone mill-kumpannija Maltacom? Jekk fl-affermattiv, x'kien dan it-tibdil?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jiġi nvellat it-tarmac fi Triq il-Kbira, San Ġiljan f'dawn il-partijiet: 1) quddiem il-Guy's Bar; 2) quddiem iċ-Charlton Hotel; 3) iż-zebra crossing ta' biswit l-iSpeedy petrol station?
Jaf il-Ministru li f'dawn il-postijiet qiegħed iżomm ħafna ilma meta tagħmel ix-xita u dan meta x-xogħol sar ftit ġimgħat ilu biss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li min naħa tad-Direttorat tat-Toroq ma sar l-ebda' xogħol fi Triq il-Kbira San Ġiljan. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 35327 fejn il-Ministru nformani li t-tender tad-dipartiment se tiġi ppubblikata dalwaqt, jista' l-Ministru jgħidli: 1) jekk din it-tender ħarġitx; 2) meta ħarġet; u 3) meta hu maħsub li jibda x-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Iva, din it-tender ħarġet u ġiet ippublikata. Ħarġet fit-12 ta' Novembru 2002. Għalqet fis-26 ta' Novembru 2002.
Issa qegħda fil-proċess ta' aġġudikazzjoni. Ix-xogħol mistenni jibda fil-bidu tas-sena li ġejja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx informata meta tista' tifdi ċ-ċens tad-dar fejn toqgħod minkejja li ilha li applikat il-Joint Office madwar sena ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Intern u l-Ambjent.
Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna li hi single mother b'erbat itfal u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mhux qed titħalla tuża l-bejt tal-blokk meta din għandha bżonnu biex tnixxef il-ħwejjeġ?
Billi din il-persuna għandha biss aċċess għall-bitħa interna żgħira li hi dellija u allura ma tistax tnixxef fiha, possibbli titħalla tuża l-bejt ukoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi skond il-kuntratt tal-kiri, l-persuna ndikata għandha dritt tuża l-bejt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sid il-flat, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li hi single parent b'erbat itfal għandha l-meter tad-dawl u l-ilma fi flat ieħor li hu okkupat minn xi ħaddieħor? Jista' jiġi trasferit għall-flat tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien informat li r-raġuni li l-meter indikat mill-Onor. Interpellant qiegħed f'blokk ieħor kien li dan l-appartament li jinsab fil-ground floor ma setax jingħatalu aċċess għat-tromba komuni ta' l-appartamenti ta' ma ġembu minħabba d-diżlivell bejn l-art tal-flat u l-art tat-tromba komuni. Madanakollu jien informat li l-inkwilini għandhom ċ-ċwievet tal-bieb u tal-meter cupboard u għalhekk m'hemm ebda diffikulta biex ikollhom aċċess għal dan il-meter. Għaldaqstant mhux possibbli li l-meter jiġi trasferit għall-flat tagħhom.