B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37422, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt sarux laqgħat interministerjali u mal-MCSCD sabiex jiġi diskuss l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin li tikkawża l-introduzzjoni tat-taxxa tal-VAT fuq l-ikel?
Meta saru u x'kienu l-pożizzjonijiet u ċirkostanzi li tqajmu dwar din it-taxxa fuq l-ikel u l-mediċini tal-Maltin u l-Għawdxin?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant jaf li l-pożizzjoni li ħa l-Gvern Malti dwar il-VAT fuq l-ikel u mediċinali fin-negozjati tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea jgħati ċans sa' seba snin oħra biex isir xi tibdil. Studji bħal dawn isiru meta u min jiddeċiedi li jgħamel din il-bidla. Żgur mhux il-każ li dan isir issa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37424, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt sarux laqgħat interministerjali u mal-MCSCD sabiex jiġi diskuss l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin li tikkawża l-introduzzjoni tat-taxxa tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet?
Meta saru u x'kienu l-pożizzjonijiet u ċirkostanzi li tqajmu dwar din it-taxxa tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diskussjonijiet u studji jsiru meta jiġi deċiż li tiġi mplementati xi tibdil.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jikkonfermax is-sitwazzjoni kif imfissra f'mistoqsija parlamentari numru 37428 u cioe'
kif jispjega l-fatt il-Ministru li
supply measures
li qed jiġu negozjati ma l-Unjoni Ewropea se jkunu jkopru biss l-importazzjoni attwali ta' suq ta' 380,000 ruħ meta l-industriji lokali jridu jipparteċipaw u jkunu kompetitivi f'suq ta' l-Unjoni Ewropea ta' 380 miljun illum u 500 miljun wara t-tkabbir?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija numru 36316.
Jekk wieħed jidħol iktar fil-fond tal-materja:
Il-kunċett ta'
special supply measures
huwa intiż sabiex, fuq dawk il-prodotti agrikoli fejn il-prezz fl-Unjoni Ewropeja huwa aktar għoli minn dak internazzjonali, il-prezzijiet għas-suq lokali ma jgħolewx u jibqgħu dawk attwali.
Fil-każ ta' industriji li jixtiequ jbiegħu il-prodotti tagħhom fil-pajjiżi l-oħra membri ta' l-Unjoni Ewropeja, jiġi applikat il-prezz ta' l-Unjoni Ewropeja, li huwa l-istess prezz applikat ukoll f'dawn il-pajjiżi. ukoll f'dawn il-pajjiżi. Għaldaqstant, il-produttur lokali, la jingħata vantaġġ u lanqas żvantaġġ.
Fil-każ ta' industriji li jixtiequ jbiegħu il-prodotti tagħhom fil-pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropeja, titħaddem sistema ta'
export refunds
fejn l-esportatur jiġi rifondut id-differenza bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropeja u dak fuq is-suq internazzjonali. Għaldaqstant, il-produttur lokali, la jingħata vantaġġ u lanqas żvantaġġ.
Is-sistema ta' sussidju li ġiet innegozjata mill-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropeja, bħala miżura alternattiva għal
Special Supply Measures,
hija wkoll primarjament intiża sabiex il-prezzijiet għas-suq lokali ma jgħolewx u jibqgħu dawk attwali. Din l-alternattiva, iżda, toffri aktar flessibilta' għaliex, sakemm ma tinqabes il-kwota stabbilita', il-prodott agrikolu sussdijat jista' jintuża wkoll fi produzzjoni għall-esportazzjoni
Jista' il-Ministru jgħid jekk jikkonfermax il-pożizzjoni tal-mistoqsija parlamentari numru 37428 u cioe'
kif jispjega l-fatt il-Ministru li
supply measures
li qed jiġu negozjati ma l-Unjoni Ewropea se jkunu jkopru biss l-importazzjoni attwali ta' suq ta' 380,000 ruħ meta l-industriji lokali jridu jipparteċipaw u jkunu kompetitivi f'suq ta' l-Unjoni Ewropea ta' 380 miljun illum u 500 miljun wara t-tkabbir?
Response (BORG, JOE)
Ir-risposta għal din il-Mistoqsija ingħatat fis-seduta numru 833 mill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37364 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid x'irriżulta li d-diskors tal-Budget 2003 ma ġiex stampat fl-istamperija tal-Gvern? Jekk iva, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-parti tad-diskors li l-istamperija tal-gvern ma kienx attrezzat li jipproduċi sar barra. Dak li seta jsir fl-istamperija, sar fl-istamperija tal-Gvern.
