Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38158 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College - Lecturer tas-systems of knowledge

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex lecturer fis-systems of knowledge fil-Junior College, li ismu qed jintbagħat separatament, li jikkordina l-projects għall-Matsec juża kliem goff u mhux adattat li jaqta' l-qalb ta' l-istudenti b'attitudni dispreġjattiva lejhom meta jidhirlu li ma jaqbilx mal-proġett li għamlu? X'sens edukattiv jagħmel dan kollu?

Response (GALEA, LOUIS)

Jekk l-Onor. Membru jinformani x'kien il-kliem 'goff' u fil-konfront ta' kemm studenti intuża, jekk fil-fatt intuża, inkun nista' nevalwa l-każ. Sadanittant ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra artikolu tal-Professur Charles Pule` pubblikat fis-Sunday Times tat-30 ta' Ġunju, 2002 li jixħet dawl fuq is-suġġett.
Leg 9 PQ #38168 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Ħsarat fil-bini

Question

Jista' il-Ministru tara kif l-awtoritajiet kkonċernati għandhom sal-lum ma ħadux il-prekawzjonijiet neċessarji biex jiġi limitat il-periklu fl-BLK B, Flat 1 f' Taċ-ċawla, Rabat Għawdex peress li fih ħafna konsenturi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li wara li d­Dipartiment tal­Customer Services irċieva t­talba biex issir investigazzjoni dwar konsenturi fil­Block B Flat 1 fil­Qasam tad­Djar ta' Taċ­Ċawla, tqabbad Perit biex jispezzjona l­post u jipprepara rapport dwar ix­xogħlijiet meħtieġa. Ir­rapport ġie sottomess f'Diċembru li għadda u rrikmanda li jsiru investigazzjonijiet tal­pedamenti ta' l­istess blokk. Fil­fatt ix­xogħlijiet fuq din l­investigazzjoni ser jibdew fil­jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #38194 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti — Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li kien hemm fil qorti ma għadux jiffunzjona?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #38195 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Ftehim kollettiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu fuq it-tiġdid tal-ftehim kollettiv tal-Medigrain li suppost diġa' sar? Jekk ser jiġġedded, meta se jiġġedded?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena infurmat li sa llum il-kumpanija ma irċeviet ebda talba għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv.
Leg 9 PQ #37953 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Bdiewa — Refunds tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru kbir ta' bdiewa ilhom aktar minn tlett snin ma jirċievu r-refunds tal-VAT bħal każ li qed nibgħat separatament (VAT No. 12711535)? Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi ċ-ċifra ta' flus li trid titħallas lill-bdiewa f'Malta u Għawdex separatament bħala ħlas tar-refunds tal-VAT? Jista' l-Ministru jara li dawn ir-refunds jitħallsu mingħajr aktar telf ta' żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' bdiewa li jidher li għandhom jieħdu refunds tal-VAT 1999 huwa ta' 7 f'Malta u wieħed f'Għawdex li jammontaw għal total ta' Lm13,540 u Lm1,113 rispettivament. Dawn it-talbiet qegħdin jiġu verifikati u l-ħlas, jekk jinstab li hu dovut, mistenni isir dalwaqt.
Leg 9 PQ #38001 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marsaskala — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fil-kwistjoni ta' l-għassa tal-pulizija f'Marsaskala u jekk għandhux il-ħsieb li matul din is-sena jibni għassa tal-pulizija ġdida f'post ċentrali li tkun attrezzata tajjeb u li tkun miftuħa b'mod permanenti għal 24 siegħa kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Mhux minnu li r-residenti ta` Wied il-Għajn iridu jinqdew bl-Għassa tal-Pulizija ta` Ħaż Żabbar għax bħal ma diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid, l-Għassa ta` Wied il-Għajn qed tkun miftuħa u regolarment ikun hemm kuntistabbli jew surġent dettaljat hemmhekk, bl-eċċezzjoni li jista` jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-kuntistabbli jew surġent li jkun għassa joħroġ fuq xogħol fil-lokal. Ninsab infurmat ukoll illi l-possibilita` illi din l-Għassa tkun traskolata għal post ieħor għadha qed tkun mistħarrġa, pero` dan jiddependi fuq meta jinstab post li jkun addatat sabiex jaqdi l-ħtiġijiet aħjar mill-Għassa preżenti. Infurmat ukoll illi riċentement, bħala parti mill-programm ta` tiġdid fl-Għases tal-Pulizija, f`din l-Għassa ukoll sar xogħol ta` manutenzjoni estensiv kif ukoll ġiet fornita b`għamara ġdida u b`sistema ta` komunikazzjoni tar-radjo. Kemm ix-xogħol ta` manutenzjoni kif ukoll l-għamara sar kollu mill-membri tat-Taqsima tat-Trades tal-Korp tal-Pulizija stess.
Leg 9 PQ #38002 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Wied il-Għajn — Għassa ġdida

