Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37786 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M'Scala — Dawl baxx

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi nvestigata l-probelma li bosta residenti li joqogħdu fi Triq is-Silla ġewwa M'Scala u l-inħawi qed iħabbtu wiċċhom magħha u cioe' dik tan-nuqqas fis-saħħa tad-dawl? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli tissaħħaħ il-provvista' tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #37513 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Moħqrija ta' l-annimali

Question

Kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti fuq moħqrija fuq l-annimali matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1998 1999 2000 2001 2002* 5 6 15 11 29 *sal-30/11/02 L-Onor. Interpellant jiehu gost jinnota li l-prosekuzzjonijiet dwar mohrija ta' l-annimali zdied b'sitt darbiet f'dawn l-ahhar erba' snin.
Leg 9 PQ #37515 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Serer f'Tal-Kmand

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari 37365 u cioe, meta se jsiru x-xogħlijiet pendenti skond ma jirriżulta u jekk l-ispejjeż imsemmija jkoprux il-ħlas ta' l-inġinier/konsulent?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fi ftit jiem oħra se jsir "pressure test" fuq is-sistema u wara li l-konsulenti dentifika l-aħjar sistema għat-tkomplija tax-xogħlijiet, tinħareġ sejħa għal kwotazzjonijiet biex ix-xogħol jinbeda. Infurmat ukoll li n-nefqa ikkwotata f'mistoqsija parlamentari numru 37365 ma kinitx tkopri l-ħlas ta' l-Inġinier. Il-ħlas għall-inġinier kien ta' Lm 55.
Leg 9 PQ #37518 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #37519 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti u , iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #37520 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (REFALO, MICHAEL)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli nterpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.

SVPR — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani fir-residenza SVPR, kemm minnhom huma irġiel, kemm nisa u x'inhi l-eta' tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm l,010 resident, li minnhom 335 huma rġiel u 675 huma nisa. L-etajiet ivarjaw bejn l-20 u l-103 snin.
Leg 9 PQ #37577 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Casualty department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li daħlu l-casualty department u mietu b'xokk elettriku matul l-2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nies li daħlu l-Casualty b'xokk elettriku ma jinżammx iżda ninsab infurmat, minn tagħrif miġbur mir-reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet, li n-numru ta' persuni li kienu rreġistrati li mietu kawża ta' xokk elettriku mill-bidu tas-sena 2002 s'issa kien ta' tnejn.

Raħal Ġdid — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pelican lights li qatt ma twaħħlu fejn il-lights taċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata ġewwa Raħal Ġdid jitwaħħlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi triq imsemmija mill-Onor. Interellant hemm maħsub li jitwaħħlu l-Belisha Lights. Id-direttorat għat-Toroq ħa jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-lights jiġu nstallati u attwati fl-inqas żmien possbili.
Leg 9 PQ #37579 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Fanali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-fanali li hemm ma jixgħelux fid-daħla taċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata jiġu rranġati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fanali li jinsabu fid-daħla taċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata jaqgħu taħt responsabilita` tal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid u mhux ta' l-Amministrazzjoni taċ-Ċimiterju.

Toroq — Xogħol f'ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' toroq sar f'ħitan tas-sejjiegħ madwar Malta u Għawdex u f'liema lokalita' saru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iċ-ċifri t'hawn taħt huma kemm tiswijiet ta' ħitan kif ukoll ħitan ġodda. Lokalita' Tul f'Kilometri Attard (Ta' Qali) 0.1115 Attard 0.029 Birzebbugia 0.945 Dingli 0.1244 Gharghur 0.5203 Kalkara 0.00474 Marsascala 0.1146 Mdina 0.0326 Mellieha 0.008 Mgarr (Malta) 0.0462 Mosta 0.5973 Rabat (Malta) 0.18325 San Giljan 0.195 San Gwann 0.575 Siggiewi 0.132 Swieqi 0.8594 Xghajra 0.05 Zabbar 0.745 Zejtun 0.37 Zurrieq 0.322 TOTAL 5.966
Leg 9 PQ #37581 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq il-Palma - Arblu

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu li hemm quddiem ir-residenza 13, Triq il-Palma, f'Ħal Tarxien jiġi rranġat peress li waqt il-maltemp ikun ħafna perikoluż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37668 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavalier ta' San Ġakbu — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport awditjat tad-dħul u ħruġ tal-Kavalier ta' San Ġakbu minn kemm ilu jopera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess tal-verifika tlesta mill-awdituri u hekk kif ir-rapport jiġi finalizzat jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37669 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħ'Attard - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid permezz ta' liema sejħiet għall-offerti jew direct orders sar xogħol ta' twittija ta' konkos fl-art tal-play areas ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard tul ix-xahar ta' Ottubru, 2002? Jista' jgħid b'mod dettaljat kemm sewa x-xogħol li sar u min kienu l-kuntratturi li wettqu dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma sar ebda xogħo ta' twettija ta' konkos fl-art tal-play areas ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard.
Leg 9 PQ #37670 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kemm użat mill-faċilita' ta' Lm15 miljun self li għamlet mill-APS Bank? Fuq xiex nefqet dawn il-flejjes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bilanċ "overdrawn" tal-faċilita` fil-11 ta' Diċembru kien ta' Lm363,928.80. Dawn il-flus intużaw kollha fuq spejjeż ta' natura kapitali fuq skejjel.

