Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37739 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Expression for interest

Question

Jista' l-Ministru, bħala l-għassies għall-ħarsien ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, jgħid kif expression for interest ippubblikata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għal periti, quantity surveyors u project managers inbidlet f'sejħa għall-offerti, fis-sens li permezz ta' din l-expression for interest tqabbdu numru kbir ta' individwi b'rati differenti biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mingħajr ebda sejħa għall-offerti proprja filwaqt li jgħid x'passi ħa l-Ministeru tiegħu f'din is-sitwazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37741 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Offerti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il offerta ġiet riferuta lid-Dipartiment tal-Kuntratti mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għall-evalwazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti peress li tali offerti meta għalqu minkejja li kienu ppubblikati fuq livell dipartiemntali qabżu l-valur ta' Lm20,000 stipulat għal tali sejħiet filwaqt li jgħid f'kull każ kemm kienet l-istima tal-Fondazzjoni għal tali xogħlijiet, il-prezz li bih intrebħet kull offerta rispettiva u jagħti lista dettaljata ta' dawn l-offerti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa d-Dipartiment tal-Kuntratti kellu żewġ każi tal-FTS fejn il-valur tal-kuntratt qabeż il-limitu ta' Lm20,000 u għalhekk kellhom jiġu pproċessati mill-istess Dipartiment. Dawn kienu: FTS42/69/2002 - Removal of dangerous structures and other works at Floriana Primary School. Stima Lm19,400 Kuntratt Lm23,000 (L-irħas minn żewġ(2) offerti) FTS29/71/2002 - Finishing works at Corradino Boys' Junior Lyceum Stima Lm19,207 Kuntratt Lm25,535 (L-irħas) Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ġibed l-attenzjoni tal-FTS li mhux ser jittolera aktar li jsir stimi daqstant viċini ntal-limitu ta' l-Lm20,000 biex wara l-valur tal-kuntratt jaqbeż dan il-limitu.
Leg 9 PQ #37759 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Budget/riżorsi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37443, jista' l-Ministru jgħid fejn se jkun qed jiltaqa' dan il-panel fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin peress li mhux se jkun jista' jiltaqa' fejn iltaqa' s'issa minħabba xogħlijiet fil-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ser jibda jiltaqa' f'parti oħra tal-kumpless li jagħmel ma' l-iskola ta' l-Imsida.
Leg 9 PQ #37807 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandi żewġ drivers personali miegħi, u dawn skond il-Memorandum "Guide Lines on the Engagement of Staff for Private Secretariats".
Leg 9 PQ #37808 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37311?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-Servizz Pubbliku jimpjega 174 persuni li huma registrati mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig bhala persuna b’dizabilita. Hemm ukoll impjegati 375 persuna mas-Servizz Pubbliku, li minhabba f’sahhithom ma jistghux jaghmlu x-xoghol kollu li normalment ikun mitlub mill-grad taghhom u dawn inzammu fuq “light duties”. Ghaddejjin bhalissa diskussjonijiet mal-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku sabiex persuni b’dizabilita jinghataw konsiderazzjoni specjali f’dak li jirrigwardja reklutagg, promozzjonijiet u tahrig.

Industrial And Employment Relations

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37691?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Fond ta' Garanzija li rreferiet għaliħ l-Onor. Interpellanti hu dak li ser jitwaqqaf meta jinġieb fis-seħħ artikolu 21 ta' l-Att dwar l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali ta' l-2002. Dan il-Fond hu maħsub biex jiggarantixxi l-ħlas ta' pagi mhux imħallsa li jkunu dovuti mill-prinċipal lil dawk l-impjegati li jkun intemmilhom l-impieg kawża tal-falliment ippruvat tal-prinċipal. Ir-regolamenti, meħtieġa skond artikolu 21 (2) ta' l-imsemmi Att, bid-dettalji dwar kif għandu jkun amministrat u regolat dan il-Fond, diġa ġew abbozzati u referuti għall-konsiderazzjoni u l-kummenti tal-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37636, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni aktar ċara? Jista' jgħid jekk l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva għadhiex valida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tiġa tajt f'Mistoqsija Numru 37636.0-
Leg 9 PQ #37823 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti barranin jagħmlu xogħol fil-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn, kemm qed jitħallsu u minn min qed jirċievu l-ħlas? Jista' jgħid ukoll x'nazzjonalita' huma dawn il-konsulenti?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru. 37683 f'seduta 837.
Leg 9 PQ #37824 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Uffiċċju Konġunt — Fidi ta' ċens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37610 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx informata meta tista' tifdi ċ-ċens tad-dar fejn toqgħod minkejja li ilha li applikat il-Joint Office madwar sena ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikant in kwistjoni ser jiġi infurmat, fi żmien qasir, bl-ammont li bih jista` jifdi ċ-ċens.
Leg 9 PQ #37836 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Meter tad-dawl

