Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37709 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Projects and Contracts Administrator

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' Projects and Contracts Administrator mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, liema sejħa deheret f 'The Times tas-Sibt 17 ta' Lulju 2002 u f'ġurnali lokali oħra u li għalqet il-Ġimgħa 26 ta' Lulju 2002? Jista' il-Ministru għaldaqstant jgħid fejn wasal il-proċess ta' l-għarfa, u jekk il-persuna ġiet maħtura f'din il-kariga jqiegħed kopja tal-Curriculum Vitae tagħha u tal-kuntratt ta' xogħol li għandha ma' l-istess Fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37710 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Cirriculum Vitae/Kap Eżekuttiv, Kontrollur Finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Cirriculum Vitae dettaljati tal-Kap Eżekuttiv u tal-Kontrollur Finanzjarju rispettivament tal-Fondazzjoni Skejjel ta' Għada kif ukoll kopji tal-kuntratti tax-xogħol tagħhom it-tnejn li għandhom ma' l-istess Fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.

SVPR

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 36544 u ċioe' jista' jgħid kemm mietu anzjani ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule sena b'sena mill-1990 u kemm kienet tvarja l-eta' tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37757 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skejjel sekondarji - smart cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kriterji partikolari sabiex ħanut ikun jista' jbigħ l-ismart cards lill-istudenti fl-iskejjel sekondarji għolja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iSmart Cards lill-istudenti fl-Iskejjel Sekondarji Għolja ma jinbiegħux. Dawn jingħataw lill-istudenti bħala parti mill-Għotja ta' Manteniment lill-Istudenti. B'dawn l-iSmart Cards l-istudenti jistgħu jmorru f'ċerti ħwienet u jixtru kotba jew materjal ieħor li jgħinhom fl-istudji tagħhom. Naturalment il-ħwienet li huma awtorizzati li jaċċettaw dawn il-cards, iridu jkunu ħwienet li jbiegħu materjal edukattiv għall-istudenti ta' dan il-livell u l-livell universitarju. Il-ħwienet interessati li jidħlu fl-iskema jridu jiktbu lill-Bord għall-Manteniment lill-Istudenti u jkunu lesti li jaċċettaw il-kundizzjonijiet ta' l-iskema f'forma ta' ftehim bejn il-Bord u kull ħanut.

Djar — Djar vojta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti statistika ta': 1) kemm għandu f'idu s-Social Housing Department djar li fil-preżent huma vojta ġewwa: Ħaż-Żabbar; iż-Żejtun; u Wied il-Għajn? 2) Jista' jgħid kemm hemm talbiet għal social housing minn dawn it-tliet lokalitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien informat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux postijiet battala fil-lokalitajiet indikati. Applikanti minn Żabbar, Żejtun u Wied il-Għajn hemm 90, 69 u 37 rispettivament.
Leg 9 PQ #37762 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi — Ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul l-1999, is-sena 2000, l-2001 u l-2002 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37763 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi — Ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul l-1999, is-sena 2000, l-2001 u l-2002 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37764 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Childcare centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn, minkejja li għadda ħafna żmien minn mindu l-Ministru ''fetaħ'' uffiċjalment iċ-childcare centre fl-Airmalta, dan għadu ma juffunzjonax?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37765 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Excessive billing

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li wara li marru nies tekniċi tal-WSC biex jinvestigaw problemi li kellu bl-airlock minn fejn jgħaddi l-ilma nhar it-28.04.02, minn dak iż-żmien il- hawn ma ħadux azzjonijiet aktar rimedjali bil-konsegwenza li l-problema tal-excessive billing minħabba dan id-difett tekniku, baqgħet hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37766 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Taż-Żwejt — Sub Post Office

Question

Jistgħu jittieħdu passi mill-Maltapost biex tiġi stallata letter box u jsiru arranġamenti għal sub post office f'taż-Żwejt housing estate għall konvnejenza tar-residenti numerużu ta' l-area?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltapost għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #37767 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — United National for Climate Change Convention

