Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37553 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm il-proġett ta' estenzjoni taċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid u kemm ġej jiswa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-intenzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid hija stmata li ser tiġi tiswa LM500,000. Dan il-proġett jiġi mniedi skond il-prijoritajiet tas-servizzi tas-Saħħa. Fil-preżent mhux possibbli li tingħata d-data meta ser jintemm.

Raħal Ġdid — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li hemm mar-roundabout ta' ħdejn il-Paola Wolves, aħna u deħlin ħdejn Sare' ta' l-irħam?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-unika dawl li hemm fil-parti tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant huwa street lightning li ġa jixgħel.
Leg 9 PQ #37555 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Protezzjoni Ċivili — Talbiet għal għajnuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm biex dan is-sajf il-Protezzjoni Ċivili tagħti l-għajnuna tagħha lil xi ħadd li kien fil-periklu ta' għarqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ tmintax 18-il darba biex jagħti għajnuna lil xi ħadd li kien f`diffikultajiet fil-baħar.
Leg 9 PQ #37556 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju Marija Addolorara — Xiri ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw biex jixtru oqbra fiċ-ċimiterju Marija Addolorata u għal kemm ħarġu permessi għat-tħaffir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li sal-lum in-numru ta' applikazzjonijiet għal oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa ta' 2155. Il-proposta għal estensjoni l-ġdida għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, ser tkun għal madwar 1500 qabar.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jieħdu l-benefiċċju tal-mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 341 talba pendenti għall-Għajnuna Medika. Minn dawn, 130 huma pendenti minħabba nuqqas ta' nformazzjoni waqt li 211 huma pendenti biex jiġu sottomessi quddiem il-Board Mediku maħtur skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318). Dan il-Bord Mediku jiltaqa' erba' darbiet fil-ġimgħa biex jeżamina dawn il-każijiet.
Leg 9 PQ #37617 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37618 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37619 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37620 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (REFALO, MICHAEL)

Sakemm ma ninghatax raguni konvincenti 'l ghala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinhela hafna hin biex tingabar
Leg 9 PQ #37621 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-Mistoqsija.

Laptop Computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37004 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel sekondarji — Bniet li ħarġu tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid għall-aħħar sentejn skolastiċi mil-liema skejjel, Junior Lyceum jew area secondaries kienu l-bniet li ħarġu tqal waqt l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfajliet taħt is-16-il sena, li joħorġu tqal, waqt li jkunu għadhom jattendu l-iskola, ivarjaw fil-lokalita` u fl-iskola li jattendu minn sena għall-oħra. M'hemm ebda skola li matul is-snin spikkat fin-numri. Biex tingħata risposta għal din il-mistoqsija, tiġi perikolata l-kunfidenzjalita`, minħabba li t-tfajla tkun tista' tiġi identifikata.
Leg 9 PQ #37005 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Żjarat f'mużewijiet

Question

Saret xi rakkomandazzjoni li għandha tittieħed xi deċiżjoni li kemm jista' jkun studenti fi skejjel primarji u sekondarji ma jiġux inkoraġġati jżuru l-mużewijiet? Fil-każ li iva, min qed jagħmel rakkomandazzjoni bħal din? Se tiġi aċċettata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ħarġet ebda rakkomandazzjoni mid-Dipartiment ta' l-Operat li fl-iskejjel primarji u sekondarji l-istudenti ma jiġux ikoraġġiti jżuru l-mużewijiet.
Leg 9 PQ #37006 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu — Flus mislufa

Question

Mil-liema bank isselfet flus l-Awtorita' ta' Malta dwar it-Turiżmu minn kemm ilha mwaqqfa? Kemm isselfet? B'liema kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu sselfet is-somma ta’ Lm2,757,032 mill-Bank of Valletta. Il-kundizzjonijiet kummerċjali huma: · Imgħax ta’ 5.3% (1.3% fuq il-Bank Base Rate ta’ 4.0%); · Garantita mill-Ministeru tal-Finanzi; · Titħallas fuq perjodu ta’ għaxar snin. Dan is-self sar biex jiffinanzja d-deficit li tħalla mill-NTOM fil-31 ta’ Awissu, 1999.
Leg 9 PQ #37094 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru nazzjonali tal-Computer