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li wara li l-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn nieda kampanja intensiva favur il-ħtieġa ta' għassa tal-pulizija f'post ċentrali u attrezzata tajjeb, inkluż bir-riżorsi umani neċessarji u wara l-preżentazzjoni ta' ittra ta' appoġġ lill-Membri Parlamentari kollha, saru xi xogħlijiet fuq l-għassa preżenti, kif ukoll inxtrat għamara ġdida? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid kemm hija s-somma minfuqa fuq xogħlijiet u fuq xiri ta' għamara?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38001 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #38003 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għases tal-pulizija — Ħaż Żabbar/Marsaskala

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li, minkejja l-isforzi kollha lin saru min-naħa tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għall-akkwist ta' għassa ġdida f'post adattat u attrezzat tajjeb, sal-lum, ir-residenti ta' Marsaskala jridu jinqdew bl-għassa ta' Ħaż Żabbar? Jista' il-Ministru jgħid ukoll kemm huma l-vetturi disponibbli għall-għassa ta' Ħaż Żabbar li trid taqdi l-bżonnijiet ta' Ħaż Żabbar u l-postijiet ta' l-inħawi, inkluż ta' Marsaskala?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li jiena tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38001, ninsab infurmat illi l-Għassa tal-Pulizija ta` Ħaż Żabbar hija l-Għassa prinċipali tal-Diviżjon, li tinkludi Wied il-Għajn. Għalhekk bhal kull Diviżjon ieħor tal-Korp tal-Pulizija, din għandha għad-dispożizzjoni tagħha karozza. Id-Diviżjon ta` Ħaż Żabbar ukoll jifforma parti mid-distrett ta` Bormla, fejn hemm żewġ vetturi oħra li jintużaw skond in-neċessita`. Pero` dan ma jfissirx illi f`każ ta` bżonn ma jsirx użu minn vetturi oħra tal-Korp tal-Pulizija, bħal ma huma tad-Distretti oħra jew tal-Mobile. Ta` min ifakkar ukoll illi matul ix-xhur tas-sajf f`Wied il-Għajn tiżdied il-preżenza tal-Pulizija fuq patrol, kemm minn tad-distrett kif ukoll minn taqsimiet oħra bħalma hija l-Iskwadra tal-Mobile u dik tal-Muturi tat-Traffiku, kif ukoll isir użu mill-Mobile Police Station.
Leg 9 PQ #38004 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marsaskala — Security Cameras

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jitwaħħlu security cameras f'diversi postijiet f'Malta u Għawdex u jekk fl-affermattiv jistax jgħid jekk Marsaskala hux wieħed minn dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa l-ħsieb tal-Korp tal-Pulizija li tkompli bl-istallazzjoni ta` aktar security cameras simili għal dawk li hemm fl-inħawi ta` Paċeville. Fil-fatt diġa` nbeda l-proċess għax-xiri ta` aktar minn dawn is-security cameras. Ninsab ukoll infurmat illi f`dan l-istadju għadhom ma ġewx determinati l-lokalitajiet fejn dawn il-cameras ser jiġu nstallati.
Leg 9 PQ #38005 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marasaskala — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba żar u daħal fl-għassa ta' Marsaskala?

