Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38325 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħir — Importazzjoni mill-UE

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' xgħir u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tax-xgħir issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tax-xgħir stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.
Leg 9 PQ #38326 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Każ dwar ħlas ta' pagament

Question

Jista' d-dipartiment ta' l-artijiet jirrimedja l-pagament dovut lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament? Peress li l-familja konċernata teħtieġ il-flus in kwestjoni għar-raġunijiet ta' mard tal-familja, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Ministeru jawtorizza l-approvazzjoni mmedjatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet għandu talba mid-Dipartiment tat-Toroq biex jesproprija aktar art fl-istess area fejn kienet ġiet esproprijata l-art indikata separatament u li ġiet imħallsa. Bħal issa id-Dipartiment qiegħed fl-istadju li jipprepara l-pjanti relattivi biex ikun jista` jsir l-esproprju. Dan il-proċess ħa ftit fit-tul billi d-Dipartiment kellu jistenna li jiġi provdut bi pjanti mid-Dipartiment tat-Toroq. Kif isir l-esproprju ikun jista` jinbeda l-proċess biex jiġi aċċertat min huma s-sidien. Wara dan il-proċess is-sidien ikunu jistgħu jiġu ikkumpensati.
Leg 9 PQ #38384 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDP — Tilwima ndustrijali

Question

X'inhija s-sitwazzjoni fl-MDP illum? F'hiex waslet it-tilwima industrijali u kemm hija ż-żieda li qed tintalab?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kumpanija Malta Dairy Products hija kumpanija awtonoma taħt il-kontroll tal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib. Għaldaqstant nissuġġerixxi li mistoqsijiet dwar din il-kumpanija isiru lill-management ta' l-istess kumpanija.
Leg 9 PQ #38385 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Importazzjoni

Question

Kemm kienet l-importazzjoni mill-Medigrain f'dawn l-aħħar 10 xhur? X'livelli ta' kwalita' ta' ċertifikazzjoni kellhom is-sorsi mportati u mil liema pajjiżi kienu ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar xhur l-importazzjoni mill-Medigrain kienet tammonta għal mija u għoxrin elf tunnellata metrika. L-importazzjoni saret mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Arġentina, il-Brażil, ir-Russja u l-Ukrajna. L-importazzjoni kollha kellha ċ-ċertifikazzjoni mitluba mill-awtoritajiet tas-saħħa, veterinarji u plant health.
Leg 9 PQ #38386 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni tal-Medigrain u tal-ħaddiema tal-Medigrain? Fil-fatt il-Medigrain se tagħlaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li diġa magħruf li l-qasam li fih topera l-Medigrain ser jiġi liberalizzat, il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għadu qed jistħarreġ ir-rwol futur tal-Medigrain f'dan il-kuntest ġdid. Dan kollu diġa ġie spjegat direttament lill-rappreżentanti tal-ħaddiema involuti li ngħataw ukoll assikurazzjoni li l-interessi legittimi tal-ħaddiema ser jiġu salvagwardjati.

Drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 38565 u cioe' jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li ilha pendenti snin twal biex fi Triq tal-Barrani, Zejtun, in-naħa ta' Bir id-Deheb, jitkompla id-drenaġġ għax din il-parti minkejja li hemm diversi residenti għadha bla servizz ta' drenaġġ? Billi dawn il-familji ilhom snin twal jitolbu biex jitkompla id-drenaġġ, possibbli ningħata informazzjoni fejn waslet din it-talba u meta hu maħsub li jsir? Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija tiegħi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #38626 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Bini ta' substation

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W396 li saret lil-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent u li ġiet imwieġba fis-seduta Numru 844 fit-13 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid: Meta saru ilmenti mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun dwar il-bini ta' din is-substation u jekk saru, sarux bil-miktub jew bil-fomm? Meta ntlaħaq qbil bejn l-Enemalta u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun? Meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA għall-alterazzjonijiet skond il-ftehim milħuq? Minħabba l-fatt li hemm problema kbira fost kumpanniji fil-viċinanzi li jħaddmu n-nies minħabba vultaġġ baxx meta hu maħsub li se tibda din is-substation u meta bejn wieħed u ieħor titlesta? Possibbli l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond ir-rekords miżmuma mill-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li l-ewwel ilment uffiċjali li sar mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun dwar il-bini ta' substation fi Triq is-Suq sar fl-14 ta' Awissu 2002. Il-qbil intlaħaq waqt laqgħa li saret fis-7 ta' Novembru 2002. L-applikazzjoni biex tinbena substation f'post ieħor ġiet sottomessa fl-20 ta' Jannar 2003. L-applikazzjoni ġiet sottomessa dakinhar peress li l-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar ma kienetx qed taċċetta applikazzjonijiet ġodda b'rizultat ta' azzjoni industrijali meħuda mill-impjegati ta' l-istess Awtorita'. Din l-applikazzjoni, li ggib in-numru 00147/03, kienet ġiet irritornata lill-Korporazzjoni peress li l-levy relattiva ma kienetx tħallset kollha. Il-pagament li kien sar ma setax jittieħed in konsiderazzjoni u l-applikazzjoni kienet ser tiġi ittrattata bħala "B1 full application". Il-Korporazzjoni Enemalta ma tistax tibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq is-sit il-ġdid li ġie issuġġerit mill-Kunsill Lokali qabel joħroġ il-permess relattiv.

