Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kumpannija Maltacom mhux qed tagħti aktar is-servizz tat-telecare lil applikanti l-ġodda? Jista' jgħid xi problema hemm mal-gvern jew aħjar mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali li huma responsabbli li jħaddmu dan is-serivzz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li s-servizz tat-Telecare huwa servizz soċjali li joffri l-Gvern lil nies bi ħtiġijiet partikulari. Dan is-servizz, li huwa sponsorjat bejn il-Gvern u l-Maltacom, huwa marbut ma' ammont speċifiku ta' abbonati.
Kull tant żmien jiġri li t-talba għal dan is-servizz taqbeż l-ammont miftiehem u għalhekk l-applikanti ġodda jkollhom jistennew sakemm isir l-upgrading neċessarju biex ikunu jistgħu jingħataw dan is-servizz.
Jista' il-Ministru jikkonferma li nhar il-Ġimgħa 3 ta ' Jannar 2003 filgħaxija fit-tard iddaħħal tifel ta' ħmistax-il sena fl-Isptar San Luqa jsofri minn avvelenaent alkoħoliku wara disco party li attenda f'post ta' divertiment f' Baħar iċ-Ċagħaq li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jikkonferma wkoll li dan it-tifel kellu jiddaħħal fl-ITU għaliex kien hemm biża li kellu xi ħaġa serja b'effett ta' l-alkoħol? Il-pulizija ġiet infurmata dwar il-każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Le ma nistax għal raġunijiet ovvji fosthom li domandi bħal dawn ma humiex skond l-iStanding Orders tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid fis-sena 2002 kemm kien hemm żagħżagħ taħt l-eta' legali li nqabdu mill-pulizija f'Malta u Għawdex f'xi post ta' divertiment? Kemm-il darba ttieħdu passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet ta' divertiment? Jista' jagħti lista' ta' liema huma dawn il-postijiet u l-lokalita' tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 kien hemm tmienja u sebghin (78) persuna taht is-sittax-il sena li nqabdu f'postijiet ta' divertiment. B'rizultat ta' dan il-Pulizija hadet passi quddiem il-Qorti kontra hdax (11) il-sid ta' dawn l-istabbilimenti li jinsabu f'San Giljan, ix-Xemxija, Mellieha, Buskett u Rabat Ghawdex.
Skejjel — Programmi kontra xorb alkoħoliku u tipjip
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel ta' l-Istat, Indipendenti u tal-Knisja li talbu għajnuna lill-Awtoritajiet ta' l-Edukazzjoni biex iħejju u jattwaw programmi kontra x-xorb alkoħoliku u kontra t-tipjip u dan fl-2002?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wieħed mill-għanijet tal-Kurrikulu Nazzjonali jitkellem dwar l-għażliet ta' stili ta' ħajja. L-abbuż mill-alkoħol u t-tipjip jidħlu ma' dan l-oġġettiv u għaldaqstant huma parti regolari mill-programmi fl-iskejjel Maltin.
Fl-iskejjel, l-għalliema huma mistennija li jiprovdu dan is-servizz. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tgħin dan l-aspett ta' l-Edukazzjoni bis-servizzi ta' għalliema speċjalizzati fis-settur tal-Personal and Social Development (PSD) u l-Guidance and Counselling. F'dan il-qasam id-Diviżjoni ssib l-appoġġ ta' NGO's bħal Caritas, Sedqa u Oasi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet mingħand skejjel ta' l-Istat, Indipendenti u tal-Knisja biex iħejju u jattwaw programmi kontra l-abbuż tad-droga u dan fl-2002?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kurrikulu Nazzjonali jitkellem dwar għażliet għaqlin u għalhekk l-abbuż tad-Droga wkoll huwa parti minn dan is-suġġett.
Informat li fl-iskejjel, l-għalliema huma mistennija li jipprovdu dan is-servizz. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tgħin dan l-aspett ta' l-Edukazzjoni bis-servizzi ta' għalliema speċjalizati fis-settur tal-P.S.D. u Guidance. Caritas, Sedqa u Oasi huma fost NGO's li jagħtu appoġġ f'dan il-qasam lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna? Fejn jinsabu? Kemm minnhom jintużaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li f'Malta, hawn ħdax-il Ċimiterju tal-Gvern, f'Għawdex hemm tnejn, waqt li f'Kemmuna m'hemm l-ebda ċimiterju tal-Gvern.