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36393 u cioe' jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-kompjuter fis-Swatar? X'korsijiet qed isiru? Kemm qed iħallsu għal kull kors? Min qed imexxi dan iċ-ċentru? Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fic-Centru tat-Tahrig tas-Swatar, matul din is-sena, mitejn u erbghin student ser ikunu segwew xi wiehed mill-korsijiet tan-“National Computing Centre” (NCC). Peress li c-Centru huwa “an Education Accredited Training Partner” tal-NCC, fic-Centru jigu organizzati l-“International Diploma in Computer Studies” (IDCS) u l-“International Advanced Diploma” (IAD). L-IDCS jiswa Lm880 filwaqt li l-IAD jiswa Lm1,200. Korsijiet specjalizzati ohra jvarjaw minn zvilupp ta’ “software tools” bhal “Microsoft Visual Basic” u “SQC Server” ghal korsijiet dwar “Service Management” u “Software Testing”. Matul din is-sena, ic-Centru gie appuntat “Cisco Regional Academy”. Qed isiru wkoll numru ta’ “Information Management workshops” ghal ufficjali pubblici. Ic-Centru tas-Swatar huwa mmexxi minn “Nucleus Training International Ltd” taht ftehim milhuq fil-21 ta’ April 2000 bejn l-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-“Malta Information Technology and Training Services Ltd” (MITTS Ltd) u n-“Nucleus Training International Ltd. Ic-Centru joffri dawn il-korsijiet fuq bazi ta’ “cost recovery”. Ic-Centru jhallas lil NCC, ir-registrazzjoni ta’ l-istudenti fuq il-korsijiet rispettivi, il-materjal kollu li jintuza mill-istudenti u mill-ghalliema, il-hlas tar-registrazzjoni ta’ l-ezamijiet kif ukoll il-hlas tar-registrazzjoni tac-Centru mal-NCC. Ic-Centru jhallas ukoll lill-ghalliema li jghallmu fuq dawn il-korsijiet. Studenti li jattendu permezz ta’ l-iskema tat-tahrig tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig ma jhallsu xejn.
Leg 9 PQ #37095 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut ta' l-Arti u d-Disinn

