Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet il-wegħda ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali li jiġi introdott assistent personali għall-persuni b'diżabilita'? Kemm hemm persuni li qegħdin jibbenefikaw minn din il-miżura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġa kelli okkażjoni li ngħid pubblikament, f'Awissu tas-sena l-oħra twaqqfet it-Taqsima għall-Għajxien Issapportjat fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali bl-iskop li toffri servizzi ta' djar żgħar residenzjali fil-komunita', skema ta' assistenza personali u servizzi oħra ta' sapport fil-komunita' lill-persuni b'diżabilita'.
L-għan aħħari ta' din il-ħidma mill-Ministeru għall-Politika Soċjali hu li persuni b'diżabilita' jkomplu jgħixu mal-familji tagħhom bis-sapport meħtieġ u, meta dan ma jkunx possibbli għal diversi raġunijiet, jibqgħu jgħixu fil-komunita' f'ambjent kemm jista' jkun viċin bħal dak li jgħixu fiħ f'darhom.
Bis-saħħa ta' l-Awtorita' tad-Djar ġew akkwistati żewġ appartamenti, wieħed fil-Fgura u l-ieħor f'Ħal-Kirkop li ġew irranġati biex jilqgħu fihom persuni b'diżabilita'. Qed isir xogħol ukoll għall-istess skop fil-kumpless ta' Vajrita f'Wied il-Għajn. Barra minn dawn it-tlett proġetti qed titlesta dar oħra fl-Imtarfa biex tipprovdi servizz residenzjali fil-komunita' għal dawn il-persuni.
Għal dak li jirrigwarda l-iskema ta' assistenza personali, it-Taqsima msemmija ħadmet biex tipprepara l-qafas amministrattiv meħtieġ biex tkun tista' tibda tħaddem l-iskema fil-futur qarib.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qatt sarux diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi introdott trasport dirett għall-familjari ta' l-anzjani li għandhom familjari in-naħa ta' fuq ta' SVPR RB1 u RB2?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi kkunsidrat xi forma ta' trasport intern fir-Residenza ta' San Vinċenz.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti `l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tntalab din linformazzjoni dettaljata ma nara lebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda' skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema u għalliema full-time u part-time fl-ITS Qala Training Centre?
Jista’ jgħid min huma dawn il-ħaddiema u għalliema? Jista’ jgħid ukoll meta dawn ġew ingaġġati u f’kull każ ħarġitx call for applications?
Jista’ jgħid xi kwalifiki professjonali u akkademiċi għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema u għalliema full-time u part-time fl-ITS Qala Training Centre?
Jista’ jgħid min huma dawn il-ħaddiema u għalliema? Jista’ jgħid ukoll meta dawn ġew ingaġġati u f’kull każ ħarġitx call for applications?
Jista’ jgħid xi kwalifiki professjonali u akkademiċi għandhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghada qed tingabar. Ghalhekk twegiba tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jeżistu vakanzi fil-grad ta' Senior Principal fis-Servizz Pubbliku fil-preżent? Jista' il-Prim Ministru jgħid min kienu c-Chairman u l-membri tal-Bord, appuntat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, li mexxa l-eżami għall-Senior Principal u li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat it-Tlieta 19 ta' Novembru 2002? Jista' jgħid minn liema dipartiment tal-Gvern dawn il-membri tal-Bord huma ġejjin u jekk għandhomx esperjenza biex jitpoġġew fuq dawn it-tip ta' bordijiet? Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta' dawk li għaddew mill-eżami u mill-liema dipartimenti tal-Gvern huma ġejjin? Jista' il-Prim Ministru jara li ssir ġustizzja ma ħafna minn dawk li ma għaddewx u li għandhom karriera twila ta' aktar minn għoxrin sena servizz, qegħdin fil-preżent jagħmlu xogħol ta' Senior Principal u huma rakkomandati mill-kapijiet tagħhom li jistħoqqilhom li jingħataw promozzjoni u issa b'dan ir-riżultat il-moral tagħhom huwa baxx ħafna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Vakanzi fil-grad ta’ “Senior Principal” jimtlew minn zmien ghal zmien skond l-esigenzi tas-Servizz u l-prioritajiet tal-Gvern. Ghalhekk mhux possibbli wiehed jghid kemm hemm vakanzi x’jimtlew. Madanakollu sakemm taghlaq il-validità tar-rizultat ta’ dan il-process ta’ ghazla, hu mistenni li kull min ghadda jinghata l-hatra ta’ “Senior Principal”.
