Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38209 Sitting 855 2003-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Birgu — Latrina pubblika

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38070 li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid jekk hemmx post alternattiv għall-public convenience li kien hemm fejn qabel kien hemm id-DOI u llum hemm l-Aċċess fil-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-'public convenience' msemmija twaqqgħet. Minflok ġiet mibnija oħra ġdida xi 60 metri 'l bogħod.
Leg 9 PQ #38013 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal li se jipiċċaw mill-iskola fl-aħħar ta' din is-sena skolasitika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li ser jispiċċaw tfal mill-iskola fl-aħħar ta' din is-sena skolastika? Jista' jgħid kemm ser jispiċċaw mill-iskejjel tal-Istat, Indipendenti u tal-Knisja? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ser jispiċċaw mill-Iskejjel fl-aħħar ta' din is-sena skolastika hu kif ġej: Subien Bniet Total Skejjel ta' l-Istat 1818 1962 3780 Skejjel tal-Knisja 798 637 1435 Skejjel Indipendenti 208 160 368
Leg 9 PQ #38014 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sena li għaddiet kienx hemm każi fejn il-pulizija bil-poteri mogħtija lilha għalqet xi post ta' divertiment minnufih li nstabu tfal taħt l-eta' fihom? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti dettalji dwar liema kienu dawn il-postijiet, f'liema lokalita' u għal kemm żmien ingħalaq kull post?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ma kien hemm ebda post ta' divertiment fejn giet ordnata is-sospensjoni tal-licenzja minhabba li kienu thallew jidhlu persuni taht l-eta ta' sittax-il sena.
Leg 9 PQ #38015 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Alkoħol — Tfal taħt is-sittax il-sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi tippermettix li tfal taħt l-eta' legali ta' sittax-il sena jidħlu f'postijiet ta' divertiment fejn ikun servut l-alkoħol anke jekk ma jixorbux alkoħol huma stess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Regolamenti biex jinzamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment jipprojbixxu li persuni taht l-eta' ta' sittax-il sena jithallew jidhlu gewwa lokalita` ta' divertiment.
Leg 9 PQ #38016 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Ġiljan — Żagħżagħ/alkoħol

Question

Jista' il-Ministru għalkemm fi tweġiba preċedenti ta' ftit xhur ilu qal li qed ikun hemm sorveljanza fl-inħawi ta' fuq ta' St. George' Road f'San Ġiljan fejn qed ikun hemm ħwienet (mhux bars) li qed ibiegħu nbid u xorb alkoħoliku ieħor liż-żagħżagħ anke taħt l-eta', jgħid kemm-il darba nqabdu dawn il-ħwienet ibiegħu dan l-alkoħol? Jista' il-Ministru jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji peress li għandi lmenti li l-playing fields faċċata ta' dawn il-ħwienet qed tkun mimlija żagħżagħ jixorbu l-alkoħol u li l-Ħadd filgħodu dan il-post ikun mimli fliexken vojta speċjalment ta' l-inbid?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ma kienx hemm okkazzjonijiet fejn irrizulta illi l-hwienet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant bieghu inbid, birra jew likuri spirituzi lil persuna taht sittax-il sena. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tkompli taghmel sorveljanza fl-inhawi msemmija.
Leg 9 PQ #38017 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Awerness/Xorb alkoħoliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-programm imħejji mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għall-kumplament ta' din is-sena skolasitka biex ikun hemm aktar awareness fost l-istudenti żagħżagħ li x-xorb alkoħoliku fl-eta' tagħhom huwa ħażin? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm imħejji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Programm imħejji mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar l-abbuż mix-xorb alkoħoliku jmur iżjed milli joħloq 'awareness'. L-importanza tal-programm qegħda fuq l-Edukazzjoni tal-valuri tas-Saħħa u tal-ħajja. il-ħiliet ta' kif tieħu deċiżjoni u bidla fl-imġieba taż-Żgħażagħ. Il-Programm dwar dan is-suġġett qiegħed għal evalwazzjoni ta' l-esperti Kurrikulari u għaldaqstant id-Diviżjoni ma tarahiex prudenti li tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm f'dan l-istadju. Meta l-programm kollu jkun approvat, ma ssibx diffikulta` li tagħti kopja ta' l-istess programm.
Leg 9 PQ #38018 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Programmi fuq sess edukattiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel ta' l-istat, indipendenti u tal-knisja li talbu l-għajnuna lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni biex iħejju u jattwaw programmi fuq sess edukattiv mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2002? Liema kienu dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li billi l-Edukazzjoni Sesswali hija parit mill-Kurrikulu Nazzjonali, l-għalliema fl-iskejjel huma mistennija li jipprovdu għal dan l-aspett edukattiv. Kull meta l-iskejjel Statali u Non-Statali jħossu l-bżonn li jitolbu l-għajnuna tad-Diviżjoni, din isibuha fiż-Żjajjar fl-iskejjel li jsiru mill-Uffiċjali tad-Diviżjoni, fil-laqgħat ta' l-għalliema u fil-Korsijiet ta' taħriġ.
Leg 9 PQ #38080 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn oqbra vojta ġewwa Malta u Għawdex? Kemm jinbiegħ qabar? Kemm jiġi jiswa funeral bejn wieħed u ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'Malta u Għawdex, bħalissa fiċ-Ċimiterju tal-Gvern m'hawnx oqbra vojta (għal bejgħ), ħlief għal dawk tal-komun li jintużaw skond il-bżonn. Il-prezz tax-xiri għal sit ta' qabar huwa stabbilit mill-'Burials Ordinance' Chapter 17 Para. 3, għal prezz ta' LM25. Il-prezz tal-qabar proprju f'ċimiterju tal-Gvern jiġi determinat minn kemm tiġi l-ispiża totali biex tali oqbra jinbnew. Il-prezz ta' funeral jiġi determinat minn min qiegħed jorganizzah, u tali responsabilita` ma taqax taħt dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #38083 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tul ta' ħitan tas-sejjieħ f'Malta, Għawdex u Kemmuna u min hu responsabbli tal-ħitan tas-sejjieħ, il-Gvern Ċentrali, gvern lokali sid il-għalqa jew il-bidwi? F'każ li ħajt jiġġarraf, kemm żmien għandu biex jissewwa biex titħares il-ħamrija u jonqos il-periklu ta' ġebel fit-toroq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li għad m'hawnx informazzjoni uffiċjali dwar kemm hawn tul ta' ħitan tas-sejjieħ. Ir-responsabbilta' li l-ħitan jinżammu fi stat tajjeb hi tal-bidwi jew ta' sid ir-raba' jekk ma jkunx hemm ftehim ieħor. Fil-każ ta' ħitan ma' toroq pubbliċi jiddependi mill-livelli tal-ħamrija paragun mal-livell tat-triq. Jekk ikun hemm xi żgombru fit-triq ikunu responsabbli l-pulizija u l-kunsilli lokali.

