Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena?
X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti, u iżjed u iżjed, fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għandhom esebiti fl-atti ta' inkjesti li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri li illum ġie elevat għal Imħallef peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x-xogħol tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-istanding orders 27 (5), Mistoqsija Parlamentari ma tistax tkun maghmula b'tali mod li l-interpellant jitlob parir legali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mit-talbiet pendenti ta' familji li jgħixu f'bini kundannat ġew milqugħa? Jista' jara li jsiru l-investigazzjonijiet fuq it-talbiet pendenti ħalli jkunu evitati inċidenti fatali li kawża tax-xita li għamlet, il-bini kompla jiddeterjora?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien informat li quddiem id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar hemm approvati 182 talbiet biex jinbidlu jew jissewwew soqfa perikolużi b'bini tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sejħiet għas-servizz ta' l-ambulanza miċ-ċentri tas-saħħa sena b'sena, u ċentru b'ċentru, matul dawn l-aħħar sebgħa snin?
Kemm hu n-numru ta' ambulanzi? Fejn huma mqassma sptar sptar u ċentru b'ċentru? Kemm minnhom jinsabu wieqfa u meta se jiġu rranġati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tinżammx.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, in-numru ta' ambulanzi hu 17. Dawn jinsabu 1 fil-Mosta Health Centre u 16 fil-Garaxx ta' l-Ambulanzi, G'Mangia.
Minn dawn, ambulanza waħda tinsab wieqfa (Volkswagen) u l-parts tagħha ġew ordnati minn għand l-aġent.
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-policy li jridu jaddottaw il-kunsilli lokali sabiex is-sleeping policemen fit-toroq ikunu standard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards tar-
road humps
li huma parti mit-
Traffic
Calming Guidelines
, April 1995 ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa uffiċjali għall-applikzzjoni ġdida tas-servizzi tad-dawl u ilma fil-mument? Kemm ingħataw servizzi ġodda matul din is-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-tariffi sabiex jingħata servizz ġdid ta' l-ilma hija ta' Lm70 għal dar u Lm35 għal flat sa distanza ta' 7 metri fiż-żewġ każi. Jekk id-distanza tkun itwal minn hekk, ikun irid isir ħlas ta' Lm10 għal kull metru jew parti minnu.
Bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ipprovdiet 2,487 servizz ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi bħalissa fil-Mosta qed isir xogħol f'toroq Santa Margerita u Dawret il-Wied in konnessjoni mal-ftuħ ta' Triq il-Ħtajriet kif ukoll fi Triq il-Qalbiena Mostin.
Id-Direttorat tat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali għaddej b'ħidma kontinwa biex ikun implimentat programm ta' xogħol għal titjib ta' toroq oħra li għadhom ma sarux. Dawn it-toroq isiru skond il-prijoritajiet tad-Direttorat li jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jagħti lista' dettaljata ta' l-infiq li sar biex ġiet imtejba l-entratura/foyer tal-bini amministrattiv tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni billi f'kull każ jagħti l-ammont minfuq, lil min sar kull pagament bil-valur perspettiv tiegħu u kull pagament kif jirriżulta mis-sejħiet għall-offerti jew kwotazzjonijiet li ġew ippublikati jekk inhu l-każ, u jekk fin-negattiv jgħid għaliex tali sejħiet għall-kwotazzjonijiet u offerti ma ġewx ippublikati?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35658 ta' l-istess Onor. Membru.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Stallazzjoni ta' lift
Question
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid x'wassal lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li ma tippubblikax sejħiet għall-offerti għall-istallazzjoni ta' lift fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard u għat tqiegħid ta' membrane fil-Liċeo tal-Bniet f'Pembroke u minflok ħajret li jinħarġu hand quotations kontra kull klawsola li l-istess Fondazzjoni għandha tħares fl-akkwist u l-provvista ta' materjali kif elenkat fl-istatut tagħha u kif ordnata mill-Ministeru tal-Finanzi fejn hu mistqarr espiċitament li kull transazzjoni ta' xiri u provvista' ta' materjali, servizzi, eċċ għandha ssir skond l-avviż legali 70 ta' l-1996? Fiż-żewġ każi għaldaqstant jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-offerti kollha miġbura minn din il-Fondazzjoni, kopja tat-technical adjudication reports u kopja tal-Letters of Acceptance li ġew maħruġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni b'riżultat ta' sejħiet għall-offerti li ġew ippubblikati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada biex isiru xogħlijiet ta' tikħil u tibjid f'16-il żona, jgħid fl-liema skejjel sar dan it-tip ta' xogħol