Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat tat-toroq

Question

Jista il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 37517?

Response (GALEA, ĊENSU)

Minħabba t-tul ta' żmien li tirrikjedi biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #37692 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Consortium Enviorment Landscaping — Xogħol/Private Public Partnership

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif qiegħed jiġi mħallas il-consortium Enviorment Landscaping Company Ltd għax-xogħol li jwettaq fil-Private Public Partnership? Xi proċedura qegħda tintuża għax-xiri ta' makkenarju, siġar u oġġetti oħra li jintużaw fix-xogħol? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm ta' ħidma li dan il-Private Public Partnership irid iwettaq fit-tnax-il xahar li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa għadu ma sar ebda ħlas lill-Environmental Landscapes Consortium Ltd.. Eventwalment hu mistenni li jibdew isiru pagamenti kull xahar. Dawn ikunu jirreflettu x-xogħol mwettaq, kif imkejjel mill-Monitoring Unit imwaqqaf mill-Gvern, u mħallas skond rati stabbiliti fil-programm ta' xogħolijiet anness mal-kuntratt. Apparat jew inġenji li jistgħu jinxtraw mill-Consortium biex jitwettaq ix-xogħol kuntrattat jitħallsu mill-Consortium u jibqgħu l-projeta tiegħu. Siġar u materjal ieħor li jintuża direttament fix-xogħol jinxtraw kif jikkunsidra xieraq il-Consortium. L-ispejjeż f'dan ir-rigward jiffiguraw fil-Bills of Quantity sottomessi lill-Monitoring Unit għal kejl u ċertifikazzjoni qabel isiru ħlasijiet lill-Consortium. Ix-xogħol li għandu jitwettaq mill-Consortium fl-ewwel tnax il-xahar mill-għoti tal-kuntratt huwa kif jidher fid-dokument anness.
Leg 9 PQ #37703 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Portokol u trattati — Ambjent

Question

Tul dawn l-aħħar erba'snin, kemm-il protokol, konvenzjoni u trattat dwar l-ambjent iffirmat Malta? Kemm ir-rapport hemm dwar ksur ta' trattati u nuqqas ta' konformita' minn Malta? Hemm xi implikazzjonijiet marbuta ma dan in-nuqqas ta' konformita'?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li tul dawn l-ahhar erba' snin kien hemm total ta' 16-il Protocol, konvenzjoni u trattati dwar l-ambjent iffirmati minn Malta. Ma kienx hemm rapporti dwar ksur tat-trattati jew nuqqas ta konformita`.
Leg 9 PQ #37704 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Konvenzjoni ta' Biodiversita' — MEPA

Question

Malta irratifikat il-Konvenzjoni tal-Biodivarsita'? Jekk le għaliex? Jista' jkun il-każ li dawn ir-ratifikazzjonijiet jkun fihom xi riservi dwar iċ-ċirkostanzi soċjali u kulturali ta' Malta? Jekk Malta tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea, dawn ir-riservi jiġu nklużi fil-Bird's Directive? X'azzjoni effettivi (barra dawk leġislattivi) ttieħdu dawn l-aħħar erba' snin mill-awtoritajiet Maltin u l-Ministeru ta' l-Ambjent partikolari, speċjalment dawn l-aħħar 12-il xaħar mill-MEPA, biex jiġi żgurat li jiġi mplimentat il-Convention on Biological Diversity?

Response (BORG, TONIO)

Malta irratifikat il-Konvenzjoni tal-Biodiversita` (CBD) fis-sena 2000. Din ir-ratifika ma fiha l-ebda rizervi dwar cirkostanzi socjali u kulturali ta' Malta ghax din il-konvenzjoni tifforma bazi li fuqha tigi iffurmata ligi lokali. Il-Konvenzjoni hija strument generali u mhux specifika bhal ma hi l-Birds Diretive. Is-CBD m'ghandiex effett dirett fuq il-'Birds Directive'. Dawn huma l-azzjonijiet effettivi li ttiehdu dawn l-ahhar erba' snin fir-rigward tas-CBD: qed jigu ffinalizzati pjanijiet ta' azzjoni fuq biodiverstia` importanti. gew identifikati zoni ta' valur ambjentali. gew, u ser jigu protetti numru ta' nhawi u speci li jghixu fihom. saru, u qed isiru kampanji edukattivi f'dan ir-rigward. saret 'Clearing House Mechanism' (CHM) kif mitlub mil-konvenzjoni
Leg 9 PQ #37705 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Cartagena Protocol on Biosaftey

