B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 27734 ta' l-24.07.01, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jagħmel lill-casual domestic workers fid-djar ta' l-anzjani ħaddiema tal-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejjin it-taħditiet ħalli l-impjieg tal-Casual Domestic Workers jiġi regolariżżat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'inhuma l-prospetti li jiġi ndirizzat il-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien informat illi l-każ għadu qed jiġi nvestigat.
Peress li waqt id-dibattitu tal-Budget (Seduta fuq is-Saħħa), il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni semma każ serju fejn allega li f'Malta ddaħħlu mediċini b'mod li setgħu ġew b'kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u x'kienu r-riżultati?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Peress li saret allegazzjoni waqt id-dibattitu tas-Saħħa (waqt il-Budget) mill-kelliem ewlieni fuq is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni li ddaħħlu f'Malta mediċini li kienu ġejjin minn attivita' ta' kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'rapporti sarulu, x'investigazzjonijiet saru, x'riżultati instabu u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dwana m'għandhiex ħjiel ta' dak li ġie allegat u għalhekk se jittieħdu passi biex jinkiseb aktar tagħrif speċifiku.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37748 u cioe' kemm huwa n-numru ta' ex-membri parlamentari li bbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' ex-membri parlamentari? Kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ex-membri Parlamentari li minn Jannar 2003 għandhom jibbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' membri parlamentari huma tlieta, kollha Għawdxin.
Tista' il-Ministru tara li l-winch li jintuża mis-sajjieda Għawdxin fil-bajja ta' Marsalforn u li ilha bil-ħsara għal dawn l-aħħar xhur tissewwa sabiex terġa tibda tintuża?
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37764?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li għad li l-bini tac-childcare centre spiċċa, xorta waħda trid tinħoloq struttura amministrattiva biex jitmexxa. Dawn l-ispejjeż iridu jiġu allokati bejn il-Kumpanija u dawk li qed jibbenefikaw mis-servizz. Għar-raġunijiet ovvji bħalissa ma kienx iż-żmien tajjeb biex il-linja ta' l-ajru iżżid l-ispejjeż tagħha. Il-proġett għadu hemm u pjan amministrattiv għalih jiġi mfassal fi żmien opportun.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37372, peress li jien naf li dan l-istat ta' fatt jeżisti, jista' jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-indaġini tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm żewġ coaches barranin, it-tnejn Jugoslavi, li qed jikkowċjaw fil-basketball average ta' siegħa kull wieħed fil-ġimgħa fl-iskola msemmija. Kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet iżda ma kienx hemm tweġiba. Għalhekk kien sar arranġament mill-iskola mal-Malta Basketball Association li qed tipprovdi lil din l-iskola b'dawn is-servizzi limitati ta' żewġ coaches esperti Jugoslavi.
Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37380, peress li minn dak inhar li għamilt il-mistoqsija tiegħi għandi nformazzjoni li l-istudenti in kwestjoni huma ta' l-iskola indipendenti msemmija fil-mistoqsija oriġinali, jista' jara li ma jagħmlux storbju huma u sejrin u ġejjin mill-iskola għall-ħanut tax-xorb partikolari fil-qrib? Jista' jara li l-pulizija tiżgura li wħud minnhom ma jkunux qed ipejpu l-ħaxixa waqt li jkunu barra mill-iskola? Jista' jara li tinżamm sorveljanza stretta mill-pulizija u li kollha, subien u bniet għandhom aktar minn sittax(16)-il sena speċjalment fejn ikun involut xorb alkoħoliku fil-ħanut tax-xorb?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm ksur ta` liġi.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 37377 dwar rapporti ta' tehid ta' drogi fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm ftit każi ta' rapporti ta' suspetti ta' teħid ta' droga minn studenti.
Il-proċeduri li ttieħdu kienu dejjem skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ. Kien hemm fejn intalab l-intervent tal-pulizija u ta' l-aġenzija governattiva Sedqa. F'każijiet oħrajn ma kienx hemm il-ħtieġa, speċjalment fejn ma kienx hemm suspetti serji. Biss dejjem ġew segwiti l-proċeduri tal-policy stabbilita fid-dokument ta' Settembru 2001 "Tackling Substance Abuse - Procedures for Schools".
Wara li ntalbu applikazzjonijiet mingħand supritendenti li xtaqu li jiġu kkunsidrati għall-promozzjoni għar-rank ta' Assistenti Kummissarji fil-korp tal-Pulizija jista' jgħid kemm applikaw? Min huma? Meta kull wieħed minnhom sar supritendent? Meta hu maħsub li jsiru l-interviews?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija infurmat li l-interviews ser isiru fil-futur qarib.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika l-għajnuna soċjali li qed tirċievi l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tirċievi pensjoni kontributorja u qatt m'applikat għall-Għajnuna Soċjali.
