Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet għall-offerti dipartimentali maħruġa mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum u li meta l-istess sejħiet għalaq iż-żmien tal-pubblikazzjoni tagħhom irriżulta li qabżu l-figura ta' Lm 20,000. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid liema minnhom ġew riferuti lid-Direttur tal-Kuntratti, mil-liema minnhom sar tnaqqis ta' kwantitajiet jew items biex jiġu taħt il-valur ta' Lm 20,000 u għalhekk għal liema minnhom kellhom jerġgħu joħorġu sejħiet għall-offerti ġodda peress li jkun sar dan it-tnaqqis iżda fl-istess ħin xorta jkun meħtieġ li jiġu prokurati tali ħtiġijiet filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Acceptance, kollha li ħarġu minn din il-Fondazzjoni flimkien mal-Bills of Quantities rispettivi tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
B'referenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' "In-Nazzjon" tal-Ġimgħa, 30 ta' Awissu 2002, jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat f'hiex jikkonsisti l-infiq ta' madwar Lm 100,000 u Lm 80,000 rispettivament fuq l-iskejjel primarji ta' Wied il-Għajn u l-Gżira filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni flimkien ma' bills of quantities dettaljati li għandhom jakkumpjanaw dawn l-ittri f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' l-infiq, pagament b'pagament, li saru mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 1998 għall-Voti tal-Construction and Adapation Works in Government School u tar-Reburbishment and Maintenance of Govenment Schools rispettivament, it-tnejn voti kapitali?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti ta' xogħol ta' l-impjegati kollha tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x' kienu r-raġunijiet li wasslu biex il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada tirtira mill-pubblikazzjoni, s-sejħiet għall-offerti FTS 98-02-Supply and Installation of Electrical, Mechanical and ELV systems, 97-02-Supply and Installation of a vertical trasportation system - kollha kellhom jiġu prokurati għall-Iskola Primarja ta' Ħ'Attard?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Ftehim ma' l-APS
Question
Jista' l-Ministru b'referenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' In-Nazzjon ta' l-Erbgħa, 11 ta' Settembru 2002 fir-rigward ta' self li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għamlet mill-APS Bank, iqiegħed kopja tal-ftehim li ntlaħaq u l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37542 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qed tiġi riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara li Triq Għajn Dwieli, f'Raħal Ġdid titnaddaf regolarment peress li dan l-aħħar daħlu ħafna ilmenti li qiegħda tiġi traskurata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37547?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li għalkemm minn żmien għal żmien ġieli jkollha xi nuqqas ta' xi materjal, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma xorta qiegħda twettaq l-għanijiet u l-proġetti tagħha kif ikun ippjanat. Għaldaqstant jekk hemm xi każ ta' materjal partikulari li jixtieq jkun jaf dwaru, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku.
Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, Malta ssir parti mir-Regional Economic Organization li fih trattati dwar rapportaġġ? Il-Gvern Malti hu mistenni li jonora l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea li huma aktar ħorox mill-obbliġi tal-Habitats Directive u l-Birds Directive Diversity?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma jeżistux obbligi addizzjonali għad-direttivi msemmija.
Għal dawk it-trattati ambjentali li Malta tifforma parti minnhom x'kontribuzzjoni annawali qed tagħti Malta issa u x'se tkun il-kontribuzzjoni kull sena jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropa? Il-pagamenti dovuti għal din is-sena saru mill-MEPA? Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjoni lejn l-U N tiġi b'xi mod affettwata? Il-Kummissjoni Ewropa għamlet xi kummenti dwar dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` kontribuzzjonijiet annwali li qed tagħti Malta għal konvenzjonijiet internazzjonali huwa ta` 14 li jammontaw għal total ta` Lm21,445. Infurmat ukoll li l-kontribuzzjonijiet għal din is-sena ma sarux mill-MEPA.
