Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37774 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Malta — World Heritage Convention of 1972

Question

Matul dawn l-aħħar erba' snin x' kien il-kontribut ta' Malta fir-rigward tal-wirt naturali skond il-World Heritage Convention of 1972 ta' l-UNESCO? Ġie rapportat xi ksur minn naħa ta' Malta tul dawn l-aħħar erba' snin? Kien hemm xi referenza mill-IUCN għan-nuqqas ta' Malta li żżom ma l-obligi tul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37775 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CITES — Konvenzjoni dwar il-kummerċ ta' speċi protetti

Question

Malta tifforma parti miċ-CITES, il-konvenzjoni dwar il-kummerċ ta' speċi protetti? Is-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif se taffettwa l-proċeduri preżenti rigward is-sorveljanza fil-portijiet? Veru li l-proċeduri li se jadotta l-kontrollur tad-Dwana se jkunu liberali u se jdgħajfu l-infurzar ta' spzzjonijiet, skond kif kien isir tul dawn l-aħħar għaxar snin? Veru li r-regoli preżenti tas-CITES se jiġu ridotti għal sempliċi spot checks? Dan ma jagħtix aktar lok għall-abbuż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta, (bħall-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja) iffirmat il-Konvenzjoni tas–CITES fl-1989 u bdiet timplimentaha bil-ħruġ tal-Avviż Legali 19 ta’ l-1992 hekk kif emendata. Fis-26 ta’ Mejju 1997, l-Unjoni Ewropeja addottat ir-Regolament 338/97, li jipprovdi kontroll effettiv dwar kummerċ f’eżemplari ta’ annimali u pjanti, speċjalment dawk inklużi fl-iskedi tal-Konvenzjoni. Dan isir permezz ta’ kontrolli min nies speċjalizzati f’dawn il-proċeduri li jkunu preżenti fil-portijiet. Il-proċeduri ġodda li ser jiġu addottati mid-Dwana fi żmien qarib, ma għandhomx jaffettwaw spezzjonijiet li jsiru minn Spetturi ta’ l-Ambjent kif kien isir f’dawn l-aħħar għaxar snin. Fil-fatt, id-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent, qiegħed jipprepara sistema kompjuterizzata biex l-importatur u l-esportatur jottjeni l-awtorizzazjoni ta’ rilaxx ta’ annimali u pjanti mid-dwana. Dan biex tkun tista’ tħaddem b’mod effettiv l-obbligi kollha ta’ din il-Konvenzjoni, irrespittivament minn kull tibdil fil-futur. Dawn is-sistemi ser jikkumplimentaw is-sistemi ġodda li ħa taddotta id-Dwana. B’dan it-tibdil għall-aħjar, is-sistemi il-ġodda għhandhom ikunu aktar effettivi minn qatt qabel biex irażżnu kull lok ta’ abbuż fit-traffikar ta’ eżemplari mħarsa b’ din il-Konvenzjoni.
Leg 9 PQ #37776 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Malta/Obligi — Ramsar Convention on Wetlands

Question

Peress li Malta għandha ħafna obligi taħt ir-Ramsar Convention on Wetlands speċjalment ir-Ramsar Strategic Plan 1997-2002, x'kontribut tat Malta dwar dawn l-obbligi? Ir-rapport finali bagħtitu l-MEPA u x'kien il-progress fuq dawn is-siti peress li l-aħħar rapport li ntbagħat lis-Segretrjat kien fl-1995?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ir-Ramsar Convention barra milli titlob protezzjoni tal-bwar, issa tirreferi ukoll għall-"wise use" tal-wetlands. Il-kontribut prinċipali huwa f`forma ta` edukazzjoni lill-pubbliku u t-tfal ta` l-iskejjel. F`Malta għandna żewġt ibwar: dak ta` l-Għadira u l-ieħor tas-Simar fejn dawn qegħdin jiġu immaniġġati minn organizazzjonijiet mhux governattivi. Ir-rapport ser jintbgħat sa l-aħħar ta` Frar 2003.
Leg 9 PQ #37777 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Proġetti ta' assistenza

Question

Kien hemm xi ħaddiema mill-MEPA jew mill-Ministeru ta' l-Ambjent jew mill-ex-Dipartiment għall-Protezzjoni Ambjentali involuti fl-African/Eurasian Waterways Flyways GEF Project jew il-LIFE project relatati ma' African Eurasian Migratory Water Birds Projects jew il-Global Register for Migratory Species jew xi proġett ieħor ta' assistenza? Min kienu dan l-impjegati? Kienu mħallsa għall-kontribut tagħhom? Ix-xogħol kien relatat mal-pożizzjoni tagħhom? Kien hemm xi speċi oħra miżjuda mill-awtoritajiet maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ħaddiema mill-entitajiet imsemmija li kienu involuti fil-proġetti imsemmija. Ma kienx hemm speċi oħra miżjuda mill-awtoritajiet Maltin.
Leg 9 PQ #37778 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Spezzjonijiet

