Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38112 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti ta' l-ikel

Question

B'referenza għal temporary state aid to support processor and recognised retailers of imported products li ġew negozjati mill-Gvern ma' l-UE, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-prezzijiet interni u esterni tal-prodotti ta' l-ikel li fuqhom ġew ibbażati is-sussidji mill-Gvern Malti sabiex jiġi ssussidjat il-prezz għoli ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel impurtati f'pajjiżna mill-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mas-sħubija ta' Malta fl-UE ser jibdew jiġu applikati f'Malta l-istess tariffi applikati mill-UE. Dawn ivarjaw, mhux biss skond il-prodott partikolari iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn qed jiġi mpurtat. Ta' min ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-UE għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma bosta pajjiżi minn fejn wieħed jista' jimporta mingħajr tariffi jew b'tariffi mnaqqsa. Fin-negozjati tagħha ma' l-UE, Malta kisbet id-dritt li timplimenta mekkaniżmu ta' sussidju li, permezz tiegħu, il-Gvern ser ikun jista' jikkumpensa għal xi żidiet li jista' jkun hemm minħabba d-differenza bejn il-prezz tal-prodott fuq is-suq internazzjonali u dak fl-UE. B'dan il-mod, wara s-sħubija, il-konsumatur Malti mhux mistenni li ser jiffaċċja għoli fil-prezz fuq dawn il-prodotti. Id-dettalji preċiżi ta' kif ser jitħaddem dan il-mekkaniżmu ta' sussidju ser jiġu ppubblikati wara li jiġu diskussi ma' l-entitajiet u individwi konċernati.

Ta' Giorni — Kaxxa postali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kaxxa postali li hemm f' Ta' Giorni biswit il-Merħba Pharmacy ġiet issiġilata biex ma tintużax aktar? Peress li din il-kaxxa postali kienet ta' użu għall-mijiet ta' familji u anzjani li jgħixu fil-Qasam residenzjali ta' Ta' Giorni, jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex dan is-servizz jerġa' jibda għall-benefiċċju ta' dawn il-persuni?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-ilment ta' l-Onor. Interpellant ser jiġi nvestigat mill-Maltapost.

Pembroke — Stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet applikazzjoni għall-istallazjoni ta' lift f'Juno Flats Pembroke? Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-proċess ta' din l-applikazzjoni jiġi mħaffef peress li hemm numru ta' residenti li minħabba l-kundizzjoni ta' saħħithom jeħtiġilhom l-użu ta' dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar għandha xi applikazzjoni pendenti għal installar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Imġarr — Torri tal-Lippija

Question

X'passi se jittieħdu biex jiġi salvat it-Torri tal-Lippija fil-limiti ta' l-Imġarr li jinsab fil-periklu li jiġġarraf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara li kienu riżolti xi kwestjonijiet ta' pussess minn terzi mid-Dipartiment konċernat, it-Taqsima tar-Restawr qed tagħmel it-tħejjijiet neċessarji biex fil-ġimgħat li ġejjin jinbeda x-xogħol meħtieġ fuq it-torri.
Leg 9 PQ #37906 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fondi għall-istaff

Question

Tista' l-Universita' tgħid x'Resource Funds intefqu fuq l-istaff tagħha matul is-sena akkademika 2001-2002? Jista' jgħid kif inhuma l-livell ta' dawn il-fondi għas-sena akkademika 2002-2003? Kemm qed tippjana li tonfoq f'dan il-qasam l-Universita' matul is-sena korrenti? X'inhu n-numru tal-istaff li se jieħu minn dawn il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa fuq Academic Work Resources għas-sena finanzjarja minn Jannar sa Diċembru 2001 kienet ta' Lm733,772. Is-sena finanzjarja minn Jannar sa Diċembru 2002 għadha mhix finalizzata. In-nefqa proġettata għas-sena 2002 hija ta' Lm653,000. In-nefqa proġettata għas-sena finanzjarja 2003 hija ta' Lm540,000. In-numru ta' staff li jinkludi lecturing staff fl-Universita` u l-Junior College huwa ta' 680.
Leg 9 PQ #37932 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Private securities

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­Ministeru għal Għawdex u d­dipartimenti li jaqgħu taħtu m'għandhom l­ebda kuntratt għal securities privati.
Leg 9 PQ #37933 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: ENTITA' SENA TOTAL TA' AMMONT SIGĦAT Institute for the Promotion of Small Enterprise 2001 - Lm 6,204 2002 - Lm 2,960 Malta Development Corporation 2000 5,030 Lm11,264 2001 19,193 Lm19,193 2002 5,180 Lm13,400 Kordin Grain Terminal 2000 8,760 Lm12,645 2001 8,760 Lm12,702 2002 8,760 Lm15,592 Malta Inv. Management Co. Ltd. 2001 - Lm11,968 2002 - Lm13,710 Med. Offshore Bunkering Co. Ltd. 2002 324 Lm 932

Ministeru għall-Politika Soċjali — Private securities

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Minsiteru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-0nor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37936 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd, kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu, ma għandhom ebda kuntratti ma' "securities Privati" u l-anqas kellhom fis-snin indikati mill-Onor Interpellant.