Question

Jista' jiġi vverifikat il-meter tad-dawl tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-kontijiet eċċessivi li qegħdin jirċievu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jsir, il-konsumatur irid japplika formalment għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #37837 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kunsilli lokali — Proġetti ta' public/partnership

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġie miftiehem bejn il-Ministeru tal-Kunsilli Lokali u l-Ministeru ta' l-Intern dwar il-proposti mressqa mill-Kunsilli Lokali għal proġetti ta' public partnership? Jista' jgħid meta se joħorġu dawn il-kondizzjonijiet li bihom jitħalla li jsiru dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk hux veru li d-Dipartiment ta' l-Artijiet m'aċċettax li jingħata ċens għal dawn l-artijiet biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jibqgħu mexjin b'dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li joħroġ it-tenders hu minflok? Jista' jgħid x'commitment se jagħti lill-Kunsilli Lokali biex dawn il-proġetti jsiru? Jista' jgħid għaliex mhux qed jagħti l-awtonomija sħiħa lill-kunsilli lokali f'dawn il-proġetti?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li, fil-prinċipju, kemm il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif ukoll il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent jaqblu u jinkoraġixxu l-kunċett li Kunsilli Lokali jidħlu fi sħab ma` imprendituri privati, huma tal-fehma li fil-proġetti li ġew proposti s`issa minn numru żgħir ta` Kunsilli Lokali, jkun aħjar jekk tintuża l-esperjenza u r-riżorsi ġia` eżisteni fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern biex joħorġu sejħiet għall-offerti li permezz tagħhom il-Kunsilli Lokali jkollhom garanzija li dawn il-proġetti ser isiru. Ġie deċiż illi l-istess Kunsilli li għamlu l-proposti jiġu kkonsultati fit-tfassil tal-kundizzjonijiet tas-sejħiet, proċedura li diġa` ntużat f`sejħa għall-offerti li saret reċentament f`Pembroke. Huwa l-ħsieb ukoll li l-istess Kunsilli jkunu jistgħu jagħmlu monitoring ta` l-istess proġett waqt l-eżekuzzjoni tiegħu.

Port il-Kbir — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex isir tindif ġenerali fl-area kollha ta' madwar il-Port il-Kbir, partikolarment fl-area tal-Menqa fejn persuni rresponsabbli qegħdin iħallu kull xorta ta' materjal għal għonq it-toroq ta' dawn l-inħawi? Jista' jikkonsidra li dan it-tindif isir bħala rutina matul is-sena kollha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-tindif ġenerali ta' madwar il-Port il-Kbir diġa' jsir fuq bażi regolari. L-area tal-Menqa hija post fejn isir l-iżjed ammont ta' dumping u għalhekk ser tingħata iżjed attenzjoni.

SVPR — Sistema ta' mobile phone

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li fl-SVPR u fi djar oħra b'residenza ta' l-anzjani jiġi ntrodott is-sistema ta' mobile phone sabiex dawk il-pazjenti ''bed ridden'' jkunu jistgħu ikellmu lil qrabathom bis-servizz tat-telephone?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-wards fl-SVPR qed tiddaħħal is-sistema li biha r-residenti jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt ma' qrabathom bis-sett tat-telefon.
Leg 9 PQ #37841 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata? Jista' jgħid ukoll kemm għamlu overtime kull wieħed f'dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' ħaddiema fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa skond Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-overtime li sar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata dawn l-aħħar 12-il xahar jidher f'Tabella B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37842 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq San Piju X - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li bozza li tinsab fi Triq San Piju X, kantuniera ma' Triq San Ġużepp, fiż-Żejtun tiġi rranġata minħabba li dejjem qed tixgħel tard bil-lejl u mhux mal-bozoz l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
Leg 9 PQ #37845 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa rikorrenti għal kull sena għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li: In-nefqa rikorrenti għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM29,496,350. In-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM800,000.

Valletta — Park and Ride Scheme

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti approvati mill-MEPA għall-Park and Ride Scheme fil-Belt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal- Park and Ride Scheme hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37847 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Uffiċċju Konġunt — Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern rigward fidi ta' ċens li jkun rivedibbli kull 25 sena, liema ċens ikun jitħallas il-Joint Office?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma tħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2002, il-Gvern impenja ruħu li jifdi ċ-ċens ta` dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt dment li huma wżati bħala residenza ordinarja jew bħala postijiet ta` villeġjatura. L-applikant għandu jibgħat ittra, flimkien ma` kopja ta` l-aħħar irċevuta, lill-Uffiċċju Konġunt fejn jitlob biex jifdi ċ-ċens.