Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Familji tal-priġunieri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'support u/jew għajnuna tingħata lill-familja - (mara u tfal) ta' persuna li tinsab il-ħabs (jew tistenna s-sentenza) - speċjalment mil-lat ta' servizzi soċjal? Jikkonsidra l-Viċi Prim MInistru li dawn ikunu pprovduti b'informazzjoni (forma ta' booklet) rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għal dak li jirrigwarda benefiċċji soċjali, familja ta' persuna li tinsab il-ħabs, jekk tissodisfa it-test tal-mezzi, tingħata l-Għajnuna Soċjali u, jekk ikun hemm it-tfal, titħallas iċ-Children Allowance. Mill-aspett ta' ħarsien soċjali, l-awtoritajiet tal-ħabs, permezz ta' l-Aġenzija Appoġġ, jipprovdu servizz ta' social worker kif ukoll servizz ta' psikologu, kemm għall-priġunieri kif ukoll għall-familjari tagħhom. Dawn is-servizzi, li kienu limitati kawża ta' nuqqas ta' riżorsi umani, mistennija jiżdiedu matul din is-sena. Għaddejt is-suġġeriment fl-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ażenzija Appoġġ biex tikkunsidra l-possibilita' li jiġi stampat ktejjeb bl-informazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37895 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sliema — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex issir manutenzjoni fl-istreet lighting u l-bozza li tneħħiet minħabba xogħol ta' kostruzzjoni tiġi sostitwita b'bozza oħra fuq in-naħa l-oħra tat-triq fi Triq Gianni Bencini, f'Tas-Sliema?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37902 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Attard — Xogħol ta' manutenzjoni fil-wied

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 37425, jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed isir bini proprju fil-wied ta' Ħ'Attard quddiem, u mhux fuq wara kif intqal fir-risposta, l-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard eżattament fuq wara tal-vilel kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni mill-Enforcement Officer ta` l-Area u jirriżulta li l-plot indikat fuq is-site plan li nbagħtet separatament, hija koperta b`permess numru PA 4043/02 maħruġ fid-9 ta` Settembru 2002. Ix-xogħol preżenti jikkonsisti fil-bini tal-boundary wall mat-triq u mal-korsa tal-wied, liema ħajt qiegħed jinbena skond il-linji uffiċjali.
Leg 9 PQ #37913 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Consultant cardiologists — Marki mogħtija lill-kandidati

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-marki li ġew mogħtija lill-kandidati għall-post ta' consultant cardiologist (invasive) fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-“policy” tal-“Public Service Commission” hi li l-“breakdown” tal-marki li jkun gab kandidat fi process ta’ ghazla jinghataw biss lill-kandidat li jitlobhom bil-miktub lill-Kummissjoni.

Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol — Twinning Project

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu fil-kuntest tat-twinning project b'fondi mill-Unjoni Ewropea, bejn l-Awtorita' Maltija għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol u l-gvernijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda? Kemm ser idum għaddej dan il-proġett? Ġew evalwati dawn l-inizjattivi u jekk iva, x'kien l-eżitu ta' din l-analiżi? Kemm ibbenefikaw nies minn dawn l-inizjattivi? Kemm kien l-ammont jew is-somma ta' flus/fondi li rċevejna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Mosta — Triq il-Pont - bankini

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru l-bankini ġodda fi Triq il-Pont, fil-Mosta li jsiru wkoll sleeping policemen minħabba li f'din it-triq jinżlu vetturi bi speed qawwi b'mod li jikkawżaw inċidenti serji lin-nies li jużaw din it-triq u b'mod speċjali lit-tfal li jattendu l-iskola viċin, jiġifieri dik ta' Lilly of the Valley, Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport għaddiet l-osservazzjonijiet ta' l-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali peress li x-xogħlijiet imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill.
Leg 9 PQ #37916 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — Triq Philip Pullicino - telephone booth

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone booth fi Triq Philip Pullicino, fl-Imtarfa biex taqdi l-ħtiġijiet tal-lokal fl-area in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li jitwaħħlu aktar cardphones fl-Imtarfa meta fil-preżent f'din il-lokalita' il-Maltacom għandha għaxar cardphones. Jekk fil-ġejjieni jinħass il-bżonn li jitwaħħlu aktar cardphones, allura l-post indikat ikun ikkunsidrat.

Baħrija — Triq Ġnien tan-Nigra - sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq Ġnien tan-Nigra, fil-Baħrija ssir sistema tad-drenaġġ adegwata biex ir-residenti t'hemmhekk ma jibqgħux jitfgħu d-drenaġġ fil-fosos?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern m'għandu ebda pjan immedjat biex iqabbad il-Baħrija (inkluż Triq Ġnien tan-Nigra) ma' l-infrastruttura tas-sistema tad-drenaġġ f'Malta. Fil-fatt, il-Baħrija hija moqdija b'sistema adekwata għaliha permezz ta' fossa komuni li titbattal mill-Gvern stess. Qiegħed isir studju sabiex tiġi mistħarrġa l-possibbilta' li ssir fossa komuni oħra addizzjonali.
Leg 9 PQ #37918 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Permessi ta' farms fl-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MEPA ħarġitx permessi ġodda ta' farms fl-inħawi ta' Binġemma, fl-Imġarr, Malta u jekk ħarġu, f'isem min qegħdin dawn il-permessi?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-perijodu li għalih trid tapplika l-mistoqsija.