Il-Bord ta’ l-Ghazla ghall-grad ta’ “Senior Principal” kien kompost kif gej:
“Chairman”: Is-Sur Reno Camilleri - Chairman, Awtorità ta’ l-
B Sc (Econ) (Lond) DPA MBIM Istatistika ta’ Malta
Membri: Is-Sur Charles Polidano - Direttur (Strategy
BA (Hons) Public Admin., MPA & Planning),OPM
Is-Sinjura Joanna Genovese - Direttur (Staff
BA (Hons) Bus. Mngt. Development Organisation)
Is-Sur Simon Sammut - Direttur (Policy & Planning) MPO
BA (Hons) Public Admin
Is-Sur Normal Worley - Ex-Segretarju, Kummissjoni dwar
Dwar is-Servizz Pubbliku
Il-Membri tal-Bord ta’ l-Ghazla kollha servew fuq diversi bordijiet ta’ ghazla fil-passat. Il-Bord ta’ l-Ghazla jinghata l-hatra mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku skond ir-Regolament ezistenti u ghalhekk ma nahsibx li hija etika li jsiru izjed kummenti.
Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-hamsa u sebghin (75) ufficjal li ghaddew mill-ezami ta’ “Senior Principal” bid-dettalji mitluba.
L-ghazla ta’ “Senior Principal” hija fuq bazi kompettiva. Fil-fatt il-Ftehim li ntlahaq mal-“Unions” dwar il-Klassifikar u l-Istrutturar tal-Gradi Generali tas-Servizz Pubbliku jipprovdi li ghandu jsir process rigoruz ta’ ghazla (“a rigorous process of Selection”) u ghaldaqstant mhux il-kaz li nholqot xi ingustizzja.
Jikkonferma il-Ministru jekk xtarax Jaguar għall-użu uffiċjali tiegħu? Kemm swiet din il-karozza? X'inhuma r-raġunijiet li ntgħażlet din il-karozza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-ewwel żewġ domandi tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt tad-domanda 37132.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda nixtieq ninforma l-Onor membru li r-raġuni prinċipali għaliex inxtrat din l-karozza sena ilu kienet li l-karozza preċedenti ma kienetx għadha vijabbli ekonomikament. Biżżejjed wieħed iħares lejn l-ispiża minfuqa biex issewwiet il-ħsara li kontinwament kien qed ikollha bejn 1997 u l-2002. Spiża ta' LM6533. Dan biex ma nsemmux ix-xhur wieqfa li tagħmel sakemm tissewwa l-ħsara. Infurmat li l-ispiża tal-ħsara attwali hija stmata li tilħaq LM2290.71. Fl-aħħar xhur bdejna nikkannibalizzaw karozza simili li nġiebet mill-Ministeru ta' Għawdex. Il-karozza preżenti ilha iktar minn sena mixtrija u kienet intagħżlet il-għaliex fost l-oħrajn hija iżgħar, taħli inqas mill-karozza preċedenti u fl-istess ħin il-prezz tagħha jidħol fil-parametri ta' nefqa allokata għall-karozzi tal-ministri.
Kemm hemm studenti tal-MCAST li għadhom ma ngħatawx l-maintenance grant kollha li huma ntitolati għaliha? X'inhuma r-raġunijiet li ma ħarġux dawn il-maintenance grants kif suppost, meta se joħorġu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm madwar 32 student li għadhom ma ngħatawx il-maintenance grant. Ir-raġunijiet li ma ħarġux hija li l-istudenti applikaw tard. 24 minn dawn l-istudenti ser jirċievu l-maintenance grant fil-ġranet li ġejjin, filwaqt li t-tmienja l-oħra ser jirċevuhom f'Jannar għar-raġuni li applikaw iżjed tard.
