Jista' l-Ministru jgħid fil-Pixxina Nazzjonali kemm kien id-dħul f'din is-sena finanzjarja minn kirjiet għall-faċilitajiet ta' catering u avviżi fil-Pixxina?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dħul minn kirjiet għall-faċilitajiet ta' catering u avviżi fil-Pixxina matul l-2002 kien Lm6650 u Lm3450 rispettivament.
Din l-informazzjoni hija waħda proviżorja minħabba li għad trid issir il-verifika minn ditta privata u indipendenti. Ir-rapport mistenni jitlesta sa Marzu 2003.
Jista' l-Ministru jara li l-istatistika dwar il-kriminalita' tinġabar kuljum?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` spjegajt fi Tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, f`Awissu ta` l-1997 kienet ġiet introdotta fil-Korp tal-Pulizija is-sistema kompjuterizzata ta` kif jinżammu ir-rapporti li l-pubbliku jagħmel mal-Pulizija, magħrufa aħjar bħala P.I.R.S. (Police Incident Reporting System). F`din is-sistema jiġu mdaħħla r-rapporti li jsiru lill-Pulizija mingħand il-pubbliku u kull rapport jiġi ikklassifikat skond in-natura tal-każ. Minn din is-sistema imbgħad tkun tista` tinġabar statistika ta` l-informazzjoni meħtieġa. Pero` minħabba li r-rapporti jkunu jridu jiġu investigati u verifikati, ninsab infurmat illi ma hux possibli li tinġabar statistika ta` kuljum.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jibda l-proċess tar-reġistrar bis-sistema tal-finger prints u x' kienet ir-raġuni għad- dewmien meta din is-sistema suppost li nbdiet xhur ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni bdiet tuża s-sistema tat-tiġdid tar-reġistrar b'apparat biometriku mill-bidu t'Awissu 2002.
Minn dakinhar l'hawn ġew introdotti b'din is-sistema 12 il-post. Dawn jkopru 35 il-lokalita'. Fil-fatt illum il-ġurnata hemm madwar 3,000 persuna li għandhom il-kard u li qed jirreġistraw b'din is-sistema.
Tista' l-Korporazzjoni Enemalta on humanitarian grounds tikkonsidra xi forma ta' sussidju fuq is-servizz tad-dawl tal-familja, id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li għandhom tifla ta' tmien snin li tagħmel madwar 12-il siegħa użu mill-kidney machine fid-dar kuljum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni Enemalta minn żmien għal żmien u fuq bażi regolari tirċievi talbiet għal xi forma ta' sussidju. Wieħed jifhem li kważi kull talba jkollha r-raġunijiet validi tagħha. Madanakollu l-Korporazzjoni ma tistax tilqa' dawn it-talbiet, inkluża t-talba attwali, għal raġunijiet ovvji.
Trasport pubbliku — Rotta minn Taż-Żwejt għall-Belt
Question
Tista' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tinvestiga jekk tistax tiqsar ir-rotta tal-karozzi tal-linja minn Taż-Żwejt għall-Belt minħabba li l-biċċa l-kbira tar-rotot jieħdu madwar siegħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li r-rotta 41 minn Taż-Żwejt għall-Belt li tgħaddi mill-lokalitajiet ta' San Ġwann, Sliema (Savoy), Gżira u tal-Qroqq ma tistax tiġi mqassra jekk mhux għad-detriment li taqdi l-lokalitajiet imsemmija.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Children's allowance
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga fiex waslet l-applikazzjoni pendenti għaċ-children's allowance tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar il-każ li kont qajjimt bosta xhur ilu dwar allegata evażjoni mill-VAT f'każ li jikkonċerna l-importazzjoni ta' aluminium profiles?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li dan it-tip ta' investigazzjonijiet jieħdu fit-tul u malli jkun possibbli jkompli l-proċeduri skond ma jirriżulta bil-parteċipazzjoni tal-pulizija jekk dan ikun indikat fiċ-ċirkustanzi.
Jista' l-Ministru jikkonferma dak li implika l-kap tal-MIC f'workshop dwar l-UE u s-servizzi finanzjarji waqt seminar tal-Kamra ta' l-Avukati li l-liġi tal-ITCs (International Trading Companies) trid tiġi emendata biex tiġi konformi mar-regoli tal-UE?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena nfurmat li wara li saru l-verifikazzjonijiet meħtieġa, jirriżulta illi l-interpellant għandu nformazzjoni skorretta. Infatti l-kap tal-MIC innifsu ikkonferma li ma kienx minnu dak li hemm implikat fil-PQ, u li qatt ma ngħad dak id-diskors. Nikkonferma li ma hemmx ħtieġa ta' emendi fil-liġi attwali sabiex l-ITC's jiġu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.
Dawn huma qlajjiet intiżi biex jissabuttaġjaw lill-pajjiż li ma jagħmlu xejn ħlief ifixxklu l-imħuħ u jgerrxu l-investement. Għajb għal min jivvinthom u għal min jipperpettwahom.
Tista' l-Ministru tgħid kif qed ikunu appuntati ċ-chairpersons u l-membri li qed jinvestigaw ir-rapporti li jkunu saru mill-ispetturi tad-dixxiplina?
Kien hemm xi uffiċjali fis-Servizz Pubbliku li jikkwalifikaw skond il-grad tagħhom li għadhom ma ġewx appuntati?
Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn għadhom ma ġewx appuntati biex iservu fl-ebda bord?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
IċChairpersons u membri appuntati biex jinvestigaw rapporti li jkunu saru millispetturi taddixxiplina jiġu magħżula minn fost limpjegati taddipartiment rispettiv li jkunu eliġibbli skond irRegolamenti tal1999 talKummissjoni dwar isServizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina).
Ninsab infurmata li lgħażla ssir b'rotazjoni minn fost luffiċjali li jikkwalifikaw skond ilgrad tagħom. Hemm xi uffiċjali li għadhom ma ġewx appuntati biex iservu fuq bordijiet minħabba li jkunu jaħdmu f'taqsimiet li fihom ikun hemm pressjoni ta' xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport sar sa llum mill-ispettur tad-dixxiplina?
Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-direttur Proġetti u Żvilupp?
Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-Direttur tal-Customers Service?
Kemm-il bord tad-dixxiplina nħatar mid-direttur għal Corporate Services?
Kemm minn dawk akkużati ħarġu liberati u kemm kienu l-każijiet ta' dawk li ġew ikkastigati wara li l-bord sabhom ħatja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sa llum l-Ispettorat tad-Dixxiplina għamel 8785il spezzjoni. Isir rapport ta' kull spezzjoni, sew jekk jinstabu rregolaritajiet sew jekk le. S'issa b'kollox inħatru 96il bord taddixxiplina, jiġifieri 55 midDipartiment għallProġetti u Żvilupp u 41 midDipartiment talCustomer Services. Minn dawn ilKażijiet 41 ġew illiberati, 22 ikkastigati, 4 imwaqqa' filwaqt li 29 każ huma pendenti.
Skejjel — Tfal li jkollhom bżonn attenzjoni partikolari
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ssir mill-għalliema u/jew kap ta' l-iskola meta tifel/tifla jkunu ssuspettati li jkollhom bżonn ta' xi tip ta' attenzjoni partikolari biex jilqgħu għal xi learning difficulty?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema jkunu l-ewwel li jidentifikaw xi bżonn partikolari fit-tfal. L-Għalliema tal-klassi ħafna drabi jagħmlu l-ewwel kuntatt mal-'complementary teacher' li hemm f'kull skola. Meta l-għajnuna trid tkun iżjed speċjalizzata, bħal fil-każ ta' possibilita` ta' 'dyslexia', il-Kap ta' l-Iskola tibgħat rapport lill-Unit ikkonċernat u titlob li l-każ jiġi assessjat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi prospetti hemm li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi offrut impjieg mill-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ser tiġi ntervistata mill-uffiċjal tal-Korporazzjoni. F'din l-intervista wieħed ikun jista' jiddiskuti l-prospetti ta' mpjiegi u diversi dettalji oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li ħadu d-dual citizenship u mil-liema pajjiżi huma fiż-żmien ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2002 u l-aħħar ta' Diċembru 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li tammonta għal ksur tal-liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżalilita', fejn anzjani li jixtiequ jattendu d-Day Care Centre ta' Bormla qed jiġu esklużi għax trasport ma jeżisitx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li peress li t-trasport għad-Day Centres hu nkarigu tal-Kunsill Lokali, s'issa d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' għadu ma laħaqx ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Kottonera u tal-Fgura biex it-trasport ikun ipprovdut. It-taħdidiet għadhom sejrin.
X'kontroll qed isir jew jista' jsir biex jiġi aċċertat li t-trakkijiet li jkunu mimlija kompost mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' Wied il-Għajn jkunu mgħottija sew għax uħud minnhom qed ta' spiss iħallu mandra warajhom fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun/Wied il-Għajn?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi investigazzjoni, anke mill-OPM, li rriżulta li wieħed mid-diretturi tal-MEPA mexa b'mod diskriminatorju ma' l-istaff? Jista' l-Ministru jikkonferma li lil xi wħud mill-ħaddiema approvalhom il-leave bla tlaqliq waqt li lil oħrajn ma' approvalhomx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni fuq l-allegazzjonijiet ta` diskriminazzjoni magħmula mill-Onor. Interpellant. Ma jirriżulta mkien li kien hemm xi rapport ta` din it-tip ta` diskriminazzjoni.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija dwar il-'leave', nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36780.
Possibbli l-Ministru, permezz tal-MEPA, jinformani fl-iqsar żmien possibbli fejn wasal il-permess tas-substation ta' l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun għaliex jien informat li l-applikazzjoni issa hi biss għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali u allura mhux suppost iddum daqstant?
Billi hemm problemi minħabba vultaġġ baxx, possibbli dan il-permess jiġi proċessat fl-iqsar żmien possibbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-permess (PA 4615/01) tas-substation ta` l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun inħareġ fis-27 ta` Frar 2002. Infurmat ukoll illi l-applikazzjoni għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali, sa llum ma ġietx sottomessa mill-applikant.
B'referenza għal temporary state aid to support processor and recognised retailers of imported products li ġew negozjati mill-Gvern ma' l-UE, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-prezzijiet interni u esterni tal-prodotti ta' l-ikel li fuqhom ġew ibbażati is-sussidji mill-Gvern Malti sabiex jiġi ssussidjat il-prezz għoli ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel impurtati f'pajjiżna mill-UE?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru responsabbli.