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 36396 meta se jkun jista' jintuża l-bini kollu ta' Targa Gap, kemm mill-istudenti ta' l-istitut kif ukoll minn dawk li jmorru hemm għall-korsijiet ta' filgħaxija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bini kollu ta' Tarġa Gap, jiġifieri l-Bini Amministrattiv, il-lecture rooms, il-kmamar 'speċjali', kif ukoll il-workshops ta' l-istampar, taċ-ċeramika, ta' l-arti u ta' l-istained glass, qegħdin jiġu użati kemm mill-istudenti li jattendu filgħodu kif ukoll minn dawk li jattendu filgħaxija. Ix-xogħol fuq il-bjut tal-woodwork/metal workshops u l-gym se jinbeda malli l-manifattur lokali jissupplixxi r-roof panels neċessarji. Ninsab informat ukoll li meta jaslu r-roof panels minn barra, il-kuntrattur ikun jista' jispiċċa x-xogħol fi żmien tnax jew ħmistax-il ġunata. Ġejt informat li l-materjal neċessarju ntbagħat minn Southhampton fid-29 ta' Novembru kellu jasal Malta fl-ewwel nofs ta' Diċembru 2002.
Leg 9 PQ #37107 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — Ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji tal-persuni kollha li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku, cioe' mal-Gvern u ma' entitajiet u korporazzjonijiet li fihom il-Gvern għandu interess u dan għall-perjodu bejn Novembru ta' l-1998 u Ottubru 2002, sena b'sena, u kategorija b'kategorija ta' ħaddiema/personnel ingaġġati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Novembru 1998 u l-31 ta’ Ottubru 2002, gew impjegati 3798 persuna mas-Servizz Pubbliku b’impjieg permanenti, u spiccaw mill-impjieg 3867. Matul l-istess perjodu, gew impjegati 156 persuna ma’ Agenziji u Awtoritajiet li jaqghu taht id-dikasteru tieghi, u spiccaw 137. Dettalji ta’ meta dahlu dawn l-impjegati jinsabu f’tabelli ‘A’ sa ‘E’ ghal dawk li dahlu fis-Servizz Pubbliku, u f’tabelli ‘F’ sa’ ‘J’ ghal dawk li dahlu ma’Agenziji u Awtoritajiet. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni dwar xi Agenzija jew Awtorita’ ohra, nitolbu jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #37259 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prezzijiet tal-Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalxiex jattribwixxi ż-żieda fil-prezz ta' ħafna mediċini f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kif mediċini bħal Stilnox 10mg għolew minn Lm1.84 il-kaxxa għal Lm2.03 u l-pilloli Remov 100mg li huma wżati minn ħafna għall-uġiegħ kawżat mill-artrite minn Lm2.65 żdiedu għal Lm3.10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-prezz tal-mediċina jista' jvarja minħabba tibdil fir-rata tal-kambju jew meta l-aġent jew il-manifattur jgħolli l-prezz. Jiena nfurmat li l-prezz tal-mediċina Stilnox ta' 10mg b'għoxrin ġie stabbilit għal Lm1.84ċ f' Ġunju tal-1998 u ma inbidilx sa Ġunju tal-1998 u ma inbidilx sa Ġunju li għadda. F'Lulju il-prezz għola minn barra biex sar Lm2.03ċ għall-konsumatur lokali. Fil-każ tar-Remov ta' 100mg bi tletin, il-prezz qatt ma' kien Lm2.65ċ. L-ewwel darba li daħal Malta kien fl-1997 u l-prezz kien ġie stabbilit għal Lm2.89ċ Fl-1999 il-prezz sar Lm2.98ċ u f' Lulju ta' din is-sena sar Lm3.10ċ għall-konsumatur lokali.
Leg 9 PQ #37428 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Unjoni Ewropea — Supply measures

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministru li supply measures li qed jiġu negozjati ma l-Unjoni Ewropea se jkunu jkopru biss l-importazzjoni attwali ta' suq ta' 380,000 ruħ meta l-industriji lokali jridu jipparteċipaw u jkunu kompetitivi f'suq ta' l-Unjoni Ewropea ta' 380 miljun illum u 500 miljun wara t-tkabbir?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onorevoli Interpellant jaf tajjeb li t-talba taghna għal Special Supply Measures hija mmirata biex tissodisfa biss id-domanda tas-suq Malti skond statistika storika ta' importazzjoni u MHUX biex tkopri s-suq ta' 500 miljun ta' l-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir li jmiss.
Leg 9 PQ #37429 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban & Rural Landscaping — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ma saritx laqgħa uffiċjali mill-ministeru lill-ħaddiema ta' l-Urban and Rural Landscaping sabiex dawn jiġu informati uffiċjalment fil-bidla li saret? X'inhi l-pożizzjoni ta' ħaddiema li jridu transfer sabiex imorru lura jew ma' dipartimenti oħra tal-gvern jew ma' sezzjonijiet oħra ta' l-istess Ministeru tal-Biedja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħaddiema ta' l-Urban and Rural Landscaping ġew infurmati uffiċjalment bil-bidla li saret fil-laqgħat li saru mill-Unions rispettivi tagħhom. L-ebda transfer ma qed jiġi kkunsidrat, iżda dawn il-ħaddiema xorta għandhom id-dritt li japplikaw għal kull sejħa ta' applikazzjoni li toħroġ mid-Dipartimenti tal-Gvern.