Question

Malta hija firmatarja għall-Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora? Malta għamlet xi riservi s'issa taħt il-konvenzjoni? Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea x'se jkunu l-implikazzjonijiet taħt ir-Resoluzzjoni Conf. 4.25? Kemm-il darba Malta ġiet irrapportata li ma bagħtitx ir-rapport annwali tagħha? Kemm-il spezzjoni saret tul din l-aħħar sena mill-ispetorat tal-MEPA? Kemm-il kontravenzjoni ġiet irrapportata u kemm-il każ tressaq il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta iffirmat din il-Konvenzjoni fl-1989. Malta ma għamlet ebda riserva fi speċi inklużi fi Skedi tal-Konvenzjoni. Ir-Resoluzzjoni (conf. 4.25) mhux ser ikollha l-ebda implikazzjoni, f`każ li Malta ssir Membru ta` l-Unjoni Ewropea. Malta dejjem bagħtet ir-rapport annwali tagħha. Tul din l-aħħar sena l-Ispettorat ta` l-Ambjent kien involut f`diversi spezzjonijiet, medja ta` sittax-il spezzjoni fil-ġimgħa. Mill-1992 sa` l-2001 kien hemm 181 kontravenzjoni rappurtati u 48 każ minnhom ġew imressqa quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #37522 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l­ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l­informazzjoni dettaljata mitluba mill­Onorevoli Nterpellant fl­ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit­tieni parti tal­mistoqsija.
Leg 9 PQ #37523 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Membru fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (GALEA, ĊENSU)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti u , iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-Mistoqsija.

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sakemm ma tingħatax raġuni konvinċenti l'għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #37526 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti `l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37527 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti u, iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #37582 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Tilqima ta' l-influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabet injection ta' l-influwenza? Kemm ingħatat u kemm baqa' fiċ-ċentri tas-saħħa u sptarijiet tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37270.

SVPR — Proġett tas-swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa s'issa l-proġett tas-swali 1, 2, 3 u 4 tan-nisa u l-irġiel li qed isir f'San Vinċenz de Paule? Meta se jitlesta u kemm se jiġi jiswa? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tas-swali l/2/3/4 irġiel u nisa fir-Residenza ta' San Vinċenz s'issa sewa Lm649,198. Dan il-proġett ser jitlesta s-sena d-dieħla u ser jiġi jiswa Lm3,556,142. Il-kuntratturi s'issa tħallsu Lm649,198.

SVPR — Proġett tas-swali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi jaħdmu fuq il-proġett tas-swali 1, 2, 3 u 4 irġiel f'San Vinċenz de Paule u min huma u x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-proġett tas-Swali l/2/3/4 irġiel u nisa fir-Residenza ta' San Vinċenz hemm żewġ (2) kuntratturi: 1. Schembri & Sons Ltd. - Construction and Finishing Works 2. Central Power Installations Ltd. - Mechanical and Electrical Works
Leg 9 PQ #37681 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti tar-Restawr — Impjegati

Question

Kemm hemm impjegati maċ-Ċentru Malti tar-Restarw u f'liema grad jinsabu u x'tip ta' xogħol tagħmel kull persuna? Kemm minn dawn l-impjegati huma b'kuntratt maċ-Ċentru? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament qed jibgħat għall-impjegati tal-Gvern biex jgħidilhom isiru mpjegati taċ-ċentru? B'liema kundizzjonijiet se jiġu assunti maċ-Ċentru l-impjegati tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37687 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Social Workers — Ħaddiema mal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistosija parlamentari numru 37532?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi hemm tmienja u tletin “Social Worker” fis-Servizz Pubbliku. Dawn huma mqassmin kif muri fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37707 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Building Services Engineering

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' individwi, kumpaniji jew 'working partnerships' li wrew interess fis-sejħa ppubblikata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għall-'Building Services Engineering Consultancy' liema avviż deher fil-ħarġa ta' Il-Mument tal-Ħadd 23 ta' Ġunju 2002 u f'ġurnali oħra, liema sejħa għalqet fil-11 ta' Lulju 2002. F'kull każ, jista' il-Ministru jqiegħed kopja tad-dokumentazzjoni ta' kull sottomissjoni li saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37708 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Various Trades and Services

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sottomissjoni li rċiviet il-Fondazzjoni Skejjel ta' Għada b'riżultat ta' avviż li deher fil-ħarġa ta' l-Erbgħa 26 ta Ġunju 2002 u f'ġurnali oħra fejn deher avviż għal dawk li huma nteressati li jaqdu lill-Fondazzjoni f'Various Trades and Services liema sejħa għalqet fit-18 ta' Lulju 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.