Siġġiewi — Triq Dun Ġuże' Delia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li Triq Dun Ġuże' Delia, fis-Siġġiewi baqgħet nofs leħja u ċioe' ix-xogħlijiet ta' l-asfalt ma tkomplewx? X'qed iżomm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet? Jista' l-Ministru jara li fil-ġimgħat li ġejjin isiru x-xogħlijiet pendenti ħalli r-residenti in kwestjoni jkollhom triq adekwata minn fejn jgħaddu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi għad hemm parti mit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant li għadha ma żviluppatx u għalhekk it-triq ma setatx issir. Tajt struzzjonijiet lill-awtorita' dwar it-Trasport sabiex ikun jista jsir survey fit-triq biex ikun jista jiġi stabilit xinhu l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #37995 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu tal-faċilitajiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel ta' l-Istat li l-faċilitajiet sportivi tagħhom jintużaw minn għaqdiet wara l-ħin tal-iskola? Liema huma l-iskejjel u l-għaqdiet? Isir xi ħlas? Jekk iva, kemm f' kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37996 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-isport — Tagħmir sprotiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefaq mid-Dipartiment ta' l-Isport f'tagħmir sportiv li jinkludi wkoll footballs, blalen għall-volleyball, basketbell, etc għall-iskejjel ta' l-istat għall-użu ta' l-istudenti u dan fis-sena finanzjarja li għaddiet? Jista' jgħid liema skejjel ingħataw tagħmir? Kemm huwa maħsub li ser jintefqu fuq affarijiet simili fis-simili fis sena finanzjarja li qegħdin fiha?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37997 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika kemm hemm għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat li ser jirtiraw bl-eta'? Kemm hemm diretturi, assistenti diretturi, u uffiċjali oħra fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li għandhom x'jaqsmu direttament ma' l-iskejjel u/jew ma l-iżvilupp tagħhom li ser jispiċċaw bl-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' għalliema li ser jirtiraw fis-sena skolastika 2002/2003 huwa: ta' 61 sena - 31 ta' 60 sena - 10 (konfermati li se jispiċċaw) Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija dwar kemm ser jirtiraw diretturi, assistenti diretturi u uffiċjali oħra fil-klassi ta' l-edukazzjoni, it-tagħrif hu kif ġej: Ser jirtiraw bl-eta' ta 61 sena 12 - Kap ta' Skola 12 - Assistent Kap ta' Skola 2 - Direttur 3 - Uffiċjal Edukattiv 5 - Instructor 2 - Assistent Direttur 2 - Subject Co-Ordinator 1 - Kindergarten Assistant Konfermati li ser jispiċċaw ta' 60 sena 3 - Kap ta' Skola 2 - Assistent Kap ta' Skola 2 - Assistent Direttur 1 - Uffiċjal Edukattiv 1 - Kindergarten Assistant
Leg 9 PQ #37998 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Pitches

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandhiex il-ħsieb li tagħmel xi pitches fl-iskejjel bil-ħaxix artifiċjali? Jekk iva, liema skejjel u b'liema spiża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għandha l-ħsieb li ttejjeb il-faċilitajiet sportivi u l-ispazji tar-rikreazzjoni fl-iskejjel. Għal dan il-għan nidiet programm, u numru ta' Periti diġa` taw l-ewwel rapporti tagħhom li bħalissa qed jiġu evalwati. Għaldaqstant, għadu kmieni wisq biex jiġu identifikati xi skejjel partikolari u ma tistax tingħata stima għalissa.
Leg 9 PQ #37999 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reġistrazzjoni ta' armi tan-nar

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien hemm armi tan-nar reġistrati mal-pulizija? Jista' jagħti breakdown tat-tip ta' dawn l-armi? Kemm minn dawn l-armi huma meqjusa bħala antiki u għalhekk ma jistgħux jintużaw aktar? Kemm ġew reżġistrati għall-ewwel darba fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed ikun ikompilat.
Leg 9 PQ #38000 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Armi reġistrati mal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid minbarra l-armi tan-nar liema armi oħra għandhom jiġu reġistrati mal-Pulizija? Kemm hemm reġistrati minn kull tip? Kemm minn dawn l-armi ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ż-żamma ta` armi huwa regolat bl-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed ikun ikompilat.
Leg 9 PQ #38025 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Tiswija ta' soqfa

Question

Fir-rigward ta' l-iskola Dun Frans Camilleri l-Ħamrun, jistgħu jitranġaw is-soqfa mil-ħsara li hemm? Fis-sitt sena kemm hemm għalliema Għawdxin? Hux il-każ li l-attendenza tagħhom tista' tkun imtejba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li rigward is-soqfa, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tieħu parir professjonali mingħand Perit u tagħmel dak li hu neċessarju biex jekk hemm xi ħsara din tissewwa. Id-Diviżjoni qed issegwi l-attendenza ta' l-għalliema fl-iskola.

Triq San Luqa G'Manġia — Tiswija tat-triq

Question

Peress li ambulanzi jgħaddu minn Triq San Luqa G'Mangia, jistax il-wiċċ ta' din it-triq jinżamm fi stat aħjar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi Triq San Luqa ġewwa G'Manġia hija triq asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabbilita tal-Kunsill Lokali.

Arena ta' l-Indipendenza — Latrina Pubblika

Question

B'referenza għal PQ's 36964, 37080, 37243, 37385 dwar il-latrina pubblika fl-Arena ta' l-Indipendenza, Floriana, tistax titranġa peress li donnha ma taqa' taħt ir-responsabilita' ta' ħadd (Kunsill Lokali, Ministeru, Saħħa, Edukazzjoni u Intern)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din il-latrina pubblika sarulha tiswijiet konsiderevoli u huwa maħsub li x-xogħol jitkompla matul din is-sena.