Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li triq l-Aħdar ġewwa Marsascala ssir matul din is-sena li ninsabu fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għadha kif ħarġet sejħiet għall-offerti biex isiru xogħolijiet fit-toroq San Gwakkin, Triq l-Immakulata u Hurd's Bank x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpelant isir aktar 'il quddiem.
Sabiex l-IPSE tissussidja x-xiri ta' makkinarju tal-SME's irid ikun hemm xi turnover partikulari?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħala għajnuna biex jinxtara makkinarju minn intrapriżi li jaqgħu taħt il-programm ta' assistenza, l-IPSE toffri garanziji biex dik l-intrapriża partikulari tkun f'pożizzjoni aħjar biex tissellef mingħand bank kummerċjali biex tixtri l-makkinarju. Sabiex tinħareġ din il-garanzija ma hemm bżonn l-ebda "turnover" partikulari, basta dik l-intraprża jkollha qliegħ biżżejjed biex tkun tista' tħallas is-somma li tkun issellfet.
Se jkun hemm reklutaġġ ta' fizzjali fl-AFM fiż-żmien li ġej?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati uffiċjali-kadetti fil-Forzi Armati għandha tiġi ppubblikata aktar tard matul din is-sena.
Jista' il-Ministru jindika ż-żmien meta parti minn art espropjata f'Ħaż Żebbuġ (ir-referenzi qegħdin jintbagħtu separatament) li ma ġietx użata terġa tiġi rilaxxata lis-sidien tagħha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qed jistenna tweġiba mingħand id-Dipartiment tat-Toroq dwar it-talba li s-sidien għamlu biex tiġi rilaxxata l-proprjeta`.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni il-qorti akkużati fuq abbuż tat-tfal is-sena l-oħra u x'weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija akkużat18-il persuna quddiem il-Qorti fuq reati konnessi ma` abbuż fuq tfal. Minn dawn, wieħed ġie liberat, ieħor ġie mogħti sentenza ta` ħabs sospiża u multa, filwaqt li l-oħrajn għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni għall l-ewwel darba is-sena li għaddiet u fil-ħames snin li għaddew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba s-sena li għaddiet u fil-ħames snin li għaddew kien kif ġej:
1997 4,906
1998 4,195
1999 4,580
2000 3,658
2001 3,778
2002 4,180
Jista' il-Ministru jinfurmani x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawk il-persuni li applikaw biex iħaffru borehole? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Meta hemm il-ħsieb li jingħataw permessi ġodda għal boreholes?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinfurmani jekk l-Enemalta għandhiex xi applikazzjoni għal substation fl-inħawi ta' Triq Mikelanġ Sapiano f'Ħaż Żebbuġ? Kemm ilha li saret din l-applikazzjoni? Kien hemm approvazjoni għaliha mill-MEPA? Jekk fl-affermattiv meta sejjer jibda ix-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fl-1 ta' Ottubru 2001, il-Korporazzjoni Enemalta kienet applikat għand l-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex jinħareġ permess biex tinbena substation fi Triq Mikielanġ Sapiano, Ħaż-Żebbuġ. Dan il-permess inħareġ fl-31 ta' Mejju 2002. Ix-xogħol ma setax jinbeda peress li l-Kurja oġġezzjonat li tbiegħ l-art in kwistjoni lill-Korporazzjoni. Minħabba f'hekk, fl-10 ta' Ottubru 2002, l-Enemalta applikat għand it-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern biex issir "compulsory acquisition".
Jista' id-Dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar jikkonsidra li titranġa l-ħsara f'ħajt imxaqqaq fit-taraġ tal-appartamenti f'24 triq Sant Anna Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Minstru jgħid kemm kien il-ħruġ ta' flus li l-Gvern ħallas lill-Eureka Services Ltd għar-riċerki li saru matul is-sena 2002 mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub ghadu qed jingabar.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2002 mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li qegħdin jagħmlu xogħol ta' traduzzjoni tal-liġijiet/dokumenti in konnessjoni mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Kemm tħallsu flus s'issa kull persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien d-dħul ta' flus mir-riċerki li saru matul is-sena 2002 mid-dipartiemnt tar-Reġistru Pubbliku? Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm riċerki li ma nġabrux u jekk fl-affermattiv kemm huwa l-ammont ta' flus dovuti lilhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub ghadu qed jingabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38602 u cioe' jgħid kemm tressqu ħaddiema illegali barranin il-qorti wara li nstabu jaħdmu illegalment? F'liema data u f'liema post instabu dawn il-ħaddiema matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.