Peress li bozza li hemm quddiem ir-residenza St Paul, Triq in-Nigret, Rabat Malta ilha maqtugħa għal dan l-aħħar xahar, jista' il-Ministru jara li din tissewwa jew tinbidel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
Tista' il-Minstru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37509?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda nagħti hawn taħt informazzjoni dwar iżżieda netta ta' vetturi kemm mixtrija kif ukoll mikrija millMinisteru għal Għawdex u dDipartimenti li jaqgħu taħtu sena b'sena għassnin minn 1996 sal2002.
Sena Vettur Mixtrija Vetturi Mikrija
1996 3 2
1997 1 1
1998 0 1
1999 2 5
2000 0 3
2001 4 6
2002 0 4
Numru konsiderevoli ta' dawn ilvetturi kien hemm bżonnhom biex jieħdu post vetturi li qabel kienu ngaġġati taħt issistema ta' limpressed.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37672?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ħaddiema tat-Technical Services Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għamlu l-manutenzjoni meħtieġa sabiex is-servizz tad-dawl jiġi regolarizzat.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jimtlew il-postijiet vakanti għar-rank ta' supritendenti fil-Korp tal-Pulizija? Dawk iridu jsiru wkoll b'applikazzjoni mingħand spetturi? Jekk iva jista' jagħti d-dettalji rilevanti ta' kemm applikaw? Min huma u meta saru spetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija infurmat li l-interviews ser isiru fil-futur qarib.
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Ħin tal-viżitaturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-ħin (fil-preżent) tal-viżitaturi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Issir distinzjoni bejn priġunieri taħt arrest u dawk diġa' sentenzjati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħinijiet għall-viżitaturi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma kif ġej:-
Nhar ta` Tnejn u nhar ta` Ġimgħa:- 9.00am – 11.45am (l-aħħar viżta tibda fil-11.30am)
2.00pm – 3.45pm (l-aħħar viżta tibda fit-3.30pm)
Il-ġranet l-oħra tal-Ġimgħa:- 9.00am – 11.45am (l-aħħar viżta tibda fil-11.00am)
2.00pm – 4.45pm (l-aħħar viżta tibda fl-4.00pm)
Il-priġunieri li jkunu taħt arrest preventiv jista` jkollhom viżta Non-Contact kuljum bejn nhar ta` Tnejn u nhar ta` Ġimgħa. Ikollhom ukoll viżta Contact darba fil-ġimgħa.
Dawk sentenzjati huma intitolati għal viżta Contact waħda fil-ġimgħa. Priġunieri li jagħmlu xi tip ta` xogħol produttiv fil-Faċilita` jgawdu minn privileġġ ta` viżta Contact żejda fil-ġimgħa.
Contact visit idum 45 minuta u l-priġunier jitkellem mal-viżitatur bil-qegħda ħdejh filwaqt li Non-Contact idum 15-il minuta u l-viżitatur jitkellem mal-priġunier permezz ta` telephone minn wara diviżorju tal-perspex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-forma ta' rijabilitazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Fuq liema każi l-priġunieri jitħallew imorru d-dar?
X'inċentivi għandhom il-priġunieri sabiex iġibu ruħhom aħjar?
X'sanzjonijiet jeżistu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin biex irażżnu priġunieri li jġibu ruħhom ħażin ripetutament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dawk il-priġunieri li verament ikunu jridu jagħmlu xi forma ta` rijabilitazzjoni, ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, dawn jingħataw l-attenzjoni u l-mezzi meħtieġa.
Ġewwa l-Faċilita` wieħed isib tagħlim edukattiv f`diversi suġġetti. Isir tagħlim ta` arti, lingwi (Ingliż, Malti, Taljan, Franċiż u Spanjol) matematika, kompjuter u chess. Minbarra t-tagħlim akkademiku isir xogħol ta` tagħlim/prattika fix-xogħol tal-elettriku, aluminium, mastrudaxxa u ħadid. Għal-finijiet purament ta` rijabilitazzjoni isiru lezzjonijiet ta` Lifeskills, spirituality u social studies/work.
Fil-Faċilita` issib ukoll servizzi minn psikjatra, psikoloġista kif ukoll social workers u probation officers. Dawn kollha qegħdin għas-servizz tal-priġunieri.
Wieħed ukoll isib attivitajiet ta` sports matul is-sena kollha.
Diġa` kellna diversi suċċessi minn priġunieri li minbarra dawk li irnexxilhom jgħaddu minn diversi suġġetti tal-MATSEC kien hemm anke oħrajn li irnexxilhom imorru l-Universita` u ggradwaw fil-korsijiet li għażlu.
Il-priġunieri jitħallew imorru d-dar fuq Compassionate Leave jew Family Occasion Leave u dejjem skond il-Ministerial General Directions 1995.
Il-priġunieri li jġibu ruħhom skond ir-regolamenti tal-Ħabs igawdu minn dawk il-privileġġi li japplikaw għalihom. Igawdu ukoll minn nuqqas sħiħ ta` Remission fuq is-sentenza tagħhom.