Question

Malta rratifikat il-Cartagena Protocol on Biosafety? Jekk le għaliex ma' ġietx ratifikata u meta bi ħsiebhom l-awtoritajiet jirratifikawha? X'azzjoni effettiva (barra dik leġislattiva) ittieħdet dawn l-aħħar erba' snin mill-Awtoritajiet Maltin u mill-Ministeri ta' l-Ambjent, u partikolarment dawn l-aħħar 12-il xaħar mill-MEPA, biex jiġi żgurat li l-ebda LMO (Living modified organisims) jew GMO (genetically modified organisims) ma ġewx jew qed jiġu ntrodotti fl-ambjent tagħna. Tul dawn l-aħħar erba' snin, kemm-il prodott, inkluż prodotti ta' konsum (lokali u ta' barra) magħmula mill-LMOs or GFOs sabu ruħhom fis-swieq? X'azzjoni ttieħdet? X'informazzjoni ngħatat lill-pubbliku dwar il-kontenut ta' dawn il-prodotti mill-media, television, gazzetti lokali etc?

Response (BORG, TONIO)

Le, Malta ghada ma rratifikatx il-'Cartagena Protocol on Biosafety', ghax ghada qed tigi analizzata is-sitwazzjoni ta' Malta fir-rigward ta kif ha taffetwa il-kummerc ta' speci, fuq provvedimenti tal-WTO. Saret analizi tas-sitwazzjoni prezenti f'Malta fuq GMOs u LMOs, izda l-ebda GMOs jew LMOs ma dahlu fl-ambjent naturali ta' Malta. Gie mwaqqaf ukoll Kumitat Konsultattiv fuq il-Biosigurta` li jinkludi rapprezentanti minn numru ta' ministeri relevanti.
Leg 9 PQ #37706 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Konvenzjonijiet u trattati — Ambjent

Question

Jekk Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, dawn il-konvenzjonijiet u trattati dwar l-ambjent, kif se jaffettwaw lil Malta? X'impatt negattiv jista' jkollhom fuq l-industrija lokali wara s-sħubija? Per eżempju x'impatt ikollu il-Climate Chane Convention, il-Kyoto Protocol, il-Montreal Protocol, il-UNECE Convention u protokolli fuq l-industrija lokali? Kemm hu mistenni li jintilfu mpjiegi u xi studji saru sabiex juru dan jew x'rakkomandazzjonijiet saru biex ma jintilfux impjiegi? Kemm minn dawn l-istudji intbagħtu lill-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' l-industrija? Veru li appena nsiru membri ma nkunux nistgħu nimpurtaw CFCs u kif se taffettwa lill-pubbliku u l-industrija u x'inhuma l-implikazzjonijiet ekonomiċi? Xi strateġija għandu l-Gvern presenti sabiex iħares l-industrija u l-impjiegi? X'ġie negozjat mill-Gvern f' dan ir-rigward? Għaliex l-MIC qatt ma ssemmi xejn f'dan ir-rigward fil-propoganda tagħha, jiġifieri l-leġizlazzjoni ambjentali versus telf ta' mpjiegi partikolarment mħabba għeluq ta' fabbriki?

Response (BORG, TONIO)

L-obbligi ta' Malta fil-konvenzjonijiet li taghhom hija membru mhux se jinbidel ghax issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja. F'xi kazijiet remoti biex Malta tkun konformi ma' l-ligijiet ta' l-Unjoni, ghaliex l-istandards ambjentali ta' l-Unjoni huma kultant ghola minn dawk ta' l-konvenzjonijiet, Malta jkollha l-ligijiet domestici aqwa mill-obbligazzjonijiet internazzjoniali li ghandha. L-Onor. Membru tajjeb ikun jaf li saru diversi laqghat mas-setturi kkoncernati u kif dawn jistghu jbiddlu il-mod tal-produzzjoni taghhom sabiex jadegwaw ruhhom minghajr telf ta' mpjiegi u ordnijiet. Inzid nghid illi fil-hafna laqghat li saru bi preparazzjoni ghall-process ta' negozjati dwar il-Kapitlu tal-Ambjent, hadu sehem diversi ghaqdiet u organizzazzjonijiet, fosthom organizazzjonijiet mhux governattivi u l-Federazzjoni tal-Industrija li naturalment hadu hsieb ta' l-ewwel interess tal-pubbliku in generali u tat-tieni tal-membri taghhom. Peress li l-Gvern ma jaqbilx ma l-assunzjoni ta' l-Onor. Membru l-istandards ambjentali ahjar itellfu l-impjiegi, mhux qed tigi mwiegba it-tielet parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #37738 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Sparar imbjank fil-pubbliku

