Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37733?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-membri tal-Bord ta' l-FTS jirċievu remunerazzjoni ta' Lm1200 fis-sena ħlief għall-membri li huma uffiċċjali pubbliċi li ma jirċievu ebda remunerazzjoni.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni, li barra li jippresjedi l-laqgħat jiddedika ċertu ħin fit-tmexxija tal-Fondazzjoni tħallas Lm10,000 fis-sena 2002.
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Oġġetti u materjal mixtri
Question
Jista' issa jwieġeb mistoqsija 37732?
Response (GALEA, LOUIS)
L-inventarju msemmi jinżamm b'mod regolari mill-uffiċċjali konċernati u hu l-ħin kollu dispost għall-iskrutinju ta' l-awdituri interni ta' l-FTS u tal-Gvern kif ukoll jista' jiġi verifikat b'mod regolari mill-Awditur Ġenerali u mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-prezent hemm tlett kuntratti ghal ma’ kumpaniji privati li jaghtu servizzi ta’ sigurta fid-dekasteru tieghi, tnejn mal-MITTS Ltd u wiehed mal-Awtorità tax-Xandir. In-numru ta’ sighat u c-cifri ta’ flus matul is-snin 2000, 2001 u 2002 kienu kif jidhru fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar kollu u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura — Private securities
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma hemm ebda kuntratt għal securities privati.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm kuntratt wieħed biss għal securities privati li għandha l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Iċ-ċifra ta’ sigħat u ta’ flus li tħallsu għall-kuntratti ta’ securities kif mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:-
Sena 2000
Sigħ
at
Flus
Ministeru
Xejn
Xejn
Dipartiment
12960
Lm26,073.35
MTA
Xejn
Xejn
Sena 2001
Sigħ
at
Flus
Ministeru
Xejn
Xejn
Dipartiment
13038
Lm26,240.19
MTA
Xejn
Xejn
Sena 2002
Sigħ
at
Flus
Ministeru
Xejn
Xejn
Dipartiment
3550
Lm7144.26
MTA
360
Lm931.50
Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent — Private securities
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent fid-Dekasteru ta` l-Intern hemm kuntratt wieħed għal securities privati.
Dan jirrigwardja kuntratt wieħed li għandha l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-informazzjoni mitluba għall-perijodu speċifikat hi kif ġej:-
Sena Numru ta` sigħat Nefqa (Lm)
2000 16,994 34,787
2001 17,177 36,492
2002 21,380 45,309
Iż-żieda fl-2002 seħħet minħabba li għal 3 xhur kien hemm servizz ta` security 24 siegħa fl-uffiċċju ta` l-Ex EPD f`Kordin u ddaħħal servizz part-time f`Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li tiġi nvestigata l-qagħda ta' Triq Santa Venera, fl-Imsida qrib numru 21, billi minħabba kif tinsab maqluba, spiss qed ikun hemm flooding fil-kantina tad-dar kull meta tagħmel ix-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi wara li ġiet spezzjonata t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant irriżulta illi l-bankina quddiem ir-residenza hija f'livell iktar baxx mill-kumplament tal-bankini. Biex il-problema ta' flooding tiġi eliminata l-bankina trid togħla madwar 2 jew 3 pulzieri. Dan ikun jista' jsir wara li s-sid ta' din ir-residenza jgħolli l-għetibi tal-post u tar-remissa tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid fis-sena li għaddiet kemm kien hemm imwiet li direttament jew indirettament jista' jingħad li kienu konnessi mat-tipjip? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' mwiet li huma kunsidrati direttament jew indirettament ikkawżati mit-tipjip għall-ewwel ħdax-il xahar tas-sena 2002 huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Iċ-ċifra għax-xahar ta' Diċembru 2002 għadha mhux disponibbli.
Peress li issa anke l-Unjoni Ewropea qed tesiġi li fuq kull pakkett tas-sigaretti minn dan ix-xahar stess irid ikun hemm kliem kbar bl-iswed bil-kliem bħal 'SMOKING KILLS' jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi li trażżan tipjip f'ċerti postijiet u miżuri oħra hux ser tiġi mressqa quddiem il-Parlament f'din il-leġislatura u dan għaliex il-Ministru kemm-il darba wieġeb li l-preparazzjoni tal-liġi kienet waslet fl-aħħar tagħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma li l-liġi li trażżan it-tipjip f'ċertu postijiet hija fil-fażi finali ta' preparazzjoni tagħha u din titressaq quddiem il-Parlament skond il-prijoritajiet tal-Gvern għat-tressieq tal-liġijiet.
