Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Triq is-Sibbien

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38593 u cioe' jgħid jekk ġietx esproprjata xi art sabiex issir Triq is-Sibbien, f'Wied il-Għajn? Jekk fl-affermattiv, kemm tħallsu flus għal din l-espropriation? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi l-area esproprjata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38593.

Pembroke — Appartamenti ġodda

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-appartamenti għodda li nbnew f'Pembroke ġew mibjugħa u kemm ġew mikrija? Fil-każ ta' l-appartamenti li nkrew jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-inkwilini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #38711 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti agrikoli — Levies

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-levies imposti fuq prodotti agrikoli importati mill 1996 sal-lum, kull sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: 1996 Lm 493,836 1997 Lm 420,322 1998 Lm 362,142 1999 Lm 622,214 2000 Lm 410,393 2001 Lm 837,815 2002 Lm 741,817
Leg 9 PQ #38712 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm turisti żaru Malta mill-1996 sal-lum, kull sena separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-għadd ta’ turisti li żaru Malta mill-1996 sal-lum huwa dan: 1996 1,053,788 1997 1,111,161 1998 1,182,240 1999 1,214,230 2000 1,215,712 2001 1,180,145 2002 1,140,000* *stima
Leg 9 PQ #38722 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Hawkers — Liċenzja

Question

Jaf il-Ministru jekk il-kondizzjonijiet tal-hawkers licence hux se tinbidel minn kif inhi llum ħalli dawn ikunu jistgħu jieqfu f'postijiet għal ċertu tul ta' żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil fil-kundizzjonijiet tal-liċenzji tal-hawkers.
Leg 9 PQ #38723 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

President's award — Uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra uffiċċju għall-istaff u office equipment tal-president's award għaliex il-bżonn għal dan huwa urġenti? Huwa possibbli li kamra fl-underpass ta' Birkirkara li hija vojta tintuża għal dan l-iskop?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li naqbel ma' l-Onor. Michael Asciak, li minħabba li l-programm tal-President's Award issa espanda konsiderevolment sew fl-iskejjel kif ukoll fl-għaqdiet taż-żgħażagħ, u għaldaqstant qed tinħass il-ħtieġa ta' ċentru biex iservi bħal uffiċċju kif ukoll bħala ċentru ta' taħriġ, inħoss li l-post indikat ma hux addattat, iżda għandhom jiġu konsidrati postijiet oħra.

Gżira — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Sliema Road, Gżira quddiem Luqa Briffa Street, Gżira minħabba l-għadd ta' inċidenti li jiġru hemmhekk?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku huwa ta' l-opinjoni li ma ssirx zebra crossing fi Sliema Road, Gzira junction ma' Triq Luqa Briffa minħabba li diġa hemm pelican crossing fi Sliema Road off junction ma' Triq Nazju Ellul li tiġi 100 metru bogħod mis-sit hawn fuq imsemmi.
Leg 9 PQ #38737 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Karti tal-flus bl-istampa ta' l-ex President Agatha Barbara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' karti (flus) ta' dominazzjoni ta' Lm20 bl-istampa ta' ex President ta' Malta Agatha Barbara li kien ħareġ oriġinarjament il-Bank Ċentrali ta' Malta? Kemm f'ammont globali ta' flus ġew irtirati minn dawn l-għoxrin lirijat? Kemm hu stmat li għad fadal fl-idejn u ma' nbidlux sa l-aħħar ġurnata li kellhom jispiċċaw miċ-ċirkolazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali ta' Malta oriġinarjament ħarġet fiċ-ċirkolazzjoni 8,499,416 karta ta' l-għoxrin lira tal-verżjoni msemmija (4th Series) li jammontaw għal Lm169,988,320. Minn dawn, 8,475,701 b'valur ta' Lm169,514,020 ġew irtirati sat-2 ta' Diċembru, 2002, id-data li fiha kellhom jispiċċaw miċ-ċirkolazzjoni. Għalhekk, 23,715 b'valur li jammonta għal Lm474,300 ma ġewx irtirati.
Leg 9 PQ #38808 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Eżami fl-informatika tat-tekonoloġija

Question

F'hiex wasal ix-xogħol biex jibda jsir eżami fl-Informatika tat-Teknoloġija (IT) fil-livell SEC tal-Bord tal-MATSEC? Meta se jiġi offrut għall-ewwel darba lill-istudenti tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar id-dħul ta' l-Informatika tat-Teknoloġija bħala suġġett fil-livell tas-SEC.
Leg 9 PQ #38809 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet — Technology Education

Question

Meta beda l-kors tat-Technology Education? Kemm kienu dawk li applikaw għalih u ġew aċċettati? Kemm waqqgħu l-kors sa issa u kemm għadhom jattendu? Għaliex qed ikun hemm min iwaqqa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kors tat-Technology Education beda fit-23 ta' Settembru 2002. Kull min applika għall-Kors tat-Technology Education ġie aċċettat. Dan il-Kors qed isir fil-Fakulta ta' Edukazzjoni fl-Universita'. Bdew il-Kors 99 għalliem. Fost dawn 11 iriżenjaw. Bħalissa qed jattendu 88. Il-proporzjon illi rriżenjaw huwa baxx u r-raġunijiet huma varji imma l-aktar huma dovuti għal raġunijiet personali.
Leg 9 PQ #38814 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Installazzjonit ta' letter box

Question

Jogħġbu l-Ministru jikkunsidra li tiġi nstallata letter box fi Triq San Anard f'Tarxien (n-naħa ta' fuq ħdejn Triq id-Dejma) peress li l-eqreb letter box tinsab ħafna ħafna l-bogħod?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membri ġiet mgħoddija lill-Maltapost sabiex tiġi ikkunsidrata.

Żebbuġ — Triq il-Kandlora

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac triq ġdida fi Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ, liema triq għalkemm hija sekondarja għadha ma tistax tinħadem mill-kunsill lokali għaliex għadhom ma sarux l-ewwel servizzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Aworita' dwar it-Trasport qegħda tħejji program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkun qed jirriżulta minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #38318 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butir — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' butir u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-butir issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-butir stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38319 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġobon — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' ġobon u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-ġobon issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-ġobon stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38320 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-ħalib xkumat — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' trab tal-ħalib xkumat u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tat-trabb tal-ħalib issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tat-trab tal-ħalib xkumat stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38321 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam abjad — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima tal-laħam abjad u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni ta' laħam abjad issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-laħam abjad stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38322 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ross — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' ross u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tar-ross issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tar-ross stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38323 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qamħ — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' qamħ u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-qamħ issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-qamħ stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38560 Sitting 873 2003-02-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Liġi tas-Sanita`

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li n-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament m'għandux shaft skond il-Liġi tas-Sanita`? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fl-istabbiliment indikat irriżulta li dan huwa konformi mal-liġi sanitarja.
Leg 9 PQ #38305 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċiera — Danger money/Overtime

Question

Jista’ il-Ministru jinfurmani kemm tħallas overtime u danger money lill-biċċiera li qed jagħmlu l-qatla tal-majjal f’periklu kontinwu minħabba li l-post fejn qed issir il-qatla fil-preżent huwa żgħir ħafna? Għaliex għaddew kważi ħamex shur minn meta beda x-xogħol ta’ moderniżżar u baqgħu ma tlestewx meta kien intqal lill-biċċiera li x-xogħlijiet kellhom jieħdu biss xahrejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li m'huma jingħataw la overtime u lanqas danger money għax il-qatla ssir tul il-ħin normali u l-periklu m'hux iżjed minn qabel.