Question

Peress li Malta għadha ma bagħtitx in-National Communication, Malta qed tikser l-artikli relevanti tal-United National for Climate Change Convention? L-awtoritajiet x'raġuni ġabu? Kien hemm xi kummenti dwar dan mill-Kummisjoni Ewropea, meta tqis li Malta hi applikant għal-membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea? X'għamlet il-MEPA f'din l-aħħar sena biex is-sitwazzjoni ta' Malta tkun iċċarata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta mhix qed tikser l-ebda artiklu rilevanti tal-United Nations Framework Convention for Climate Change. Din il-konvenzjoni mhix relatata direttament ma` l-aquis tal-UE. Kif diġa` ġie kkomunikat pubblikament fit-tieni laqgħa pubblika fuq dan is-suġġett il-First National Communication wasal biex jiġi konkluż u ser jiġi kkomunikat lis-segretarjat tal-konvenzjoni fil-bidu tas-sena 2003. Dan il-proġett qed isir bil-għajnuna diretta tal-UNDP/GEF.
Leg 9 PQ #37768 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Convention on Long Range Transboundary Air Pollution

Question

Malta qegħda tikser ir-regolamenti tal-UNECE tal-Geneva Convention on Long Range Transboundary Air Pollution tal-1979? Biex jiġi ċċarat isem Malta, kemm intbagħtu rapporti lill-Kumitat eżekkuttiv tal-konvenzjoni mill-MEPA jew mill-Ministeru ta' l-Ambjent? X'sehem kellha Malta fil-Working Group of Effects ta' din il-konvenzjoni? X'kien il-kontribut ta' Malta f' dawn l-aħħar erba' snin fl-Inter Comparative Programmes ICPS u l-EMEP? Kemm il-protokoll iffirmat Malta tul dawn l-aħħar erba' snin taħt din il-Konvenzjoni? X'kienu l-kummenti tal-kummisjoni Ewropea f' dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta irratifikat il-Konvenzjoni ta` Ġinevra (1979) fl-1997 flimkien ma` l-EMEP Protocol. F`dawn l-aħħar snin saru diversi attentati sabiex jinġabru r-rapporti meħtieġa pero` la l-ex Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent u lanqas id-Direttorat il-ġdid fi ħdan il-MEPA ma kellhom ir-riżorsi umani sabiex jiġbru l-informazzjoni kollha. Sabiex dan ikun jista` jseħħ din is-sena id-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta` l-Ambjent għadu kif ingaġġa uffiċjali ambjentali sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarrġa f`kull qasam inkluż ir-rapurtaġġ taħt din il-Konvenzjoni. Fir-rigward tal-EMEP Protokol hemm arranġamenti sabiex isir monitoraġġ ta` l-Ozonju u l-MEPA qiegħda fi proċess sabiex dan l-arranġament mad-Dipartiment tal-Fiżika tal-Universita` ta` Malta jiġi formalizzat u estiż sabiex ikopri parametri oħra. Din il-proposta kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra bħala proġett propost għas-sena 2003. Malta ma ħaditx sehem għalissa fil-Working Group on Effects.
Leg 9 PQ #37769 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Tfigħ ta' skart fil-baħar

Question

Matul dawn l-aħħar erba' snin kemm-il permess inħareġ mill-MEPA u l-Awtorita' Marittima għat tfigħ ta' skart fil-baħar? Kemm intbagħtu rapporti lill-IMO mill-awtoritajiet rigward l-obbligi tagħna taħt il-London (Dumping) Convnetion?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-informazzjoni disponibbli minn din is-sena il-MEPA ħarġet tmien permessi għat-tfiegħ ta` 'dredging material', skart inert u qamħ li xxarrab. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37770 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Portokolli u konvnezjonijiet ambjentali — MEPA

