Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38086 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-gwardjani tal-ħabs li ħarġu xi xahar ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istadju tal-ipproċessar ta` l-applikazzjonijiet għall-gwardjani tal-ħabs hu dak tal-vetting. L-applikazzjonijiet, li għalqu fis-27 ta` Diċembru, 2002, jesiġu li l-applikanti jkollhom ċertu kwalifiki.
Leg 9 PQ #38087 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna tal-Buskett — Larinġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mil-larinġ li jinqata' mill-ġonna tal-Buskett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, il-funzjoni tat-taqsima Urban and Rural Landscaping għaddçt f'idejn l-Environment Landscaping Consortium Ltd, li twaqqaf dan l-aħħar. Il-qtugħ tal-larinġ fil-ġonna hu responsabbilta' tal-Consortium, u l-frott li jinqata' jingħata għall-bejgħ lill-kuntratturi privati bi prezzijçt tas-suq. B'danakollu, jien infurmat li l-kuntratt bejn il-Gvern u l-Consortium jassigura wkoll li l-Gvern jibqagħlu qligħ xçraq mill-bejgħ ta' dan il-frott.
Leg 9 PQ #38094 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għad-dewmien biex jerġa' jiġġedded il-ftehim kollettiv fuq il-ħaddiema tal-MEPA, peress li minħabba f'hekk dawn għaddejjin bi strajk?

Response (BORG, TONIO)

Minkejja d-diskussjonijiet li saru, għal issa għad ma hemmx ftehim fuq żidiet fil-pagi mitluba mill-Union.
Leg 9 PQ #38095 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Servizz tat-telephone bil-phone card

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk li huma abbonati mal-Maltacom bis-servizz tat-telephone tad-dar tagħhom bil-phone card?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li s-servizz tat-telefonija qed jiġi progressivament liberalizzat, ma jkunx fl-interess kummerċjali tal-kumpanija li tali nformazzjoni ssir pubblika.
Leg 9 PQ #38113 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Korsijiet ta' facilitators

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37974?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-taħriġ kontemplat fil-qasam tal-facilitators huma korsijiet li ser torganizza l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni bi ftehim mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, sabiex persuni li jippossedu ċ-ċertifikat fl-Inklużjoni jkunu jistgħu jaslu sad-Diploma tal-Facilitators. L-Universita` qed taħdem sabiex l-ewwel fażi ta' dan il-kors tibda fix-xhur qrib.

Pensjoni — Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi Lm24.94 fil-ġimgħa pensjoni ta' l-invalidita' separatament mill-bonus ta' Lm1.34 u mhux Lm26.81 li oriġinarjament kellhom ilaħħqu għat-total ta' Lm28.15?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.
Leg 9 PQ #37884 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37717?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37885 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'diżabilita'

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex pazjenti b'diżabilita' li jkunu f'ward S3 fl-isptar San Luqa jkollhom fejn jistgħu jieħdu doċċa li tkun aċċessibbli għax bħalissa ma għandhomx? Għaliex se jibqgħu jiġu mċaħħda minn faċilitajiet aċċessibli essenzjali bħal doċċa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħala parti mir-refurbixment kontinwu ġewwa l-iSptar San Luqa, il-Ward S3 ħa tiġi riferbixjata fi żmien ftit xhur. Parti mir-refurbixment ikun il-konstruzzjoni ta' showers minflok il-banjijiet kif nafuhom.
Leg 9 PQ #37896 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Impjieg ta' messaġġier

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37727?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37897 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37726?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba motħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37735.
Leg 9 PQ #37898 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Liċeo tal-Bniet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37725?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel ġebla tal-Liċeo tal-Bniet f'Santa Luċija tqegħdet nhar id-29 ta' Jannar 1996. Laqa' l-ewwel studenti fi ħdanu f'Settembru 1997. Il-faċilitajiet użati mill-ewwel studenti kienu jikkonsistu fi ħmistax-il klassi, tliet laboratorji tal-fiżika, żewġ needlecraft rooms, żewġ kmamar tal-home economics, laboratorji tal-kemistrija, laboratorju tal-bioloġija, blokka amministrattiva li nkorporata l-uffiċċju tal-kap ta' l-iskola, l-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet, uffiċini sekretarjali , staff rooms u kmamar għas-subject co-ordinators, kif ukoll l-użu ta' ġibjun u play area fuqu.
Leg 9 PQ #37921 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kumpanniji li joffru servizz ta' gwardjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma dawk il-kumpanniji reġistrati skond il-liġi ta' l-1996 li huma liċenzjati biex jagħtu servizz ta' gwardjani privati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kumpaniji li huma liċenzjati biex jagħtu servizz ta` gwardjani privati huma kif jidher hawn taħt:- Safetrust Security J.F. Security Consultancy Services Ltd. Sterling Security Co. Ltd. Group 4 Securitas (Malta) Ltd. Group 4 Services (Malta) Ltd. Security Services Malta Ltd. The Guard & Warden Service House Ltd. Securital Ltd. Guardall Security Services Monitoring Services Ltd. I.H.B. Grange Security & Consultancy Services Ltd.
Leg 9 PQ #37922 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Gwardjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-gwardjani privati li huma liċenzjati skond il-liġi (jiġifieri jħallsu l-liċenzja kull sena meta jibgħat għalihom il-Kummissarju tal-Pulizija)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 832 persuna li għandhom liċenzja ta` Gwardjani Privati skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).
Leg 9 PQ #37923 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Gwardjani privati

Question

Ladarba x-xogħol tal-gwardjani privati sar wieħed professjonali li biex tagħmlu trid liċenzja, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinqata' l-abbuż minn dawk li qegħdin jaħdmu bla liċenzja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull fejn jirriżulta lill-Pulizija li jkun hemm ksur ta` l-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389) jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #37924 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tas-Saħħa u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru teigħu m'għandhom l-ebda kuntratti għal securities privati.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi għandi security guard/receptionist wieħed li jitħallas bir-rata ta` LM2.59 fis-siegħa - VAT inkluża. Dan is-servizz beda fl-ewwel ta` November 2002 (meta l-Ministeru mar għall-uffiċċini fi Triq id-Dejqa, il-Belt) u ser jibqa` fis-seħħ sakemm dan il-Ministeru jiġi provdut b`uffiċjal tas-Sigurta u li għalih ġiet ippreparata sejħa għall-applikazzjoni mill-MPO.
Leg 9 PQ #37830 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħxejjex/frott — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq ħxejjex, frott u nuts impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37831 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Grains — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other grains impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37832 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Zokkor — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq sugar cane and beet impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.