Taqsima/Ċentru Malti tar-Restawr — Proġetti

Question

Matul is-sena 2002, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru bis-sħab bejn it-taqsima tar-Restawr li taqa' taħt il-Ministeru u ċ-Ċentru Malti tar-Restawr? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proġetti li fihom hemm kollaborazzjoni bejn it-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u ċ-Ċentru Malti għar-Restawr matul il-2002 kienu dawn: Il-Monument ta' Ball fil-Barrakka t'Isfel, Valletta; In-Niċċa ta' San Pawl, Rabat; Il-Funtana ta' l-Ajkla, Ġnien ta' San Anton, Attard; Ġnien is-Sindku, Żejtun; Statwa ta' Santa Marija, Balzan; Kappella tas-Salvatur, Kalkara. Fuq dawn il-proġetti, ħaddiema miż-żewġ istituzzjonijiet li qed jitħarrġu fis-sengħa tar-restawr wettqu xogħol taħt supervizzjoni ta' nies b'esperjenza fir-restawr.
Leg 9 PQ #37672 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Servizz ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jingħata s-servizz tad-dawl kif suppost fl-iskejjel primarji tal-Gżira, Wied il-Għajn u s-Siġġiewi biex it-tfal ikunu jistgħu jużaw il-computer li ilhom imċaħħdin minnu mill-bidu tas-sena skolastika? X'ikkawża l-qtugħ tas-servizz tad-dawl f'dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37673 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MSU/MITTS — School Information System

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi konkreti ħa l-gvern biex jirrimedja għan-nuqqasijiet tal-MSU/MITTS fit-tmexxija tal-proġett ta' l-iSchool Information System (SIS) kif joħroġ mir-rapport ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur li għadu kemm tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-MITTS Ltd ilha zmien tiehu numru ta’ mizuri biex tara li progetti ta’ din ix-xorta jitmexxew ahjar. Ghaldaqstant il-MITTS waqqfet ufficcju gdid tal-kuntratti fi hdan id-dipartiment tas-servizz koporattivi fejn ix-xoghol ta’ kuntratti gie iccentralizzat biex b’hekk assigurat kontrol u azzjoni immedjata fuq “issues” mal-kuntratturi. Gie iddisinjat ukoll kuntratt gdid mill-MITTS biex iservi bhal “boiler plate” ghal progetti ohra, fejn fost l-ohrajn wiehed isib: (i) li l-kundizzjonijiet generali tieghu jirriflettu l-“issues” relatati direttament ma l-informatika u l-“Intellectual Property Rights”; (ii) li l-kuntratti li jsiru mal-kuntratturi jkollhom il-pagamenti marbuta ma dak li jkun qed jigi kkonsenjat u mhux ma perjodi fissi; (iii) li meta jkun ha jsir xi kuntratt ma’ xi kuntratturi barranin, il-MITTS tara li dawn ikollhom assi lokali li jkunu jistghu jaghmlu tajjeb ghalihom f’kaz li jkunu kisru xi kundizzjoni mill-kuntratt, jew inkella li ssir garanzija f’bank lokali ghall-istess skop. Minbarra s-sistema ta’ “project management”, “PRINCE 2”, il-MITTS bdiet ukoll progett intern ta’ implimentazzjoni ta’ “Cost Accounting Management Framework”, biex b’hekk ikunu jistghu jigu segwiti f’heffa u reqqa il-fazijiet li jkunu waslu fihom il-progetti, kif ukoll l-elementi finanzjarji kollha marbuta ma’ kull progett. Finalment, tajjeb li wiehed ifakkar lill-Onorevoli Membru li l-kuntratt ghal dan il-progett inghata f’Lulju 1996, u li kien hemm bidla fil-Gvern f’Ottubru 1996 u li x-xoghol fuq dan il-progett seta veru jitmexxa ’l quddiem fit-tieni kwart ta’ l-1998 meta l-Onorevoli Membru kien Ministru ta’ l-Edukazzjoni u meta allura kien approvat l-“Strategic and Operations Review” tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, inkluz il-progett li dwaru saret il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #37676 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija/permessi — Nies li jaqraw ix-xorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni li jgħidu li jaqraw ix-xorti jew jagħmlu attivitajiet oħra simili, għandhomx bżonn li jkollhom permess tal-pulizija? Jekk iva, kemm hawn min għandu permess u f'liema lokalitajiet jinsabu?

Response (BORG, TONIO)

Peress illi liċenzji għall-attivitajiet kummerċjali u affarijiet anċillari jew konnessi ma` dawk l-attivitajiet m`għadhomx amministrati mill-Pulizija, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.