Question

Tul dawn l-aħħar erba' snin Malta kemm-il-protokoll u konvnezjonijiet ambjentali tal-UNECE irratifikat? Matul dawn it-tliet snin x'kien il-kontribut ta' Malta rigward il-proċess ambjentali għall-Ewropa, partikolarment mill-MEPA? F'kemm-il laqgħa ħadna sehem fil-kumitat ambjentali ta' l-Ewropa? Kemm kienu l-fondi u x'assistenza ħadu l-awtoritajiet Maltin minn dan il-proċess tul dawn l-aħħar erba' snin? X'kienu l-kummenti tal-Kummisjoni Ewropea fir-rigward tan-negliġenza ta' Malta f' dan il-proċess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #37771 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Trattat Ambjentali

Question

Kemm-il trattat ambjentali, li Malta tifforma parti minnu ġie mdaħħal fil-leġislazzjoni nazzjonali? Kemm minnhom ma ġewx imdaħħla fil-leġislazzjoni tagħna? Għaliex ir-rapporti dwar l-istat ambjentali ma jindirizzawx il-proċess ta' Malta taħt trattati ambjentali, u kemm-il rapport intbagħat u meta? Għaliex dawn ir-rapporti u komunikazzjonijiet li ntbagħtu lis-Segretarjat m'humiex aċċessibli għall-pubbliku jew fuq il-website tal-MEPA? Għaliex il-lista' jew direttorju tat-trattati apporvati taħt in-National Focal Points m'humiex aċċessibli għall-pubbliku jew fuq il-website tal-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Kull konvenzjoni/trattat li Malta ssir parti minnu, isir skond kif jitlob l-Att dwar ir-ratifikazzjoni tat-trattati. Mhux it-trattati kollha huma l-istess, hemm trattati li ma jirrekjedux li jidħlu fil-liġi Maltija għax ikollhom obbligazzjonijiet amministrattivi biss. Imma kull fejn hemm bżonn li l-obbligazzjonijiet internazzjonali jiġu trasformati fil-liġi nazzjonali dan dejjem isir b`tali mod li meta t-trattat in kwistjoni jiġi fis-seħħ għall-Malta, il-liġi Maltija tkun konformi miegħu. Dan isir billi joħorġu regolamenti li jikkorrispondu ma` dawn l-obbligazzjonijiet internazzjonali. Il-website tal-MEPA għar-rigward tad-Direttorat għall-Ambjent għadha fi stat ta` kostruzzjoni. F`din il-website wieħed jista` jsib ir-rapporti dwar l-istat ta` l-Ambjent. Dawn ir-rapporti jinkludu listi ta` trattati iffirmati minn Malta. It-talba tal-Onor. Membru ġiet innotata.
Leg 9 PQ #37772 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Bonn Convention on Migratory Species

Question

Malta tifforma parti mill-Bonn Convention on Migratory Species? Malta qegħda tikser din il-konvenzjoni? Malta għamlet xi riservi mad-dħul ta' din il-konvenzjoni? X'kienu dawn ir-riservi? Kif ser jiġi affettwati dawn ir-riservi mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Il-MEPA bagħtet xi rapporti? Veru li r-rapporti suppost kellhom jaslu fis-Segretarjat sa Frar ta' din is-sena iżda fil-fatt għadhom lanqas biss intbagħtu? X'politika jew pjan ta' azzjoni qed tħaddem jew beħsiebha tħaddem Malta rigward l-għasafar tal-passa u kif ser tiġi affettwata wara s-sħubija?

