Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37573 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħal Ġdid — Wied Blandun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura jitnaddaf jew jiġi żviluppat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37574 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għases tal-pulizija — Ħinijiet tal-ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-għases fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, Sta. Luċija u l-Gudja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn dawk l-Għases imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, dik ta` Raħal Ġdid ma tkun magħluqa qatt, minħabba li hija l-Għassa prinċipali tad-Distrett, filwaqt li fl-oħrajn regolarment ikun hemm kuntistabbli dettaljat. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-kuntistabbli li jkun għassa joħroġ fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet.
Leg 9 PQ #37575 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

AIDS — Persuni li mietu kawża tal-marda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni mietu bl-AIDS mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum u kemm hemm persuni infettati bl-istess marda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' persuni li mietu bl-AIDS mill-ewwel tas-sena 2002 sa llum huwa numru zgħir u biex niggarantixxi l-kunfidenzjalita' lest li ngħaddihom lill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #37630 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Attivitajiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn kemm inġabret VAT minn attivitajiet marbuta ma l-isport? Jista' jagħti breakdown tagħhom skond l-attivita' partikolari?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT miġbur minn attivitajiet sportivi matul dawn l-aħħar sentejn kien Lm135,442. Il-mod li bih jiġi reġistrat fis-sistema tad-Dipartiment id-dħul minn dan il-qasam ma jagħtix dettalji skond l-attivita' sportiva partikolari.
Leg 9 PQ #37631 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi Żgħar — Track ta' l-atletika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 36111, jista' il-Ministru jgħid f'hiex waslu l-affarijiet wara l-ħruġ tat-tieni tender? Jekk ġie aġġudikat, jista' jgħid min ingħata x-xogħol u b'kemm? Jista' jagħti wkoll dettalji ta' offerti oħra li ġew mitfugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36976 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #37632 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youthnet — Ħlasijiet u benefiċċji

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huwa l-kordinatur tal-proġett Youthnet li l-applikazzjonijiet għalqu fit-12 ta' Lulju 2002? Kemm kien hemm persuni li applikaw u min kienu? Xi kriterji ntużaw sabiex saret l-għażla? Jista' jgħid x'beneficcji u jew ħlas għandha l-persuna magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġett Youthnet qiegħed jiġi kordinat minn Ms Maria Muscat. Applikaw 4 persuni - Maria Muscat, Steve Ellis, Fiona Pace u Paul A. Falzon. L-avviż biex issir is-sejħa għall-applikazzjonijiet deher fil-gazzetti lokali u l-għażla saret minn Bord maħtur apposta mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. L-applikanti riedu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet: * ikunu ċittadini ta' Malta * ikollhom - degree fil-Youth Studies - 5 snin esperjenza fix-xogħol fil-qasam taż-żgħażagħ - esperjenza f'servizzi relatati ma' Internet / Web Il-persuna magħżula għandha remunerazzjoni ta' Lm3 fis-siegħa għal ġimgħa ta' 6 siegħat.

Awtorita' tad-Djar

Question

Persuni mhux Maltin iżda residenti f'pajjiżna għandhom dritt jibbenefikaw minn skemi tal-Awtorita' tad-Djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuni barranin miżżewġa Maltin jibbenefikaw mill-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar. Fil-każ biss ta' Skema R, Skema ta' Kera Sussidjata fuq Residenzi Privati, persuni barranin miżżewġa Maltin li jkunu separati jistgħu jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera jekk jkollhom it-tfal jgħixu magħhom.

Periklu — Bini

Question

Peress li l-faċċata tal-ħanut bl-indirizz 28 Triq ix-Xatt Pieta' hu fi stat perikoluż, tista' tittieħed xi azzjoni biex ma tibqax ta' periklu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa skond il-liġi.

Akkomodazzjoni Soċjali — Dipartiment tad-djar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37329 jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar file RO 33050 tal-istess persuna? Jista' jgħid ukoll jekk din l-applikazzjoni għadhiex valida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li r-rekwiżizzjoni konnessa mal-file ndikat mill-Onor. Interpellant hi fil-proċess li titneħħa.
Leg 9 PQ #37637 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Installazzjoni ta' cameras — Speed cameras

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ispeed cameras bdewx jiġu wżati? Jekk fl-affermattiv x'riżultati kien hemm mill-installazzjoni ta' dawn il-cameras?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li jien kont tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34670, ninsab infurmat illi kien hemm 105 sewwieq li ingħataw ċitazzjonijiet wara li ġew irreġistrati fuq l-speed camera li kienu qed isuqu b`veloċita aktar minn dik permessibli.