Dawk f'Malta jinsabu fil-lokalitajiet segwenti-
Mosta, Mellieħa, Raħal Ġdid (Addolortata), Mġarr, Burmarrad, Pieta' (Ta' Braxia), Qormi, Rabat, Żebbuġ, Kalkara w is-Siġġiewi.
Ta' Għawdex jinsabu fix-Xewkija w Victoria.
Iċ-Ċimiterji tal-lokalitajiet segwenti m'humiex jintużaw preżentement-
F'Malta-Kalkara, parti minn Ta' Braxia (Pieta') u tas-Siġġiewi.
F'Għawdex iċ-Ċimiterju ta' l-Għonq fil-Victoria.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li oltre minn dawn iċ-Ċimiterji, jeżistu dawk tal-knisja, f'diversi lokalitajiet, li huma kkontrollati mill-Kurja.
Jista' l-Ministru jara li triq bejn ir-Rabat u s-Siġġiewi titranġa peress li hemm numru ta' ħofor li jagħmlu għajb lilna u ħsara lill-karozzi? Jistgħu almenu jsiru l-irqajja biex jonqos il-periklu?
Response (GALEA, ĊENSU)
It-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Iħoss il-Ministru li r-roti jiġu reġistrati fil-kunsilli lokali beix ikun ċertifikat b'numru u bid-dawl u mezzi xierqa, fosthom mezz ta' waqfien biex nevitaw inċidenti ta' tfal u żgħażagħ li jweġġgħu bir-roti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m`hiex il-policy ta` dan il-Ministeru li r-roti jiġu reġistrati fil-Kunsili Lokali. Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant, iħoss li għandu jsir xi forma ta` reġistrazzjoni fuq ir-roti biex dawn ikollhom dawk il-mezzi xierqa sabiex jiġu evitati inċidenti, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Transport.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn qassisin li qabżu s-60 sena ġo Malta, Għawdex u Kemmuna? Kemm minn dawn qegħdin jirċievu l-pensjoni ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li (a) fil-każ ta' l-iskema kontributorja, persuna assigurata tkun intitolata għall-pensjoni għal min jirtira jekk fost ħwejjeġ oħra, tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet dwar n-numru ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati lilha, u (b) fil-każ ta' l-iskema mhux kontributorja, din trid tkun tissodisfa t-test tal-meżżi.
Il-vokazzjoni reliġjuża mhix kriterju li fuqu l-liġi tibbaża d-dritt għall-pensjoni. Għaldaqstant id-Dipartiment qatt ma ħass il-ħtieġa li tinżamm statistika kif qed jitlob l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex beħsiebu jerġa' jagħmel il-lift fil-Barrakka ta' Fuq u jħaffef iċ-ċaqliq ta' passiġġieri mix-xatt għal ħdejn Kastilja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-konsorzju Renaissance, li hu l-konsorzju li ser jieħu ħsieb il-proġett tal-Connections, u dan il-lift jifforma parti mill-proposta li għamel dan il-konsorzju lill-Gvern. Għalhekk jekk id-diskussjonijiet ma' dan il-konsorzju jkunu pożittivi, il-lift isir bħala parti mill-proġett tal-Connections.
Katamaran — Servizz mill-Birgu għall-Imġarr Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Katamaran huwiex se jaħdem ukoll mix-xatt tal-Birgu, Malta sa l-Imġarr Għawdex? Ma taħsibx il-Ministru li mossa bħal din tiftaħ ċaqliq ekonomiku l-iżjed meta jkun hemm il-Monti f'Bormla?
Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' materja prima
Question
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' l-ikel impurtati minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju ta' l-2004?
Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott?
Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-informazzjoni mitluba, li hi ta' natura komplessa u ta' ħafna dettal, jista' jsibha fit-Tariffa Komuni tal-Komunita' Ewropea. Dan jista' jagħmlu wkoll billi jikkonsulta l-website relattiva.