Mosta — Triq Prinċipali - parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir parking għall-karozzi tar-residenti ta' Main Street, il-Mosta fil-biċċa li tagħti minn Lord Nelson Bar & Restaurant għall-istatwa ta' San Ġużepp, fuq in-naħa tax-xellug inti u tiela' u mhux fuq in-naħa tal-lemin inti u tiela' lejn in-Naxxar u dan minħabba kif joqgħod l-ilma fit-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ma għamel l-ebda lment jew rikjesta skond kif qed jiġi mitlub f'din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 9 PQ #37920 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Permess għall-kiosk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inħareġ permess mill-MEPA (PA0072/02) u taħt liema kondizzjonijiet ħareġ meta dan il-kiosk qed jiġi operat mingħajr shaft, mingħajr post adekwat fejn jiġu storjati ċ-ċilindri tal-gass mingħajr ma hemm post sanitarju għal min jagħmel użu minnu u dawk li jmorru jużaw is-servizz tiegħu, u wkoll meta ċumnija li qegħda hemm lanqas biss hija mgħollija aktar minn 10 piedi mill-art u li hija mgħottija b'biċċa injama u qegħda wkoll viċin tal-Madonna tal-Kunċizzjoni? Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa każ klassiku ta' abbuż fil-ħruġ tal-permess imsemmi? Jaf il-Ministru li dak li llum jinsab qed jopera dan il-kiosk, Rocc Take Away, kien ilu jopera mingħajr il-permess meħtieġ għall-iżjed minn Awissu li għadda? Jaf il-Ministru li r-residenti ta' Triq il-Kunċizzjoni, Ħad Dingli kienu diġa' għamlu l-oġġezzjonijiet kollha tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi investigat.
Leg 9 PQ #37937 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Kemm ġew solvuti reati matul Novembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Novembru 2002 kien hemm 585 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali. Against morals and honour of the family 4 Arson 6 Attempted offences 123 Bodily harm 62 Computer misuse 1 Crimes against public safety 1 Crimes against admin. of justice etc 1 Damage 275 Drugs 1 Forgery 1 Fraud 18 Illegal Immigration 8 Prostitution 1 Sexual offences 3 Theft 853 Threats and private violence 12 Violation of places of confinement 1 Violence against public officers 7
Leg 9 PQ #37938 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Kemm ġew solvuti serqiet matul Novembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 112 każ ta` serq. Hold up 6 Pick Pocketing 59 Snatch & grab 6 Serq minn dgħajjes 6 Serq ta` karozzi 57 Serq minn karozzi 313 Serq minn barijiet/lukandi 69 Serq minn fabbriki 9 Serq minn residenzi 49 Serq minn ħwienet 41 Serq minn xtajtiet 1 Serq ieħor 237
Leg 9 PQ #37939 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Kemm ġew solvuti reati matul Diċembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Diċembru 2002 kien hemm 197 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali. Against morals and honour of the family 1 Arson 3 Attempted offences 125 Bodily harm 59 Damage 293 Drugs 5 Forgery 2 Fraud 7 Illegal Immigration 13 Perjury and false swearing 1 Prostitution 1 Sexual offences 2 Theft 931 Threats and private violence 9 Violation of places of confinement 1 Violence against public officers 9
Leg 9 PQ #37940 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Kemm ġew solvuti serqiet matul Diċembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 49 każ ta` serq. Hold up 1 Pick Pocketing 91 Snatch & grab 21 Serq minn dgħajjes 8 Serq ta` karozzi 48 Serq minn karozzi 334 Serq minn barijiet/lukandi 87 Serq minn fabbriki 7 Serq minn residenzi 59 Serq minn ħwienet 42 Serq minn xtajtiet 3 Serq ieħor 230
Leg 9 PQ #37941 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pieni li ġew mogħtija mill-qrati lil dawk il-persuni li nstabu ħatja ta' serq mill-1998 sa l-2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq għal kull każ kif ukoll l-eta' u s-sess tal-persuna li ġiet ikkundannata? Jista' l-Ministru jgħid jekk minn dawk li nstabu ħatja kienx hemm min reġa' tressaq il-qorti akkużat bl-istess reati jew reati aktar serji fl-istess perijodu u x'kienu l-pieni inflitti għal kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37944 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Akkademja tal-pulizija — Tul u piż

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu it-tul u l-piż ta' kull wieħed u waħda li bħalissa qed jattendu fl-akkademja tal-pulizija u li l-course inbeda fit-2 ta' Jannar 203, fi statistika separata għal dawk ta' Għawdex u ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond l-applikazzjonijiet sottomessi, it-tul u l-piż tat-trainees li qed jattendu course fl-Akkademja tal-Pulizija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37945 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Trattat

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjoni fuq Għawdex biex il-gżira titqies separatament minn Malta li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-EU fis-summit ta' Copnehagen?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, dikjarazzjoni fuq Ghawdex li ser tkun parti mit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-“Summit” ta’ Copenhagen.
Leg 9 PQ #37946 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU — Protokoll fuq l-abort

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-protokoll fuq l-abort li sar fit-trattat għas-sħubija fl-EU fis-summit ta' Copenhagen?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tad-“draft” tal-protokol fuq l-abort, li sar fit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fis-“Summit” ta’ Copenhagen
Leg 9 PQ #37947 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU — Dikjarazzjoni dwar in-newtralita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni dwar in-newtralita' li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-UE fis-summit ta' Copenhagen?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra dikjarazzjoni fuq in-newtralità, li ser tidhol fit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-“Summit” ta’ Copenhagen.