Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gwardjani lokali — Taħrik lid-delivery men

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Minghajr ma nidhol fil-mertu ta' min hu u min m'huwiex "delivery man" u kemm inhargu citazzjonijiet billi statistika ma tezistix, peress li l-mistoqsija tikkoncerna materja li hija relatata ma' l-osservazzjoni tas-sinjali tat-traffiku, nahseb ikun aktar xieraq li din tigi maghmula lill-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni.

Valletta — Mina ta' Marsamxett

Question

Jista' l-Ministru jindaga l-istat u l-aċċess mill-mina ta' Marsamxett, il-Belt minn fejn jgħaddu n-nies għall-Ferry għal Tas-Sliema għaliex hija fi stat imkabar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar preċiż u jgħid għal liema ħsara qed jirreferi. Ninsab infurmat li l-mina tinsab fi stat tajjeb u l-post kollu hu miżmum fi stat raġonevoli. Jista' jkun li hemm bżonn xi xogħol minimu ta' tikħil u tindif u għalhekk se jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37952 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Protocol fuq il-kwestjoni ta' l-abort

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Protocol speċjali li Malta rnexxielha tikseb mal-UE fuq il-kwestjoni ta' l-abort?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fżq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħżq fżq il-Protocol speċjali li ser jifforma parti mit-Trattat ta' sħżbija liMalta ser tiffirma fis-16 t'April li ġej. Il-ftehim milħżq hż fżq it-text bl-ingliż

Aġenzija Appoġġ — Impjegati casual

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li impjegati casual ma' l-Aġenzija Appoġġ u qabel impjegati ma' Dar il-Wens, ilhom madwar erbgħa snin b'kuntratt definit li jiġi mġedded sena b'sena? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jiġri minn dawn l-impjegati? X'opportunitajiet hemm maħsuba għalihom? B'liema kuntratt se jiġu mpjegati dawk li se jaħdmu fit-Taqsima tas-Supported Living?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li l-Aġenzija Appoġġ m'għandhiex impjegati casuals li kienu mpjegati ma' Dar il-Wens. Informat ukoll li l-impjegati li ser jaħdmu fis-Supported Living Division ser ikunu mpjegati fuq kuntratt definit ta' sena.
Leg 9 PQ #37960 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vjolenza fiżika — Kumpens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ngħata kumpens għal vjolenza fiżika li kien sofra snin ilu minħabba inċident politiku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali.
Leg 9 PQ #37961 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Applikazzjoni għal ingaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet applikat għall-ingaġġ fl-Armata skond l-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, Nru. 15,732 tat-2 ta' April, 1993 qatt ma ġie intervistat jew mitlub joqgħod għal xi eżami ta' l-għażla, minkejja li minn dakinhar sa llum kienu ngaġġati diversi persuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-individwu msemmi kien applika biex jingagga fil-Forzi Armati fid-19 ta’ Ottubru 1995 taht l-iskema ta’ “Open Recruitment” li kienet thabbret l-ewwel darba fil-Gazzetta tal-Gvern numru 15,732 tat-12 ta’ April 1993. Skond din l-iskema kull applikant kien jinghata numru ta’ registrazzjoni. F’dan il-kaz, l-individwu nghata n-numru 1825. Meta l-iskema ta’ “Open Recruitment” spiccat, u dan permezz ta’ sejha ghal applikazzjonijiet ghal ingagg ta’ rekluti fil-Forzi Armati li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern numru 16,801 ta’ l-4 ta’ Gunju 1999, l-ahhar applikant li kien ibbenefika minnha kellu n-numru 1094. Ghalhekk, l-uniku mezz kif l-individwu msemmi seta’ jingagga fil-Forzi Armati kien jerga’ japplika skond is-sejha ta’ l-4 ta’ Gunju 1999.

Qormi — Triq Dun Mario - drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex kemm ilha li saret Triq Dun Mario, f'Ħal Qormi, hemm problema ta' dħul ta' drenaġġ fil-fond nru. 52? Id-dipartiment responsabbli ħa azzjoni? Jekk le, meta se jieħu azzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-fond numru 52 jinsab taħt il-livell tat-triq. Għalhekk meta tagħmel ix-xita u l-main tad-drenaġġ ikun mimli jkun hemm backflow. L-unika soluzzjoni prattika hija li sid il-fond jinstalla non-return valve mas-sistema tiegħu biex ma jseħħx dan il-backflow meta tagħmel ix-xita.

Qormi — Vultaġġ ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi solvuta l-problema tal-vultaġġ fl-area ta' Triq l-Iżbandola/Triq Ħammieri/Triq il-Biegħa/Triq l-20 ta' Settembru/Triq S. Ġorġ/Triq Aloisio, eċċ, f'Ħal Qormi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li biex titranġa l-problema ta' vultaġġ baxx li hemm fiz-zona msemmija fil-mistoqsija, diġa' sar xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' Vultaġġ Baxx. Hemm il-ħsieb li fil-futur fl-inħawi tinbena sub-station.