Toroq — Bini u manutenzjoni

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 37446?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li n-nefqa kapitali fuq l-bini ta' toroq arterjali, bini ta' toroq lokali u manutenzjoni ta' toroq arterjali mill-1999 'l hawn kienet ta' Lm 28,506,000. 1999 Lm 4,998,000 2000 Lm 7,870,000 2001 Lm 6,688,000 2002 Lm 8,950,000 Ma dawn irrid inżid ukoll is-somma ta' Lm 1,713,000 f'valur ta' xogħol lest li għad irid jitkejjel kif ukoll Lm 1m miżmuma bħala "retention money" fuq xogħol li diġa hu lest iżda għadu ma ġiex ċertifikat. Jien infurmat ukoll li saret ukoll nefqa ta' Lm 7,527,000 fuq xogħol ta' toroq mill-Kunsilli Lokali kif ġej: 1999 Lm 1,500,000 2000 Lm 1,673,000 2001 Lm 2,160,000 2002 Lm 2,194,000

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 37449?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi toroq imsemmija mill-Onor. interpellant ġew jiswew hekk : Mdina Road, Qormi - Lm969,960 Ħal Far Road - Lm1,265,952 Psaila Street, Santa Venera/Birkirkara - Lm1,170,000 Junction quddiem l-isptar Monte Carmeli, Attard ( inkluż il-water culverts) - Lm312,566 Junction fejn it-tankijiet tal-gas (Regional Road) - Lm103,325

Korsijiet ta' Security

Question

Possibli l-ETC ġentilment tgħid jekk hux possibli li l-courses tas-Security organizzati mill-ETC jibdew isiru fl-għaxija għal dawk li jaħdmu iżda li jixtiequ jġibu l-liċenzja ta' security?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li l-kors mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jinżamm kemm wara nofs inhar bejn is-2.00 u l-5.30 kif ukoll filgħaxija bejn il-5.00 u t-8.00.
Leg 9 PQ #37641 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Wied il-Għajn — Għassa tal-pulizija

Question

Hemm xi ħjiel li se tinfetaħ għassa tal-pulizija b'mod kontinwu f'Wied il-Għajn biex tilqa għal bżonnijiet dejjem jikbru tal-lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Għassa ta` Wied il-Għajn qed tkun miftuħa u regolarment ikun hemm kuntistabbli jew surġent dettaljat hemmhekk. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-kuntistabbli jew surġent li jkun għassa joħroġ fuq xogħol fil-lokal, bħal ma` hija ronda u ħtiġijiet oħra relatati max-xogħol tal-Pulizija, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet. Barra minn hekk, ninsab infurmat ukoll illi bħalissa f`din l-Għassa qed isir xogħol ta` manutenzjoni sabiex jitjieb is-servizz mogħti mill-Pulizija ġewwa dan il-lokal.
Leg 9 PQ #37642 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Garanziji — Self u kreditu

Question

Fid-dawl ta' dak li hemm miktub f'paġna III tad-diskors tal-budget 2003 li hi l-policy tal-Gvern li '' ma jipprovdix aktar sigurta' jew kwalunkwe forma oħra ta' garanziji għal self jew kreditu li jidħlu għalih entitajiet pubbliċi'' jista' jgħid bħalissa x'livell ta' self jew kreditu daħlu għalih l-entitajiet pubbliċi? X'garanziji qed jagħmel il-Gvern għall dan is-self?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għal xi snin il-Gvern waqqaf il-prattika li kull self li jittieħed minn enti pubbliċi jkun kopert b'garanziji tal-Gvern b'mod awtomatiku. Meta jikkonsidra xi talbiet għall-garanziji l-Gvern jgħamel differenza bejn entijiet regolatorji u aġenziji governattivi li jgħamlu xogħol mhux kummerċjali u entijiet li jgħamlu xogħol kummerċjali. Dawn ta' l-aħħar huma meħtieġa jieħdu self mill-banek fuq is-saħħa tal-vijabbilita tal-proġetti li jkunu jridu jiffaċċjaw. Jiegħu in konsiderazzjoni wkoll id-differenza li garanzija tal-Gvern jista' jkollha fuq l-ispejjeż tas-self bħal ngħidu aħna jekk ir-rata ta' l-interess tonqosx jekk ikun hemm garanzija tal-Gvern. Fil-fatt, il-garanziji totali li għandu l-Gvern naqsu min Lm492 miljuni fl-1998 fi żmien gvern soċjalista għal Lm384 miljuni fl-2002.
Leg 9 PQ #37643 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vapuri tal-Gozo Channel — Manutenzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37456 jista' il-Ministru jgħid liema vapuri se tinbdilhom is-sistema tal-pipijiet ta' l-ilma? Jikkonferma il-Ministru li dan ix-xogħol ser javviċina l-ispiża ta' Lm400,000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tlitt vapuri ser tinbidlilhom is-sistema tal-pajpijiet ta' l-ilma (sea water). Peress li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess ta' l-istess Gozo Channel li tali informazzjoni tingħata.

Belt — Koppla/Knisja tal-Ġiżwiti

Question

Peress li l-koppla tal-knisja tal-Ġiżwiti l-Belt tinsab fi stat ħażin ħafna, jista' jiġi kkunsidrat li ssir rijabilitazzjoni tagħha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proġett tal-Knisja tal-Ġiżwiti, huwa mferrex fuq numru ta' snin. Matul l-2003 se jitlestew l-aħħar żewġ artali u se jsir r-restawr tal-kampnar. Il-koppla, li veru hi fi stat ħażin, għandha ssir fl-2004.
Leg 9 PQ #37646 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gzira — Ħsara fis-soqfa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika qattrux is-soqfa tal-bini ta' l-iskola primarja tal-Gżira? Fil-każ li iva, x'passi se jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37647 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skola Dun Frans Camilleri/soqfa

Question

Jista il-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika daħalx ilma mis-soqfa tal-bini ta' l-iskola Dun Frans Camilleri tal-Ħamrun? Fil-każ li iva, x'passi se jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.