Question

Billi f'domanda parlamentari oħra il-Ministru ta' x'jifhem li s-Segretarju Parlamentari għall-isport ma kiser ebda liġi meta spara senter taż-żewġ fil-pubbliku mingħajr permess, jista' il-Ministru jgħid għaliex ma ħax passi biex jiċċara jekk il-fatt hux reat jew le, li sparar ta' skrataċ imbjank fil-pubbliku? Jekk dan hu reat għaliex ma ħax passi? Jekk mhux, jista' jiċċara dan il-fatt għaliex hawn ħafna nies li jixtiequ jisparaw skrataċ imbjank fil-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fiċ-ċirkostanzi tal-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, ma jidhirx li kien hemm xi ksur ta` liġi.

Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara — Ċediment ta' toroq

Question

Billi hemm xi partijiet ta' Triq Fleur-De-Lys B'Kara li ċedew u qed ikunu ilqugħ għall-ilma, jista' jsir xi ħaġa biex din il-problema tiġi riżolta'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi Triq Fleur De Lys hija triq asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Madankollu id-Direttorat tat-Toroq għadda il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali biex ikun jista' jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #37754 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Permess PA006611/00

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jassigura li l-iżvilupp li qiegħed isir skond il-permess PA006611/00 maħruġ fil-25 ta' Lulju, 2002 jinżamm milli jitkompla mill-MEPA peress li hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appelli ta' l-istess MEPA bin-numru PAB321/02 TSC?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Membru hu mitlub jirreferi ghal-ligi li tirregola l-Ippjanar ta' l-Izvilupp dwar dan.
Leg 9 PQ #37755 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sillabu

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda l-eżerċizzju biex jitnaqqsu ċertu topics mis-sillabu ta' l-iskejjel primarji? Jista' jgħid min ideċieda u min ta l-parir, il-ġenituri, l-għalliema jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li hemm wisq tagħlim fil-qasam primarju? Jista' jgħid x'raġunijiet għandu jekk jikkonkludi li kienu l-ġenituri u l-għalliema li riedu jnaqqsu t-tagħlim li hemm illum? Jaħseb il-Ministru li huwa aħjar li jiġu ngaġġati aktar għalliema milli jnaqqas mit-tagħlim?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kwestjoni ta' sillabi hi regolata mid-Dipartiment għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu.
Leg 9 PQ #37506 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Żieda fin-numru ta' karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 31799. Ninfurmah ukoll illi tagħrif fuq xiri u kiri ta' vetturi ngħata minn żmien għal żmien f'diversi tweġibiet parlamentari fosthom 37131, 36244, 28805 u 20289.

Żieda fin-numru ta' karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37508 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Żieda fin-numru ta' karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37509 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Żieda fin-numru ta' karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37510 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Żieda fin-numru ta' karozzi — Mill-1996 l-hawn

Question

Kemm żdiedu n-numri ta' karozzi, vetturi, etc mikrija u jew ġodda mill-1996 l'hawn sena b'sena sal-lum fil-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet etc, li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37512 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Talbiet għal-artijiet — Għaqdiet/clubs

Question

Kemm huwa n-numru ta' l-għaqdiet/clubs etc, li qed jitolbu lid-dipartimenti ta' l-artijiet, faċilitajiet u jew fond/bini sabiex joperaw u jmexxu l-quddiem l-għanijiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Il-proċedura stabbilita` sabiex għaqdiet u clubs jakkwistaw faċilitajiet u jew bini sabiex joperaw u jmexxu l`quddiem għanijiet tagħhom hija li dawn japplikaw għand il-Kunsill Malti Sports fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, li mbagħad jikkoordina mat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern fir-rigward. Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37571 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fl-iskola tal-kindergarten ta' Triq Brittanja, f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għadha ma ħaditx deċiżjoni fuq dan ix-xogħol minħabba li għadha tistenna l-eżitu ta' rapporti nterni li jolqtu wkoll din il-Kindergarten.

Raħal Ġdid — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights u s-sistema tat-traffiku fir-roundabout ta' ħdejn Cospicua Road, f'Raħal Ġdid, fejn il-Moskea?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi żmien ilu d-Direttorat tat-Toroq kien ispezjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant biex jistabilixxi jekk tistax issir sistema ta' traffic lights. Pero nstab li minħabba diversi toroq li jagħtu għal din ir-roundabout ma tista issir sistema ta' traffic lights hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.