Il-ħlas huwa marbut mal-istatus ekonomiku tal-pajjiż, u m`għandux x`jaqsam mas-sħubija jew le ta` Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qegħdin isiru għal dawk l-operaturi tad-dgħajjes għall-ġarr ta' turisti bejn Malta u Kemmuna, li minnhom hemm madwar sitt kumpanniji, meta skond kif qed jingħad mhumiex se jitħallew jirmiġġjaw ma' Kemunett?
Jaf il-Ministru li din hija problema li għandha tiġi indirizzata mill-ewwel mingħajr telf ta' ħin fl-interess ta' l-industrija tat-turiżmu u dik ta' l-istess operaturi li magħhom jgħixu ħafna familji?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37565 u ċioe' jista' jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu x-xogħol? Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37564 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom eta' l-ommijiet li welldu t-tfal ġewwa l-Isptar San Luqa fl-2002?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta' trabi għall-ewwel disa` xhur ta' din is-sena. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS).
Kienu rreġistrati total ta' 2354 ommijiet (Maltin u mhux Maltin) li welldu 2394-il tarbija fl-Isptar Karen Grech bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena. L-etajiet ta' l-ommijiet li huma maqsuma fi gruppi skond il-klassifikazzjoni stabbilita fl-istatistika, jidhru hawn taħt:
Eta (Snin)
Numru ta' ommijiet li welldu f'KGH
(Jan - Sett 02)
<15
4
15-19
151
20-24
474
25-29
950
30-34
517
35-39
204
40-44
49
45+
1
Mhux Speċifikat
4
TOTAL
2354
L-istatistika miġbura għall-fini tal-Mistoqsija hija għall-ewwel disa` xhur tas-sena (Jannar sa Settembru) 2002 peress li din tinżamm fuq bażi ta' kull tliet xhur.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37569 u ċioe' jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tal-home help? Minn liema lokalita' huma u kemm ilhom jieħdu s-servizz u kemm għandhom sigħat?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-kwalifiki ta' l-impjegati tekniċi u dawk segretarjali fi ħdan il-MEPA?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-impjegati tekniċi li jirċievu 'qualification allowance' skond il-ftehim kollettiv huwa kif jidher hawn taħt:-
Numru ta` impjegati
Kwalifiki
4
Diploma fi Studji Ambjentali
6
Ċertifikat fil-
Land Surveying
12
Ċertifikat fil-
Geomatics
17
Ċertifikat fil-
Planning
u
Land Administration
1
Diploma fil-
Labour Studies
41
Diploma fil-
Planning
u
Land Administration
Fir-rigward ta` kwalifiki oħra li l-impjegati jistgħu jkollhom, il-MEPA ma żżommx informazzjoni komprensiva dwar dawn id-dettalji personali tal-impjegati tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 37607 u cioe` jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet xhur sarx tibdil fir-rental fee tal-kontijiet tat-telephone mill-kumpannija Maltacom? Jekk fl-affermattiv, x'kien dan it-tibdil?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlitt xhur ma kien hemm ebda tibdil fir-rental fees tal-Maltacom.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jerġa jingħata s-servizz ta' l-ilma fil-fond, 38, Triq Birkirkara, San Ġiljan peress li dan ġie skonnetjat bi żball waqt tiswijiet li kienu qed isiru?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jara li ssir bus stop ftit aktar lejn il-ħwienet ta' San Ġwann faċċata ta' Entrance C, Binja Msieraħ, Triq tal-Balal, San Ġwann.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta ser tressaq din it-talba lid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku u lill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann sabiex tinstab soluzzjoni favorevoli.
Jista' il-Ministru jara li l-persuna li qed insemmi separatament tiġi eżaminata minn bord mediku id-dar tagħha mill aktar fis minħabba s-segwenti raġunijiet. a) Din qed tgħix bir-relief biss, għax hija separata; b) Dan inqatgħala wara li ma attendietx għall board mediku l-isptar meta fil-fatt din ma setgħetx tmur u bagħtet ċertifikat fejn talbet li l-bord jiġi jaraha d-dar imma għall xi raġuni jew oħra dan iċ-ċertifikat ma wasalx fejn kellu jasal u għalhekk nqatala ir-relief; c) Din il-persuna ma għandhiex dħul ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-każ tagħha.