fil-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-lum u x'inhu antiċipat li jsir u f'liema skejjel bejn illum u l-31 ta' Diċembru 2002 billi f'kull każ jgħid min kienu l-kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet u għal kull skola rispettivament iqiegħed kopja tal-bill of quantities bir-rati tax-xogħlijiet imkejjel filwaqt li f'kull każ ukoll jgħid jekk il-kuntrattur li ntgħażel kellux l-orħos offerta jew inkella l-aktar waħda vantaġġjuża għall-Fondazzjoni filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-technical adjudications reports għas-16-il żona rispettivament li għalihom ġew ippubblikati l-offerti u kopja tal-Letters of Acceptance kollha maħruġa mill-istess Fondazzjoni għax-xogħlijiet kollha msemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Liċeo tas-Subien Ħamrun — Installazzjoni ta' lifts
Question
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex żewġ sejħiet għall-offerti identiċi biex permezz tagħhom jiġu nstallati lift fuq in-naħa tal-lemin u lift fuq in-naħa tax-xellug tal-Liċeo tas-Subien tal-Ħamrun ma ġewx ippubblikati bħala sejħa waħda iżda saru żewġ sejħiet għall-offerti separati rispettivament?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Offerti ppubblikati
Question
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid liema kienu l-offerti ppubblikati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li meta għalqu ma ngħatgħux lil min kellu l-orħos offerta filwaqt li f'kull każ jagħti l-istima ta' kull offerta, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Letters of Acceptance rispettivi għal tali offerti, filwaqt li jgħid f'kull każ x'wassal biex tali offerti ma jingħatawx lil min kellu l-orħos offerta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Lista' ta' pagamenti
Question
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra lista' dettaljata ta' pagamenti li saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada fil-perjodu l-1 ta' Jannar 2002 sal-lum minn fondi allokati lilha mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, liema fondi ivvutati ta' Lm75,000 kienu vvutati fl-Estimi għal din is-sena għal infieq rikorrenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37545 u ċioe' jista' jgħid kemm persuni nqatgħatalhom is-servizz tad-dawl u ilma mill-1 ta' Jannar, 2002 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Jannar u d-29 ta' Novembru ta' din is-sena, il-provvista ta' l-elettriku ġiet sospiża lil 2,766 servizz. Il-provvista ta' l-ilma ma tiġix sospiża.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37546 u ċioe' jista' jgħid kemm kien hemm ilmenti dwar kontijiet għolja tad-dawl u l-ilma minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tkun ippubblikata kull sena fir-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37535 u ċioe' jista' jgħid kemm-il persuna nqatgħet mir-Reġistru mill-1998 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37537 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-OPM biex joħroġ il-promozzjonijiet fl-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-promozzjoijiet fl-Armata johorgu skond il-Att dwar il-Forzi Armati u r-Regolamenti ta’ l-1970 dwar il-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Membri fil-Forzi Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Ninforma lill-Onorevoli Membru li f’dawn l-ahhar sentejn inhargu mhux inqas minn 459 promozzjoni u li l-Gvern mhux ser jibqa’ lura milli japprova l-ghoti ta’ aktar promozzjonijiet fl-Armata skond il-ligi u r-regolamenti msemmija hawn fuq.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37538 u ċioe' jista' jgħid kemm persuni żaru l-hypogeum min kemm ilu li reġa' fetaħ sal-lum u minn liema pajjiżi kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi 128,880 presuna żaru l-Hypogeum minn meta infetaħ 'l hawn. Ma jinżammux records tan-nies mil-liema pajjiżi kienu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vista għamlu t-tobba ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid sew f'dak li huwa home visits kif ukoll dawk li huma visti fl-istess ċentru mill-1990 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rapporti dwar il-konvenzjoni tad-diversita' bioloġika
Question
Malta ġiet mitluba tagħmel xi rapport taħt il-konvenzjoni tad-diversita' bioloġika? Tlesta xi rapport nazzjonali? X'inhi l-politika jew pjan ta' azzjoni li beħsiebha tadotta Malta? Sħubija sħiħa kif se taffettwa dawn il-policies? Veru li mad-dħul Malta jkollha tiffirma l-konvnezjoni u bla ebda riserva?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li Malta ġiet mitluba rapport taħt il-Konvenzjoni tad-Diversita Bijoloġika.
Dan ir-rapport sejjer jiġi ppreżentat lill-konferenza ta` l-imsieħba li sejra ssir madwar sentejn oħra, u dan skond Art 26 tal-Konvenzjoni.
Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37704.