Jista' l-Ministru jordna li fi Triq is-Sienja, Ħ'Attard iż-żewġ arbli li saru quddiem id-dar ''Redeemer'' jiġu utilizzati billi jitwaħħlu magħhom il-cables tad-dawl flok dawk li qegħdin mal-faċċata tar-residenza partikolari u oħrajn fil-viċinanzi li qegħdin jikkawżaw ħsara fl-istess bini?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol li qed issir riferenza għalih għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' d-dipartiment jikkonsidra li jitranġaw ħsarat fis-saqaf u f'gallarija fl-iskola primarja tal-Furjana?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed taħdem fuq audit komprensiv tal-bżonnijiet ta' l-iskola primarja tal-Floriana biex jitwettaq pjan ta' refurbishment sħiħ ta' l-iskola fil-parametri tal-proġett tal-Gvern għall-iskejjel tiegħu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37312, qed ngħaddi d-dettalji separatament għall-konsiderazzjoni tad-Dipartiemnt ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat illi l-persuna ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
F'hiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-meter tad-dawl u ilma tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li dwaru ħalset multa proviżorja sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa? X'inhuma il-prospetti li jiġi refunded l-ammont li ħallas bħala depożitu temporanju?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-każ li qed issir riferenza għalih għadu qiegħed jiġi nvestigat. Madanakollu, prima facie, jidher li ftit hemm ċans li d-depożitu u mhux multa, jingħata lura minħabba d-defiċjenzi li nstabu fil-meter.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li huma ta' nazzjonalita' barranija, ta' liema nazzjonalitajiet huma? Kemm minnhom huma miżżewġin lil ċittadini Maltin? X'inhu t-total ta' tfal, jekk hemm, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri barrranin fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, fit-18 ta` Diċembru 2002 kien ta` mija u tnejn (102).
Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi kif jidher hawn taħt:-
Alġerini
2
Lebanon
1
Bangladesh
3
Libja
56
Renju Unit
11
Niġerja
4
Bulgarija
1
Palestina
1
Olanda
5
Portugal
1
Eġittu
3
Sudan
2
Italja
4
Tuneż
5
Turkija
1
Jugoslavja
2
Minn dawn, skond id-dikjarazzjonijiet magħmula meta ġew ammessi fil-Faċilita`, hemm seba` li iddikjaraw li huma miżżewġa nisa Maltin. Hemm ukoll żewġ priġunieri nisa Maltin li huma miżżewġa irġiel barranin.
Preżentament ma hemmx tfal (dawk taħt is-sittax-il sena) fil-Faċilita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin irġiel u nisa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma Maltin? Kemm minn dawn jiġu minn xulxin (mara/raġel, minn bint/iben, aħwa, eċċ)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-18 ta` Diċembru 2002 fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm mitejn u erba` u tmenin (284) priġunier.
Dawn huma maqsuma kif ġej: - Irġiel 270 u nisa 14
Maltin: - 4 Nisa u 178 irġiel
Fil-preżent il-priġunieri relatati minn xulxin hemm:-
Missier u iben, tlett pari aħwa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba f'ġimgħa u għal kemm numru ta' sigħat huma ntitolati l-ħabsin li jaħdmu meta jkunu jiskontaw sentenza?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħabsin għażlu din l-iskema?
Kemm daħlu flus dawn il-ħabsin u kemm minnhom huma miżżewġin jew persuni waħedhom?
Response (BORG, TONIO)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal Pre-Release Work Leave.
Ninsab infurmat illi dawk il-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw sentenza ta` mhux anqas minn sentejn, fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza huma intitolati li japplikaw għal dan it-tip ta` leave.
Dawk eliġibbli u approvati f`dan il-perijodu jaħdmu erba` darbiet fil-ġimgħa esklużi s-Sibt, il-Ħadd u festi pubbliċi. Dawn jistgħu jaħdmu mhux aktar minn ħmistax-il ġurnata ta` disa` sigħat kuljum fix-xahar. Normalment il-ħinijiet jkunu bejn is-7.30am u 4.30pm.
F`dawn l-aħħar erba` snin kien hemm:-
Sena
Numru ta` applikazzjonijiet
Dawk approvati
1999
18
14
2000
13
10
2001
8
6
2002
8
7
Fir-rigward ta` flus minn xogħol waqt dan it-tip ta` leave il-priġunier jista` jagħżel li dak li jaqla` jintbagħat direttament lill-familja jew jiġi iddepożitat fil-kont tiegħu. Ma jinżammux rekords dwar dan. L-anqas jinżammu rekords dwar ikunux miżżewġa jew le.