Hemm 260 student ieħor li filwaqt illi ingħataw il-grant ta' Ottubru ma kienux ingħataw il-grant ta' Settembru. Ir-raġuni kienet li lista tagħhom inħadmet mill-MCAST matul ix-xahar ta' Novembru. Dawn ser jingħatawlhom lejn l-aħħar ta' Diċembru flimkien mal-grant ta' Novembru.
Kemm hemm studenti tal-MCAST li għadhom ma ngħatawx l-ismart card minkejja li ninsabu f'Diċembru? X'inhuma r-raġunijiet li għadha ma nħarġitilhomx l-ismart card? Meta se toħroġ l-ismart card?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ismart cards li kienu għadhom ma ngħatawx issa nħarġu kollha.
Ir-raġunijiet li kienu għadhom ma nħarġux kienu diversi: studenti li applikaw tard, trasferimenti ta' studenti minn kors għal ieħor, talbiet ta' studenti li jkollhom bżonn smart card ġdida jew topping up jew reactivating, kien hemm tliet sejħiet għal studenti li l-aħħar waħda minnhom għalqet matul ix-xahar ta' Ottubru. Barra minn hekk, meta l-Bord kien ġie biex jiħroġ il-cards instab li numru minn dawn l-istudenti diġa` kellhom card oħra. Dan seħħ għaliex kien hemm fosthom min kien diġa` ġie aċċettat f'istituzzjoni Post-Sekondarja oħra u allura kienet diġa` ħarġitilhom il-card, filwaqt li meta bidlu għall-MCAST talbu card oħra. Uħud minn dawn l-istudenti kienu diġa` bdew jużaw l-ewwel card u għalhekk kellu jitnaqqsilhom mill-card il-ġdida. Minħabba f'hekk il-Bord kellu jivverifika l-lista sħiħa ta' l-istudenti biex jassigura li ħadd ma jkollu aktar minn card waħda li hu intitolat għaliha.
Infakkar li sadattant hemm 'l fuq minn 11,000 student li qed jieħdu l-maintenance grant dovuta lilhom permezz ta' l-ismart card.
X'inhija r-raġuni li ħaddiema li marru mal-konsorzjum li qed imexxi l-Urban Rural landscaping ma jistgħux jiġu trasferiti ma sezzjonijiet oħra u jew dipartimenti oħra tal-Gvern?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kif intqal drabi oħra, il-ħaddçma ġew deployed bl-istess kundizzjonijçt li kçnu jaħdmu bihom qabel. M'hemm xejn li jżomm dawn l-impjegati milli japplikaw għal xi sejħa għal applikazzjoni għall-postijiet li għalihom dawn l-impjegati huma eliġibbli.
Xiinhija r-raġuni li ħaddiema li marru mal-konsorsjum Urban and Rural Landscaping qed jitħallew u jiġu mġiegħla saħansitra jaħdmu fix-xita?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li fl-uffiċċju tal-Monitoring Unit maħtur mill-Gvern s'issa daħal rapport wçħed biss u dan għalçx il-ħaddçma ma rnexxçlhomx jagħmlu kuntatt dirett mas-superjuri tagħhom. Malli sar jaf b'din il-problema, il-Monitoring Unit ħa ħsçb billi immedjatament avża lill-management tal-Konsorzju, biex iwaqqaf il-ħaddçma milli jaħdmu fix-xita.
Kemm fil-fatt kienu n-numri ta' tmiem tar-raba u xagħri li l-Gvern xtara mingħand il-knisja matul dawn l-aħħar snin? Kemm minnhom huma bi qbiela u kemm minnhom b'ċens?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jivverifika l-informazzjoni li għandu dwar proprjeta` trasferita lil Gvern mill-Entitajiet Ekklesjastiċi. Qabel ma jitlesta dan il-proċess, id-Dipartiment mhux f`pożizzjoni li jagħti statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.