Il-kundizzjonijiet li Malta innegozjat fuq prodotti ta' importazzjoni jinsabu fuq il-website tal-MIC. Dak li ma jidhirx hemm, minn Mejju tas-sena 2004, ikun impurtat skond il-protezzjoni taħt it-Tariffa Komuni tal-Komunita' Ewropea. Hawnhekk l-Onor. Interpellant isib l-informazzjoni kollha meħtieġa. Għandu jkun jaf ukoll li t-talbiet li Malta għamlet u nnegozjat huma skond il-ħtiġiet tagħna li storikament impurtajna tul l-aħħar snin għall-konsum lokali tagħna.
Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel
Question
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' materja prima ta' l-ikel impurtati minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004?
Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott?
Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti tax-xorb
Question
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti tax-xorb impurtati minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004?
Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott?
Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' tabakk impurtati minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004?
Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott?
Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Non EU countries — Importazzjoni ta' ikel proċessat
Question
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern Malti u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' ikel proċessat impurtat minn non EU countries li se jkunu marbuta ma' tariffa imposta mill-UE mill-għada tas-sħubija ċioe' wara Mejju taż l-2004?
Kemm fil-fatt hi t-tariffa prodott prodott?
Għaliex għallinqas ma ntalabx perijodu transitorju fuq dawk il-prodotti li l-bdiewa, raħħala u l-Agro/Industrija lokali ma tipproduċiex lokalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel
Question
Jista' l-Ministru jinformani għaliex fin-negozjati daħal u ġie aċċettat il-prinċipju li titneħħa l-levy fuq it-tadam proċessat, imbagħad jidħlu dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti proċessati, l-Agro Industrija tagħna ma tipproduċiex bħal tonn taż-żajt, corned beef, luncheon meat, eċċ impurtat minn Non EU countries?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar tneħħija ta’ levies fuq prodotti agro-industrijali Malta nnegozjat li sa ħames snin wara s-sħubija Malta tapplika s-safeguard clause biex jintlaħaq bilanċ bejn produzzjoni lokali, konsum lokali, u importazzjoni bil-għan li l-ebda suq ta’ kwalunkwe settur ma jiġi effettwat b’mod negattiv.
Rigward prodotti li sa llum Malta kienet tixtri bi prezzijiet internazzjonali jew preferenzjali, Malta nnegozjat li sa seba’ (7) snin wara sħubija, l-istess importazzjoni tkun issussidjata b’għajnuna finanzjarja li se tinħareġ nofs-bin-nofs bejn Malta u l-UE u dan bil-għan li l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti jibqgħu fil-livelli li nafuhom illum.
Fuq prodotti li l-UE diġa’ għandha ftehim ma’ pajjiżi oħra u li minnhom storikament nimpurtaw prodotti, Malta nnegozjat biex wara sħubija dan l-ammont ta’ importazzjoni jiżdiet mal-kwota tal-UE.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pieni li ġew mogħtija mill-Qrati lil dawk il-persuni li nstabu ħatja ta' serq mill-1998 sa l-2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq għal kull każ kif ukoll l-eta' u s-sess tal-persuna li ġiet ikkundannata? Jista' jgħid jekk minn dawk li nstabu ħatja kienx hemm min reġa' tressaq il-Qorti akkużat bl-istess reat jew reati aktar serji fl-istess perijodu u x'kienu l-pieni nflitti f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` persuni li nstabu ħatja ta` serq mill-01/01/98 sa 31/12/2002 huwa kif jidher hawn taħt:
Malta 1072
Għawdex 125
F'Malta ma tinżammx statistika ta` l-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onor. Interpellant waqt li f`Għawdex id-dettalji huma kif jidhru fuq annessi li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37949, jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb b'referenza għall-Korporazzjoni dwar ix-Xogħol u Taħriġ, l-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm tmien persuni li preżentement qed jagħmlu xogħol ta' spetturi mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
San Pawl il-Baħar — Skola primarja - tifla ta' sitt snin
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom koppja fejn il-missier huwa ċittadin Maltin li mar idaħħal lil bintu fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar ma tħalliex jagħmel dan meta hemm l-obbligu li l-istat jipprovdi edukazzjoni lil din it-tifla ta' sitt snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bħalissa qed tieħu ħsieb isiru arranġamenti biex it-tifla konċernata tiddaħħal fl-ewwel klassi.