Ħ'Attard — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li tingħata wiċċ xieraq lit-triq bl-isem Daħlet l-Istrinġitur f' Ħ'Attard, speċjalment in vista tal-fatt li din kważi kompletament żviluppata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-direttorat għat-Toroq għandu diversi talbiet għal xogħlijiet fejn l-iżvilupp għadu lura bħal f'dan il-każ, u għalhekk qiegħed fil-proċess biex jifformula pjan biex toroq bħal dawn li jkunu ilhom miftuħa imma ma jkunux żviluppati kompletament ikunu jistgħu jingħataw surfacing temporanju biex ir-residenti f'dawn it-toroq ma jibqgħux f'sitwazzjoni ta' nkonvenjent.

Zebra crossing — Triq Diċembru 13

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li tinżebagħ iż-zebra crossing ta' quddiem ir-riding school fi Triq Diċembru 13 (Ara site plan annessa under separate cover) minħabba li din marret għal kollox?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-zebra crossing li qed tintalab li terġa tinżebagħ qatt ma eżistiet.

Pulizija — Każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account

Question

Minħabba l-inkonvenjenza fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd li jkollu joint account, tista' sseħħ emenda fil-kodiċi ċivili sabiex fil-każ imsemmi fuq, il-joint account ma jinżammx?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jemenda l-liġi fis-sens indikat fil-mistoqsija iżda qabel kollox irid jara l-veduti tal-banek kummerċjali.
Leg 9 PQ #38630 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival kanzunetta għall-Ewropa — Executive Producer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa l-Executive Producer?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru illi r-risposti għal Mistoqsijiet tiegħu dwar il-ħlas dovut għal servizzi partikolari li twettqu għal jew matul il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa 2003 jinsabu elenkati fit-tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38631 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-Kanzunetta Maltija — Ko-ordinatur Ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa l-Ko-ordinatur Ġenerali?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38632 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur Artistiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur Artistiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38633 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur Tekniku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur tekniku?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38634 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival Kanzunetta għall-Ewropa — Direttur tal-palk

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur tal-palk?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38635 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet/Festival għall-kanzunetta għall-Ewropa — Direttur tal-Backstage

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa d-Direttur tal-Backstage?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38630.
Leg 9 PQ #38648 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir mera biex is-sewwieqa li jkunu ġejjin minn Triq Merħba Fgura (minn naħa ta' Tarxien) jkunu jistgħu jaraw min ser ikun ġej minn Triq is-Sur peress li hi xi ftit blind corner?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ma għamel l-ebda talba għal mera biex is-sewwieqa li jkunu ġejjin minn Triq Merħba Fgura (minn naħa ta' Tarxien) jkunu jistgħu jaraw min ikun ġej minn Triq is-Sur.
Leg 9 PQ #38649 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pakkett tas-Sħubija — Kwalita' ta' l-arja

Question

Wara t-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 38606, jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed jintnefaq għal dan ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah, jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser idum biex jitwettaq?

Response (BORG, TONIO)

Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38606, tagħmel referenza għal infrankar ta` flus u għalhekk ma nistax nifhem għalfejn l-Onor. Membru qed tistaqsi fuq infieq ta` flus.
Leg 9 PQ #38650 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Impjant tal-gass

Question

Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38592 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed jintefaq għall dan ix-xogħol ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah jiġifieri jekk Malta jew l-UE? Kemm ser idum biex jitwettaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38651 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Petrol — Dħaħen perikolużi

Question

Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38591 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed iqum dan ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah, jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser iddum biex jitwettaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.