Dawk il-priġunieri li repetutament jiksru r-regolamenti tal-Ħabs, minbarra li jitilfu l-privileġġi jistgħu ukoll jitilfu ġranet ta` remission fuq is-sentenza. Dan ifisser li jkunu jridu joqogħdu l-ħabs għal aktar ġranet milli kieku ġabu ruħhom sewwa.
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Servizz lill-priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizz/għajnuna qed jagħti d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni lill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Jista' jgħid:- 1) Kemm hu n-numru ta' għalliema (irġiel/nisa) u kemm jagħtu servizz; u
2) x'materjal ieħor jingħata, per eżempju, ta' library facility/other?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-servizz edukattiv ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin hi responsabilita` tal-Ministeru ta' l-Intern u Ambjent u għaldaqstant il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li minħabba li wasluli xi ilmenti li fil-Kulleġġ, li ismu qed jintbagħat separatament, ilhom ma jkollhom lezzjonijiet ta' l-Istorja ta' Malta fit-Tielet u fir-Raba' klassi tas-sekondarja għal aktar minn xahrejn, għaliex m'hemmx għalliem/a għal dan is-suġġett? Jaf il-Ministru li l-ġenituri qatt ma ngħataw raġuni għal dan in-nuqqas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-vakanza f'din l-iskola privata inqalgħet meta għalliema mardet u rriżenjat. Il-Kulleġġ ħareġ numru ta' sejħiet għal għalliem/a iżda l-applikanti jew ma kinux kwalifikati jew inkella irtiraw meta saru jafu li l-vakanza kienet għal għalliem/a part-time. Kien minħabba f'hekk li l-istudenti baqgħu mingħajr lezzjonijiet ta' l-Istorja ta' Malta għal sitt ġimgħat. Sadattant, l-istudenti u l-ġenituri kienu mgħarrfin bir-raġuni għan-nuqqas ta' lezzjonijiet f'dan is-suġġett.
Il-problema issa ġiet solvuta u l-istudenti għandhom lezzjonijiet regolari fl-istorja ta' Malta mis-6 ta' Jannar 2003.
Jikkonferma l-Ministru li kien hemm ilmenti mill-Kumitat Olimpiku Malti dwar nuqqasijiet fil-Pixxina Nazzjonali li qed ifixkel it-taħriġ ta' għawwiema li qed jippreparaw għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? X'kienu l-ilmenti tal-KOM? Għaliex il-kumitat li jmexxi l-Pixxina mhux qed isaħħan kif suppost iż-żewġ vaski b'mod adegwat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ebda lmenti mill-Kumitat Olimpiku Malti dwar xi nuqqasijiet fil-Pixxina Nazzjonali li qegħdin ifixklu t-taħriġ ta' għawwiema li qed jippreparaw għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 37224. Sadanittant li matul il-perjodu li l-Pixxina kienet magħluqa fi żmien il-Milied twaħħal heat exchanger ġdid u reġgħu bdew jissaħħnu ż-żewġ vaski.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-għotja li l-Gvern ta għat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali f'din is-sena finanzjarja? Jista' jagħti dettalji kif intnefqet fuq salarji, manutenzjoni, eċċ.?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għotja li ta l-Gvern lill-Pixxina Nazzjonali matul l-2002 kienet ta' Lm80,000. Il-Gvern alloka wkoll Lm27,000 fil-bidu tas-sena mill-fondi li baqgħu ma ntefqux mill-Vot tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport matul l-2001. Din l-għotja kienet immirata biex jitħallsu xi kontijiet li xi wħud minnhom kienu ilhom pendenti mill-1997.
Informat li m'huwiex possibbli li jiġi identifikat xi tħallas minn dawn il-flus peress li l-għotjiet li jgħaddi l-Gvern lill-Pixxina jiġu amalgamati ma' flus oħra li tiġġenera l-Pixxina stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul f'din is-sena finanzjarja tal-Pixxina Nazzjonali? Kemm kien minn kirjiet ta' uffiċini, minn timijiet Maltin tal-waterpolo, minn timijiet/gruppi barranin u kemm dħul minn ħlasijiet tad-dħul?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dħul finanzjarju tal-Pixxina Nazzjonali matul l-2002 kien jammonta għal Lm165,018. Dan id-dħul jinkludi:
Lm11,564 minn kirjiet ta' uffiċini
Lm21,860 minn timijiet tal-waterpolo u l-A.S.A.
Lm19,611 minn timijiet / gruppi barranin
Lm30,299 minn ħlasijiet tad-dħul.
Din l-informazzjoni hija waħda proviżorja minħabba li għad trid issir il-verifika minn ditta privata u indipendenti. Ir-rapport mistenni jitlesta sa Marzu 2003.