Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37833 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ikel proċessat — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other processed foods mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37834 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beverages & tobaccos — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq beverages & tobaccos impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37835 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Importazzjoni ta' ikel

Question

Jirriżulta li taħt l-arranġamenti ta' special temporary state and to support processors and recognised retailers of imported products, pajjiżna mhux se jkun eżentat mit-tariffi li l-UE timponi fuq l-importazzjoni ta' l-ikel, xorb u tabakk impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri tagħha?

Response (BORG, JOE)

Nitlob li l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 9 PQ #37877 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Lista' ta' pagamenti

Question

Jista' issa il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 37716?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-vot rikorrenti indikat ġie użat kollu għal emolumenti personali tad-dipendenti ta' l-FTS kif ukoll għal xi ħwejjeġ operattivi. Jekk hemm xi item partikolari li dwaru jinħtieġ informazzjoni, nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija rilevanti.
Leg 9 PQ #37878 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Sir Arturo Mercieca

Question

Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ fil-bini ta' l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat Għawdex biex issir aċċessibli għal-istudenti b'diżabilita' bħal ma hi l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir­Rabat Għawdex ittieħdu diversi miżuri biex l­iskola issir aċċessibbli għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Fost il­miżuri li ttieħdu kien hemm ir­refurbishment ta' żewġ toilets apposta, wieħed minnhom b'lifter għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Peress li l­iskola inbniet madwar 150 sena ilu hemm diversi problemi li jagħmlu l­aċċess għal diversi partijiet diffiċli. Id­Dipartiment tal­Customer Services ħareġ offerti għal lift biex jiffaċilita l­aċċess għall­ground imma minħabba diffikultajiet tekniċi l­offerta ma ġietx aċċettata. Madanakollu, l­istaff ta' l­iskola jagħmel kull sforz possibbli biex it­tifla msemmija tipparteċipa kemm jista' jkun fl­attivitajiet kollha ta' l­iskola.
Leg 9 PQ #37879 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Ftehim ma' l-APS

Question

Jista' issa l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37722?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37880 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37721?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37881 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Kuntratti

Question

Jista' il-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37720?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja ta' dawn il-kuntratti ta' l-impjegati ta' l-FTS diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Impjegati oħra pubbliċi li jaħdmu ma' l-FTS m'għandhomx kuntratt.
Leg 9 PQ #37882 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Voti kapitali

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37719?

Response (GALEA, LOUIS)

Le ma nistax. It-tagħrif dettaljat mitlub jinħtieġ ix-xogħol biex jinġabar u ma hux ġustifikat li jieħu preċedenza fuq xogħol ieħor.
Leg 9 PQ #37821 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pixkerija — Reflectors

Question

Jista' l-Ministru jara li jinxtegħlu r-reflectors fil-bozoz li hemm ftit 'l isfel mill-Pixkerija u ċioe' l-flood light li jixgħelu s-Swar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rifletturi li qed jirreferi għalihom ma humiex fir-responsabbilta' ta' xi entita' jew dipartiment li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #37825 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-laħam aħmar u abjad impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37826 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib xkumat — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq it-trabb tal-ħalib xkumat impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37827 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġobon/butir — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-ġobon u butir impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37828 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Qmuħ/ċerejali — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-qmuħ u ċerejali impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37829 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ross — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq ross u whey impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37860 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Ġiljan — Xatt tas-Sajjieda

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk l-iżvilupp tal-bini li qed isir fix-Xatt tas-Sajjieda San Ġiljan u li dwaru pprotestat l-Għaqda Sajjieda u dilettanti Ġiljaniżi f'ittra tad- 9 ta' Diċembru 2002 (ittra annessa) hux qed issir fuq art tal-Gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tkompli tagħmel riċerki u tieħu pariri legali sabiex tistabilixxi mingħajr l-ebda dubju jekk l-art in kwistjoni fil-fatt hiex tal-Gvern jew le. Mill-investigazzjonijiet li saru s`issa, inkluż studju bir-reqqa ta` pjanti ta` mitt sena ilu, ma rriżultax li l-iżvilupp li qed isir fil-post qiegħed isir fuq art tal-Gvern jew art li ġiet irreklamata mill-baħar.
Leg 9 PQ #37872 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Offerti ppubblikati

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37715?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux dejjem ikun fl-aħjar interess tal-poplu li l-kuntratt jingħata lill-orħos offerent u dan kif jipprovdu l-istess regolamenti tal-Gvern. F'ħames każi dan kien neċessarju minħabba l-volum kbir ta' xogħol li ried jitwettaq fi żmien qasir, u għaldaqstant ittieħdu in konsiderazzjoni l-offerti li setgħu jissodisfaw b'mod tajjeb il-bżonnijiet ta' l-iskejjel konċernati. F'xi każi oħrajn, ġejt informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma setgħetx tikkunsidra l-orħos offerti minħabba xi nuqqas (eż. Bid-bond, specifications) min-naħa tal-kuntratturi.
Leg 9 PQ #37873 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liċeo tas-Subien Ħamrun — Installazzjoni ta' Lifts

Question

Jista' issa il-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari numru 37714?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm iż-żewġ lifts setgħu faċilment jiġu nkorporati f'departimental tender wieħed għaliex il-prezz konbinat hu sew taħt l-Lm20,000, il-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada dehrilha li għandha tippubblika tenders separati (skond il-Procurement Regulations 1996) peress li dak iż-żmien lift wieħed biss kien kopert bil-permess tal-MEPA. Inżid ukoll li l-lift l-ieħor kellu bżonn struttura differenti peress li fuq il-bejt hemm reservoir ta' l-ilma. Il-lifts ser jiġu stallati f'żewġ wings differenti ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #37874 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Xoħlijiet

Question

Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija numru 37713?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37875 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' issa l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37712?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.