Response (BORG, TONIO)

Malta iffirmat il-Bonn Convention on Migratory Species. Malta la hi qed tikser din il-Konvenzjoni u lanqas għamlet riservi ma` d-dħul ta` din il-konvenzjoni. Sa issa għadhom ma ntbagħtux rapporti. Malta hija msieħba ġdida ta` din il-konvenzjoni. Għaldaqstant issa qed tibda timplementa dan it-trattat. Il-MEPA ġabret tagħrif fuq speċi tal-passa bħal ma` huma l-friefet il-lejl. Qed jiġi mfassal pjan ta` Azzjoni fuq ic-Cetaci. Rigward l-għasafar tal-passa, il-Gvern hu kommess li jwaqqaf l-ORNIS Committee sa l-aħħar tas-sena 2002.

Ħaddiema Għawdxin — Boarded Out

Question

Kemm ġew boarded out ħaddiema Għawdxin fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002. Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-age groups tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuni li jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidita' mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, ninsab informat li d-Dipartiment ma jżommx statistika skond il-lokalita' u l-etajiet ta' dawk li qed jirċievu din il-pensjoni.

Stallazzjoni ta' lift

Question

Hemm xi żviluppi dwar l-istallazzjoni ta' lift f' 55, Triq is-Suq Floriana u Block A2, Triq Joe Gasan Ħamrun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar il-lift f'55 Triq is-Suq, Floriana nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall Mistoqsija Parlamentari Numru 35648 f'Seduta 794. Dwar il-lift fi Blokk A2, Triq Joe Gasan, Ħamrun, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar m'għandiex applikazzjoni għal installazzjoni ta' lift f'dan l-indirizz. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni dwar installazzjoni ta' lift fi Blokk A2, Triq id-Duluri, Pieta', ninsab informat li l-lift ġie ordnat.

Ħsarat fil-bieb tal-palazz

Question

Jista' il-bieb tal-palazz fi Triq il-Merkanti l-Belt, jitranġawlu l-ħsarat li hemm fih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar preċiż u jgħid għal liema ħsara qed jirreferi. Il-bieb u l-ħajt ta' madwar il-palazz kienu ġew restawrati tliet snin ilu.
Leg 9 PQ #37785 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Qala — Its

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37629?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li fl-ITS Qala hemm żewġ persuni fuq xogħol amministrattiv. Wieħed huwa għalliem li ġie misluf mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u għandu t-tmexxija tal-Istitut f’idejh u l-oħra hija Executive Officer (impjegata tal-Gvern) li tagħmel xogħol klerikali. Minn naħa Akkademika fl-ITS Qala hemm full-time Assistant Lecturer li ġiet impjegata ma’ l-ITS Malta wara sejħa għall-applikazzjonijiet. Ġiet trasferita l-Qala sabiex tkopri modules li jingħataw lill-istudenti f’Għawdex. Il-kwalifiki tagħha jinkludu Diploma ta’ l-ITS f’Hotel Administration kif ukoll għaxar snin esperjenza fil-qasam tat-turiżmu. Hemm ukoll erba’ part-time lecturers, tnejn fil-Food Preparation & Production (kċina) u tnejn fil-Food and Beverage Service (servizz). Dawn għandhom kuntratt definit ta’ ħmistax il-ġimgħa (semestru). Tlieta minnhom igħallmu mhux aktar minn għaxar siegħat fil-ġimgħa u l-ieħor mhux aktar minn ħmistax il-siegħa fil-ġimgħa. Ma saret l-ebda sejħa speċifika għal dawn il-part-timers li kollha kienu applikaw għall-aħħar sejħa għall-impieg full-time. Huma ġew impjegati wara li sarilhom interview mid-Direttur Ġenerali ta’ l-ITS. Tlieta minnhom għandhom kwalifiki ta’ Diploma tal-ITS fil-Food Preparation & Production jew fil-Food & Beverage Service jew inkella Diploma fil-Hotel Administration barra snin twal ta’ esperjenza fil-qasam tat-turiżmu. Il-part-timers kollha għandhom kuntratt definit li jiskadi fi Frar 2003. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qala, Għawdex ma hemmx korsijiet full-time imma biss kors taħt l-iskema ta’ ESTS u ieħor part-time.