Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qatt saru żjajjar fil-bini tal-Junior College mill-uffiċjali dwar is-sigurta' u s-saħħa? X'irriżulta minn dawn iż-żjajjar? Ġew rikmandati passi rimedjali? Ittieħdu dawn il-passi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li ma sarux żjajjar minn Uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu nformazzjoni speċifika dwar xi nuqqasijiet li jista' jkun hemm, nitolbu jgħaddihieli, anki b'mod kunfidenzjali, biex l-Uffiċjali msemmija jkunu jistgħu jiffokaw speċifikament fuq dawn in-nuqqasijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm ilha li twaqqfet il-Fondazzjoni tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann kemm il-darba ltaqgħet? X'xogħol għamlet? Xi flus nefqet u fuqhiex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Konkatidral ta’ San Gwann iltaqghet tletin darba minn kemm ilha mwaqqfa.
Hidmiet il-Fondazzjoni jinkludu:
- Programm ta’ manutenzzjoni tat-twieqi tal-korsija tal-Konkatidral;
- “Display stand”
ghall-pittura ta’ San Gilormu;
- Manutenzjoni
tal-bjut, restawr tal-Wicc ta’ Kristu ta’ Algardi u tal-“leggii”
flimkien mal-“Valletta Rehabilitation Project”;
- Bidu ghall-progett tar-restawr tal-pittura ta’ San Gorg ta’ Preti;
- Testijiet fuq l-umdita mal-kolonni;
- Sistema gdida ghad-dhul fil-Konkatidral u fil-Muzew;
- Sistema elettronika ghal-hrug tal-biljetti ghad-dhul;
- “Survey”
ta’ l-istallazzjoni ta’ l-elettriku tal-Konkatidral u tal-Muzew;
- Pjanti dettaljati u “elevations”
tal-Konkatidral u l-bini kollu ta’ madwaru;
- Ingagg ta’ Segretarju Ezekuttiv;
- Kuntratti godda ghall-impjegati.
Il-hlasijiet kienu jammonta Lm51400:
Lm35875 Pagi
Lm4309 Tiswijiet
Lm2940 Konsulenzi
Lm2477 Ilma u elettriku
Lm1784 Stampar u “stationery”
Lm1536 Tindif
Lm618 Telefon
Lm1098 “Accountant”
u Awdituri
Lm312 Uniformijiet
Lm451 Spejjez ohra
Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 36612?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 443 applikazzjoni pendenti li fil-maġġor parti daħlu fl-2001 u 2002, u li 100 minnhom daħlu dawn l-aħħar xahrejn mal-ftuħ ta' l-iskejjel.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 36613, jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa l-Istatementing Moderating Panel bejn it-30 ta' Ottubru, 2002 u t-3 ta' Diċembru 2002? Kem ra tfal? Kemm għandu każi pendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn it-30 ta' Ottubru 2002 u t-3 ta' Diċembru 2002 l-Istatementing Moderating Panel iltaqa' 6 darbiet u ra 34 tfal. Każi pendenti għandu 443.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel it-tfal Maltin qed ikollhom jieħdu xi tilqim għax magħhom hemm tfal tal-klandestini? Min qed iħallas għat-tilqim tat-tfal Maltin? Privatament jew mill-fondi pubbliċi? Huwa ġust li hemm tfal li l-ġenituri tagħhom qed jintalbu li jħallsu privatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jirriżultalix li tfal Maltin ġew imlaqqma għax magħhom hemm tfal tal-klandestini.
Meta se tingħata l-għajnuna meħtieġa l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għall kundizzjoni li għandha għaliex ġiet riferuta lil SPLD meta mhux dik l-għajnuna li għanda bżonn? X'serjeta hemm meta ġie assessed għal 15-il minuta biss mill-iStatementing Moderating Panel fit-8 ta' Awissu 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Istatementing Moderating Panel irrakomanda 'Complimentary Education" (Għajnuna mill-iskola) u ġie referut lil Spld biex jiġi stabbilit jekk l-istudent għandux 'dyslexia'. Il-Bord ma jagħmilx "assessments" u jagħti rakkomandazzjoni wara li jara r-rapporti mediċi/professjonali u t-tfal konċernati flimkien mal-ġenituri tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa tal-handbook tal-Junior Collage għas-snin 2002-2004? Kemm saru kopji tal-handbook? Mil-liema vot tħallsu u xi jkopri dan il-vot?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru 2800 kopja tal-Handbook tal-Junior College għas-sena 2002 - 2004. In-nefqa kienet ta' Lm797 u l-kont kollu tħallas permezz ta' sponsorship mill-Indigo Bookshop.
Min hu l-propjetarju tal-artijiet li fuqhom hemm applikazzjoni għall-iżvilupp mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37455.
Ninsab infurmat illi l-persuna li għamlet l-applikazzjonijiet li saret referenza għalihom iddikjarat li hija s-sid tal-art ikkonċernata.