Jista' il-Minsitru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien l-ammont totali fi flus li l-Korp tal-pulizija kellu jingħata minħabba xogħol extra li għamlu l-membri tagħha? Jista' jagħti lista' ta' dawk id-ditti, kumpanniji, għaqdiet, jew individwi li għandhom jagħtu minn elf lira 'l fuq? Kemm hemm (fi flus) li ilhom biex jitħallsu aktar minn sena? Ittieħdu passi bil-liġi kontra xi wħud meta bil-kelma t-tajba ma waslux?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-31 ta` Diċembru 2002, l-ammont ta` ħlasijiet dovuti minn ditti, banek, kumpanniji, għaqdiet, eċċ, għal xogħol extra mill-Pulizija hu ta` Lm104,635. Minn dan l-ammont, is-somma ta` Lm26,364 hija dovuta għal perijodu mis-sena 2001 lura.
Infurmat ukoll li qed isir kull sforz sabiex il-ħlasijiet dovuti jiġu miġbura.
Dawk li għandhom jagħtu minn elf lira `l fuq huma kif jidher hawn taħt:-
A.P.S. Bank
Ballut Ltd
Bank of Valletta
Caruana Carmelo Shipping
Electoral Office
Fish Market
KU Club
Lombard Bank
MEPA
Malta Maritime Authority
Malta Football Association
Malta International Airport
National Pool
Public Broadcasting Services
Skanska Ltd
Social Security Office, Luqa
Volksbank
Sea Malta GNMTC
Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien hemm pulizija sospiżi? Meta sar kull każ? Fuq liema akkużi? Ta' liema rank huwa kull membru tal-Korp? Dawn kollha qegħdin fuq nofs paga?
Response (BORG, TONIO)
Għar-rigward l-informazzjoni sat-3 ta` Settembru, 2002 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35213.
Is-sitwazzjoni ma nbidlitx minn dakinhar ħlief li erba` Pulizija kellhom il-każ deċiż mill-PSC u m`għadhomx sospiżi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li bħalissa qed jiġu nvestigati minħabba xi reat iżda li mhumiex sospiżi mill-Korp? Fuq liema akkużi? Meta huwa allegat li sar kull każ? Ta' liema rank huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika kemm saru vjaġġi minn xarabanks u mini-buses biex iġorru tfal tal-iskola? Kemm kien it-total li għandu jitħallas? Diġa tħallas xi ħaġa? Kemm u meta?
Response (GALEA, LOUIS)
It-trasport tat-tfal fl-iskejjel hu regolat minn ftehim bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Assoċjazzjonijiet konċernati. Il-vjaġġi u l-ħlas isiru skond l-iskedi annessi mal-ftehim.
Fir-rigward twaqqiegħ ta' slums fil-Floriana, meta hu maħsub li jinbeda l-proġetti f'Balzunetta? Meta se jinbeda l-bini ta' appartamenti fi triq il-Kapuċċini Floriana? Inqalgħux problemi mhux mistennija waqt it-twaqqiegħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li t-tender għat-twaqqiegħ u rikostruzzjoni tal-bini fil-Balzunetta ngħatat u biex jinbeda x-xogħol jonqos biss li joħroġ stabbiliment kummerċjali li hu affettwat mill-proġett u mara anzjana li qed tingħata akkommodazzjoni alternattiva. Hu maħsub li dal-problemi jossolvew biex ix-xogħol jista' jibda fi Frar. Sadanittant ix-xogħol tal-bini f'Triq il-Kapuċċini, Floriana mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla. Waqt it-twaqqiegħ inqalgħu diversi problemi iżda mhux tant li minħabba fihom waqaf ix-xogħol. Inqalgħu problemi fit-taħmil tal-pedamenti iżda dawn issa ġew solvuti.
Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar x'xogħlijiet għamel fil-bini tal-Gvern fil-Floriana matul dawn l-aħħar 4 snin u nofs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar erba' snin u nofs id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għamel żewġ proġetti ta' ġonna/landscaping fil-Floriana: dak f'Binja Vilhena u dak fil-Housing Estate magħruf bħala Tal-Kapuċċini. Sadanittant saru 242 biċċa xogħol ta' tiswija f'bini tal-Gvern mid-Dipartiment f'dan l-istess perjodu.