B'refernza għall-mistoqsija parlamentari numru 37783 fejn qed nirreferi għall-loġġ tal-Bieb tal-Palazz fi Triq il-Merkanti il-Belt, jista' il-Ministru jirrispondi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata.
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 27626, hemm żviluppi dwar il-possibilita' li s-servizzi mogħtija mill-Housecraft, Triq San Publiju Floriana, jingħataw minn uffiċini oħra biex dan il-bini fil-pjazza prinċipali tal-Floriana jgħaddi b'kera għand Floriana football club - l-aktar tim lokali li rebaħ unuri fl-aktar sport popolari fil-gżejjer tagħna - u dan anke b'apprezzament għall-fatt li din il-Pjazza tal-Fosos u siti oħra fil-Floriana dejjem servew ta' venues importanti fl-istorja politika u reliġjuża ta' pajjiżna?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li naqbel li l-Floraina FC għandhom bżonn u jixirqilhom post alternattiv aħjar milli għandhom, għadni m'hinix f'pożizzjoni nagħti risposta pożittiva.
Meta hu maħsub li jerġa jkun hemm reklutaġġ ta' skrivani f'xi dipartimenti tal-gvern u gunners fil-AFM?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bhalissa ghaddej process ta’ ghazla mid-Direttur ta’ l-Ezamijiet ghall-postijiet ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku. Reklutagg jibda jsir wara li jithabbru r-rizultati finali.
Rigward reklutagg ta’ “gunners”, jien infurmat li 107 rekluti godda kienu mistennija li jingaggaw mal-Forzi Armati nhar l-Erbgha, 15 ta’ Jannar 2003. Il-possibilità li jinfetah ingagg iehor fix-xhur li gejjin qeghda tigi kkunsidrata.
Jista' il-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37743?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' persuni li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule mill-1990. Biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-eta' fid-data tal-mewt ta' dawn il-persuni jrid isir eżerċizzju manwali li jirrikjedi ħafna ħin u ħela ta' riżorsi li ma nħossx li huma ġustifikati.
Hemm data meta t-Triq ta' Burmarrad se tkun lesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant wasal fl-aħħar fażi tiegħu u għalhekk hu mistenni li x-xogħol jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Kemm iħoss li hjawn faxxi bojod tat-traffiku skond raħal, belt, jew taqsima? Humiex dawn kollha mdawla u biċ-ċrieki żgħar ileqqu qabilhom u kull kemm jinżebgħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Inħoss illi kif jaf l-Onor. Interpellant, in-numru ta' faxxi bojod tant hu vast li mhux possibbli li tingħata stima tagħhom fil-pajjiż kollu, kif ukoll ta' kull meta jinżebgħu.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Expression for interest
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37739 li riċentement saret lill-Ministru tal-Finanzi u issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok, bħala l-għassies għall-ħarsien ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, tgħid kif expression for interest ippubblikata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għal periti, quantity surveyors u project managers inbidlet f'sejħa għall-offerti, fis-sens li permezz ta' din l-expression for interest tqabbdu n umru kbir ta' individwi b'rati differenti biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mingħajr ebda sejħa għall-offerti proprja filwaqt li jgħid x'passi ħa l-Ministeru tiegħu f'din is-sitwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn l-individwi tqabbdu jagħmlu xogħol jew jagħtu servizz skond il-limiti diġa` pprovduti fil-Government Procurement Regulations 1996 paragrafu 11.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata t-triq li tieħu mill-Madliena għall-Għargħur inkluż il-pont ta' quddiem Busietta Gardens, peress li din it-triq tinsab fi stat diżastruż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija kienet ġiet asfaltata żmien ilu, u għalhekk hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali.
Madanakollu l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tispezzjona diversi toroq madwar Malta kollha, fosthom ukoll it-triq indikata mill-Onor. Interpellant sabiex tħejji programm separat għar-restawr ta' diversi toroq li għalkemm m'humiex arterjali għandhom linking function għat-trasport bejn l-istat u l-irħula.
Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq is-saqaf tal-kappella storika li hemm il-Kunċizzjoni l/o Rabat, peress li qiegħed jidħol l-ilma u jagħmel ħsara fl-istess knisja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa issa qatt ma kien hemm talba għal dan ix-xogħol. Madankollu, ser tiġi spezzjonata l-knisja bil-għan li jsir ix-xogħol meħtieġ.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 37212, jista' l-Ministru jara x'azzjoni tista' tittieħed mill-Korporazzjoni Enemalta peress li l-cables li jridu jsiru huma għad-distribuzzjoni ta' l-elettriku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bl-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' draft text tal-liċenzja li se tinħareġ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' 'draft text' tal-liċenzja li l-Malta Resources Authority ressqet għal konsultazzjoni qabel ma tiġi finalizzata l-liċenzja għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol tad-dawl tal-Milied li tqiegħed mal-promenade ta' Tas-Sliema u San Ġiljan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż involuti fix-xogħol imwettaq mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Manifattura u Servizzi huwa:
Materjal tal-lampi Lm1,723.
Conduit u wire Lm1,039.
Ħlas ta' overtime: plumbers Lm1,081.
Ħlas ta' overtime: electricians Lm1,666.
-------------
TOTAL Lm5,509.
-------------
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar private adoptions tat-tfal?
Kemm hu n-numru ta' talbiet għal private adoptions pendenti?
Kemm saru private adoptions matul dawn l-aħħar erba' snin kull sena separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37723?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif dwar in-nefqa li saret mill-FTS fl-iskola ta' Wied il-Għajn diġa` ingħatat bi tweġiba għal Mistoqsija numru 35662 ta' l-istess Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37728?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-dettalji mitluba huma miżmuma fir-rekords tal-proġett konċernat u jiġu verifikati mill-awdituri interni ta' l-FTS u tal-Gvern u jiġu verifikati mill-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awdituri skond kif jidhrilhom xieraq.