Response (BORG, TONIO)

Qed nieħu gost li l-Onor. Interpellant qed jafferma li hemm għassa tal-Pulizija f`Wied il-Għajn, għax hawn min fil-Partit tiegħu qed jagħti l-impressjoni li m`hemmx għassa. Kemm ili Ministru ta` l-Intern fiż-żewġ leġislaturi żort diversi għases tal-Pulizija, inkluż Wied il-Għajn. Ma jfissirx li refurbishment tal-għases isiru skond fejn imur il-Ministru. Għalhekk għalkemm qatt ma kont żort l-għassa tax-Xgħajra, sar xogħol estensiv fiha.

Pulizija — Ħlas ta' Overtime

Question

Kuntistabbli tal-Pulizija li ntbagħtu jaħdmu 60 siegħa ma' l-immirganti fi żmien il-Milied se jitħallsu tas-sahra li għamlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi kien hemm xi membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu dettaljati xogħol għal 60 siegħa ma` l-immigranti illegali fi żmien il-Milied. Pero` jekk jagħtina iktar dettalji, nkun nista` nivverifika ulterjorment.

Pieta' — Stallazzjoni ta' lift

Question

Jistax jiġi mgħaġġel il-proċess ta' l-istallazzjoni ta' lift fi Block B1 Pjazza Madonna ta' Fatima Pieta', minħabba li resident fis-sular ta' fuq inħakem minn marda serja ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li miċ-ċertifikat mediku sottomess ma' l-applikazzjoni għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant ma rriżultax li fil-blokk toqgħod xi persuna b'diżabilita' ta' mobilita' u għalhekk l-applikazzjoni ma tissodisfax kundizzjoni ewlenija taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar.

Bjar

Question

Fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex u Kemmuna kemm hawn bjar skond ir-raħal, belt, jew taqsima u kemm hawn bjar li jintużaw mill-familji? Jistax ikun hawn reġistru bin-numru ta' bjar u l-qisin tagħhom u dan meta skond il-liġi Maltija kull dar suppost ikollha bir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi jeżistu records antiki fuq bjar pubbliċi fl-irħula u fl-ibliet ta' Malta u Għawdex. Dawn ir-records qegħdin għand il-Water Services Corporation. Ninsab infurmat ukoll li ma jeżistux records ta' bjar fi djar privati.

Raħal Ġdid — Wied Blandun

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura jitnaddaf jew jiġi żviluppat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Hu maħsub li l-parti li baqa' mhux żviluppata minn Wied Blandun tiġi riabilitata u ntegrata mal-Park Reġjonali tal-Kottonera, liema proposti jestendu mad-dawra tal-fortifikazzjonijiet ta' barra l-Kottonera kollha.
Leg 9 PQ #38068 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi il-mistoqsijiet parlamentari numri 37753 u 37541?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tal-Health Information iżomm statistika dwar mwiet ikkawżati minn inċidenti iżda ma jkollux informazzjoni dwar il-post ta' l-inċident. Din l-informazzjoni hija disponibbli mill-Occupational Health and Safety Department fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #38072 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġnien pubbliku hawn ġo Malta, Għawdex u Kemmuna? Liema huma l-ġonna f'idejn il-gvern ċentrali? Liema huma l-bliet u l-irħula u nħawi li m'għandhomx ġnien fejn ir-residenti jistgħu igawdu l-arja pura 'l bogħod mis-sewqan tal-karozzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi din: a) Il-ġonna f'Malta jammontaw għal 106. b) Dwar il-ġonna t'Għawdex u Kemmuna l-Onor Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex. c) Il-ġonna f'idejn il-Gvern ċentrali huma dawn: Floriana: The Mall, il-Ġonna ta' l-Argotti u San Filippu, il-Ġnien ta' Sa Maison, Ġnien Herbert Ganado u Ġnien il-Mistrieħ. Valletta: Il-Barrrakka ta' Fuq u l-Barrakka t' Isfel. Attard: Il-Ġonna ta' San Anton. Dingli: Il-Ġonna tal-Buskett. d) Ftit huma dawk l-irħula, jekk jeżistu, li m'għadhomx fejn jistgħu jgawdu l-arja pura mis-sewqan tal-karrozzi. Jekk jeżisti xi nuqqas, l-arja pura tista' titgawda f'postijçt fejn il-Gvern qçgħed jçħu ħsçb bçx igawdi l-pubbliku ġenerali bħal Ta' Qali, il-Ġonna tal-Buskett, San Anton u postijçt oħra.