Valletta — Triq Marsamxett - Fond nru. 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond nru. 8, Triq Marsamett, Valletta ġiex allokat lil xi individwu/i?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fond Numru 8, Triq Marsamxett, Valletta fil-fatt kien inkera lid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-1980.
Leg 9 PQ #37968 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reġistru Pubbliku — Żwieġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sa l-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sal-2002 f`Malta u Għawdex kienu kif ġej: Sena Malta Bil-Knisja Ċ ivili Għawdex Bil-Knisja Ċ ivili 1995 1,812 333 160 12 1996 1,828 343 159 16 1997 1,857 354 180 11 1998 1,799 390 157 14 1999 1,807 417 144 17 2000 1,715 449 141 32 2001 1,562 455 117 19 2002 1,533 544 131 41
Leg 9 PQ #37969 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ġodda ta' separazzjoni kull sena bejn l-1995 u l-2002? Kemm minn dawn il-kawżi ta' separazzjoni kienu mibdija minn nisa u kemm minn irġiel? Tinżamm statistika ta' x'kienet il-kawża miġjuba għas-separazzjoni, per eżempju, inkompatibbilta', u wara kemm snin ta' żwieġ intalbet is-separazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #37973 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Skart — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jgħid: X'permessi hemm għar-rigward ta' drenaġġ (skart ta' annimali u nies) li qiegħed jintefa' fil-manhole fil-kontrada tat-torba limiti ta' l-Imqabba/Qrendi? Jekk fl-affermattiv jista' il-Ministru jgħid għalfejn dan qiegħed jintefa' hawn meta (a) dan suppost jintefa' l-Marsa, (b) fuq ordnijiet speċifici skart simili li kien jintefa' ftit aktar il-fuq ġie mwaqqaf? Xi prekawzzjonijiet qed jittieħdu sabiex ma ssirx ħsara lir-raba' tal-madwar, lin-nies li jiffrekwentaw l-area u s-swieqi tar-raba' fil-viċinanza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37977 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Mitħna ta' Birgillin

Question

Possibli l-Enemalta tieħu passi biex tneħħi wires li hemm mal-mitħna antika Ta' Birgillin li hemm fi Triq l-Għaxra ta' Settembru 1797, Żabbar li hi fi stat tajjeb iżda qed tiġi mkerrha b'bosta wires li hemm magħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37978 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Fiżjoterapisti — Impjieg

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għaliex is-seba' fiżjoterapisti li għamlu r-re-sit fil-bidu ta' Settembru u li r-riżultati ħarġu fl-24 ta' Settembru 2002 baqgħu ma ġewx impjegati? Meta se jiġu mpjegati la darba l-interview sar fl-20 ta' Novembru 2002? Għaliex għallinqas ma ġewx impjegati fuq bażi casual kif dejjem sar s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet arranġamenti biex il-fiżjoterapisti li għalihom qed jirreferi l-Onor Interpellant jiġu mpjegati fuq bażi każwali mit-3 ta' Frar 2003.
Leg 9 PQ #37979 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet ta' Principals

Question

X'inhi r-raġuni li r-riżultat tal-Principals mas-Servizz Pubbliku liema eżamijiet u interviews intemmu fl-aħħar ta' Ottubru 2002 baqa' ma ħariġx?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kien hemm zewg sejhiet ghall-mili ta’ postijiet ta’ Principal fis-Servizz Pubbliku. Wahda kienet mahruga mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u kienet immirata ghal gradwati b’“degree” relatata ma’ “Management” u l-ohra harget mid-Direttur tal-Ezamijiet u kienet miftuha ghal gradwati ohra, Assistenti Principali u Ufficjali Ezekuttivi b’hames snin servizz fil-grad. Jien nfurmat li z-zewg processi tal-ghazla ghadhom ghaddejjin.

Ħal Għaxaq

Question

B'referenza għall korrispondenza hwan annessa, jista' il-Ministru jgħid x'possibilita' hemm li din it-triq titwessa'. (Rigward post tan-nar San Ġużepp Ħal Għaxaq)

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 37211.
Leg 9 PQ #37660 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bdiewa — Dħul mill-prodotti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37390 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jikkonferma li l-bdiewa jkollhom 80% dħul mill-prodotti tagħhom jew 60%? Jekk iva, fuq liema kriterji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37598 waqt is-Seduta numru 842.
Leg 9 PQ #37661 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bdiewa — Ċensiment

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37393 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li fuqhom sar iċ-ċensiment imsemmi fil-budget ? Kemm minnhom kienu part-time u full-time u kemm Maltin u Għawdxin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lil-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37598 waqt is-Seduta numru 842.
Leg 9 PQ #37662 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċensiment tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' b'referenza għaċ-ċensiment tal-Biedja msemmi fid-diskors tal-budget mill-ministru tal-Finanzi, kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għal kull tomna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37598 waqt is-Seduta numru 842.
Leg 9 PQ #37663 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bdiewa — Ċensiment

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37394 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid kemm kien il-kalkolu tal-produzzjoni agrikola staġun, staġun, li ttieħdet fiċ-ċensiment tal-dħul tal-bdiewa sabiex irriżulta għall-gvern li l-bdiewa jaqilgħu 80% mill-produzzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 37598 waqt is-Seduta numru 842.