Jista' il-Ministru jgħid b'referenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fil-budget, kemm kienet l-evalwazzjoni tal-produzzjoni li ttieħdet fuq raba saqwi u bali separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37598 waqt din l-istess Seduta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37388, jista' l-Ministru jinformani liema kienu l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li qablu u dawk li ma qablux mal-kalkoli ta' Lm80 qliegħ mill-bejgħ tal-prodotti li jipproduċu l-bdiewa?
Response (ZAMMIT, NINU)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37388.
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' pagamenti li saru mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1994 sal-lum minn fondi rikorrenti u kapitali favur inizjattivi fl-iskola Primarja ta' Wied il-Għajn filwaqt li jgħid kull nefqa liema awtorizazzjoni kellha biex issir?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-awtorizazzjoni mogħtija mill-Ministeru tiegħu lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada biex din tkun tista' tissellef mill-APS Bank?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Minstru jgħid meta ingħata bidu għat-tqiegħed ta' l-ewwel ġebla tal-Liċeo tal-bniet f'Santa Luċija u meta dan l-istess Liċeo laqa' fi ħdanu l-ewwel studenti tiegħu filwaqt li jgħid x'kienu l-faċilitajiet użati minn dawn l-ewwel studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' xogħlijiet u pagamenti billi juri meta saru u lil min, mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada fil-perjodu 1 ta' Jannar 2002 sal-lum fir-rigward tal-Liċeo tas-Subien f'Kordin u ta' l-iskola primarja tal-Pieta` filwaqt li jgħid ukoll x'pagamenti huma antiċipati li jsiru xahar b'xahar mil-lum sal-31 ta' Diċembru 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Impjieg ta' Messaġġier
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' xogħol li permezz tiegħu l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mpjegat messaġġier magħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Liċeo tal-Bniet f'Pembroke — Xogħlijiet f' wings A u B
Question
Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni b'mod dettaljat igħid x'intefaq fuq xogħlijiet f'Wings A u B fil-Liċeo tal-bniet f'
Pembroke billi jagħti infieq dettaljat ta' xi tħallas f'pagi u
overtime
mpjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kuntratturi tal-Kumpannija Kalaxlokk u Dipartimenti, Korporazzjonijiet, Kumpanniji u Koperattivi oħra Governattivi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni (
Letters of Acceptance
) li permezz tagħhom setgħu jsiru tali xogħlijiet u kopji ta' l-aporvazzjonijiet relattivi li nkisbu mill-Ministeru tal-Finanzi biex tali xogħlijiet jiġu segwiti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
In-numru ta' drivers personali hu 2 kif stipulat fid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998 .
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Għargħur li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq li l-Kunsill Lokali flimkien mad-Direttorat għat-Toroq qed jippjanaw li jiġu asfaltati iktar il-quddiem skond il-programm ta' xogħlijiet fil-lokalita' tal-Għargħur huma:
Triq Dimitriju Farrugia
Parti t'isfel ta' Triq Bartilmew
Tniffid ta' Triq Caravaggio
Naturalment, dawn ser jiżdiedu mal-ħafna xogħol ieħor li diġa sar fil-Għargħur f'dawn l-aħħar erba' snin.
It-Toroq f'dan il-programm isiru skond l-esiġenzi tad-direttorat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fl-Imtaħleb li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport qiegħda l-ħin kollu f'kuntatt mall-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjib fit-toroq u għalhekk il-prijoritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond kif ikun il-bżonn. Għalhekk mhux possibli li jingħataw l-ismijiet ta' toroq hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Magħtab li skond il-pjan tal-Ministeru kellhom jew għandhom isiru? Meta fil-fatt se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ż-żewġ toroq li hemm fil-Magħtab huma Triq Santa Marija u Triq ir-Ramla, li huma t-tnejn ġa asfaltati, għalhekk jirrikjedu biss manutenzjoni regolari.
Ix-xogħol ta' manutenzjoni jaqa fl-ambitu ta' xogħlijiet li jsir mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37359 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' peress li fil-festi ta' l-Imnarja ma sarux ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-Lawrenti Rd, il-Buskett (Sqaq), jista' jara li jipprova x-xogħlijiet meħtieġa sabiex it-turisti, pubbliku u residenti ta' l-inħawi jevitaw l-inkonvenjent li qed jikkawżalhom l-istat tas-sqaq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi x-xogħol ta' manutenzjoni imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa kompetenza tal-Kunsill ikkonċernat hu għalhekk id-Direttorat tat-Toroq għadda suġġeriment rigward il-ħsieb ta' l-Onor. Interpellant għall-attenzjoni tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37373 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qegħda tiġi ndirizzata lilu peress li fit-triq li mir-Rabat tagħti għall-Imtarfa u ċioe' il-parti tal-bridge ta' l-Imtarfa, hemm ħofor kbar li tkisser karozza u immaġina x'periklu jikkawża l-pedestrians, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat tat-Toroq biex jispeżjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u jara x'l-aħjar li jsir.
Jista' l-Ministru jinformani x'qed iżommu sabiex jiftaħ għassa tal-pulizija f'Wied il-Għajn? Jista' jara li t-talba tal-kunsill lokali tiġi milqugħa immedjatament ħalli dan il-bżonn tal-komunita' rispettiva jiġi rimedjat sa l-aħħar ta' din is-sena?