Dwar il-parti mill-art li tappartjeni lill-Uffiċċju Konġunt ninsab infurmat li l-Knisja talbet lill-Uffiċċju Konġunt biex jinkludi l-art in kwistjoni f`Annex 8 bħala proprjeta` trasferita lil Gvern skond il-ftehim li sar bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti. Jirriżulta iżda li terzi persuni issottomew dokumenti lill-Uffiċċju Konġunt fejn qed jgħidu li għandhom titolu fuq l-istess art. Peress li l-Uffiċċju Konġunt għandu dokumenti li juru mod ieħor, il-każ jinsab quddiem il-Qorti.
F'ċifra ta' flus, mill-1999 sal-lum kemm huwa kkalkulat li żdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bdiewa part time u full time. Kemm fil-fatt hija kkalkulata ż-żieda fuq il-prezz tal-prodotti tal-ħxejjex u frott sabiex tagħmel tajjeb ħalli l-attivita tagħhom trendi ta' dħul ġust għall-familji tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru ma tinżammx mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd. L-Onor Interpellant imissu jaf tajjeb li l-prezzijiet tal-prodotti huma marbuta mal-produzzjoni u mad-domanda.
Kemm fil-fatt ingħataw sussidji lil produtturi tal-għasel sabiex jimmodernizzaw u jkabbru din l-industrija matul dawn l-aħħar erba snin sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li f'dawn l-aħħar erba' snin ma kien hemm l-ebda sussidju dirett lill-produtturi tal-għasel, iżda l-Gvern għen lil dan is-settur billi ġab tliet esperti - Dr. Krell mill-FAO, Mr. Bew mir-Renju Unit u Mr. Liang Min Feng mir-Repubblika taċ-Ċina - biex jgħinu billi jagħtu pariri tekniċi kemm lit-Taqsima ta' l-Agrikultura tal-Ministeru kif ukoll lill-produtturi tal-għasel. Il-produtturi ta' l-għasel apprezzaw din l-għajnuna teknika u din għenet mhux ftit biex issaħħaħ il-produzzjoni tal-għasel f'pajjiżna.
Kemm huma kkalkulat l-żdiedu l-ispejjeż għall-produtturi tal-ġbejniet friski matul dawn l-aħħar erba snin, sena b'sena? Kemm hija kkalkulata ż-żieda fuq il-prezz tal-ġbejniet friski sabiex l-attivita tal-produtturi tibqa trendi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Huwa kkalkulat li f'dawn l-aħħar erba' snin l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ġbejniet żdiedu b'madwar 1c5-il waħda. Il-prezzijiet tal-ġbejniet għall-konsumatur ukoll telgħu b'dan l-ammont.
Is-suq għal dan il-prodott qiegħed dejjem jikber u dan jawgura tajjeb biex il-produtturi jkollhom qligħ xieraq.
Kemm fil-fatt żdiedu l-ispejjes għall-bdiewa li jesportaw il-patata matul dawn l-aħħar snin skond l-analiżi li għamel il-Ministeru f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT, NINU)
Matul dawn l-aħħar snin l-ispejjeż rikorrenti nvoluti fl-esportazzjoni tal-patata ta' Malta prattikament ma żdidux, tant li saħansitra l-prezz tal-patata taż-żriegħ impurtata mid-Dipartiment baqa' l-istess.
Liema kienu dawk il-prodotti ta' ħxejjex u frott li l-bdiewa ġew imħajra u mejgħuna jesportaw matul dawn l-aħħar erba' snin u kemm fil-fatt ġew esportati sena b'sena u x'prezzijiet ġabu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-wens
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' persuni li applikaw biex jieħdu benefiċċju tal-wens?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li b'kollox hemm tmin applikazzjonijiet pendenti għall-Pensjoni tal-Wens. Tlett applikazzjonijiet qed jiġu mistħarġa jekk jikkwalifikawx mill-aspett ta' mezzi filwaqt li l-ħamsa l-oħra jonqoshom jiġu riferuti lill-Bord Mediku.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-mard
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u Għawdex li jieħdu l-benefiċċju tal-mard? Kemm ilhom jieħduh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li hemm 13,068 persuna f'Malta u Għawdex li bħalissa qed jirċievu l-Għajnuna għall-Mard.
Ninsab informat ukoll li d-Dipartiment ma jżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija u dan għar-raġuni li din l-informazzjoni hi marbuta speċifikament ma' kull wieħed mit-13,068 każ imsemmija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li jagħtu sussidju fuq trasport għall-anzjani għal day centres u liema huma l-kunsilli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli jħallas għat-trasport ta' l-anzjani minn Ħad-Dingli u r-Rabat li jattendu ċ-Ċentru ta' Ħad-Dingli.
Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara jħallas għat-trasport ta' l-anzjani minn dak il-lokal li jattendu ċ-Ċentru ta' Birkirkara.
Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar iħallas għat-trasport ta' l-anzjani mill-lokalitajiet kollha li jaqgħu taħtu li jattendu ċ-Ċentru ta' San Pawl il-Baħar.
Il-Kunsilli Lokali tal-Qrendi, Ħal-Safi u Ħal-Kirkop iħallsu parti mit-trasport ta' l-anzjani li jattendu ċ-Ċentru taż-Żurrieq.