Ta' Qali — Trasport għall-football ground

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi organizzat trasport pubbliku dirett mil-lokalitajiet għall-ground ta' Ta' Qali biex jagħmel il-qalb lill-partitarji tal-football jattendu għal-logħob, kif ukoll trasport lura dirett għall-irħula u bliet wara l-logħba u b'hekk jitnaqqas ukoll it-tinġis ta' l-arja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm servizz dirett mill-Belt Valletta għal Ta' Qali u lura sabiex jaqdi l-passiġġieri kkonċernati. Is-servizz skedat normali jissupplimenta s-servizz dirett mill-irħula għall-Belt u viċi versa.

Bankini

Question

Jistax il-Ministru jgħid kemm hawn bankini f' Malta u Għawdex u Kemmuna u kemm minn dawn il-bankini huma aċċessibli għal kulħadd jiġifieri wiesa' biżżejjed biex jgħaddi siġġu bir-roti u rampi xierqa biex jinżlu minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien nfurmat illi għalkemm teżisti nformazzjoni dwar kemm hawn bankini u toroq fil-pajjiż, dan id-database mhuwhiex iddettaljat biżżejjed biex juri l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.

Periklu fit-toroq

Question

Iħossx il-ħtieġa l-Ministru li l-inkarigat mit-taqsima tat-traffiku tal-pulizija jgħarbel il-perikli tat-traffiku ta' kull belt jew raħal u jagħmel kitba bl-irqaqat u jgħaddiha lill-Kummissarju tal-pulizija li mbgħad jgħaddiha lill-prim Ministru ħalli fi żmien xieraq il-perikli u l-imwiet u korrimenti jonqsu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li d-doveri tal-Kummissarju tal-Pulizija u tat-Taqsima tat-Traffiku, ma jkoprux il-funzjonijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Dawn il-funzjonijiet huma responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali u tad-Direttorat ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport, li qegħdin il-ħin kollu jwettqu x-xogħol li qed jissemma fil-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 9 PQ #38098 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Taħriġ tas-sewqan — Periklu fis-sewqan

Question

Iħossx il-Ministru li biex ikun hemm kuxjenza aħjar tal-periklu tas-sewqan u perikli fit-toroq it-taħriġ tas-sewqan jibda fl-iskejjel biex b'hekk min joħroġ mill-iskola ta' sittax-il sena jkun jaf isuq vettura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt li l-iskejjel jipprovdu tagħlim fl-etika tas-sewqan u fir-responsabilita` taċ-ċittadini bħala passieġġiera u sewwieqa, l-aktar f'suġġetti bħal Personal and Social Development, Social Studies u Religjon, l-iskejjel m'għandhomx isiru ċentri ta' tagħlim li jwassal għal-liċenzja tas-sewqan.
Leg 9 PQ #38124 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex fin-negozjati daħal u ġie aċċettat il-prinċipju li titneħħa l-levy fuq perżut proċessat, imbagħad jidħlu dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti proċessati, l-Agro Industrija tagħna ma tipproduċiex bħal tonn taż-żajt, corned beef, luncheon meat, eċċ impurtat minn Non EU countries?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38123.
Leg 9 PQ #38125 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex fin-negozjati daħal u ġie aċċettat il-prinċipju li titneħħa l-levy fuq poultry proċessati, imbagħad jidħlu dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti proċessati, l-Agro Industrija tagħna ma tipproduċiex bħal tonn taż-żajt, corned beef, luncheon meat, eċċ impurtat minn Non EU countries?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38123.
Leg 9 PQ #38126 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' l-ikel impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004? Kemm fil-fatt hi l-kwota prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il-kwoti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38127 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU Countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' materja prima ta' l-ikel impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004? Kemm fil-fatt hi l-kwota prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il-kwoti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38128 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' xorb

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti tax-xorb impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004? Kemm fil-fatt hi l-kwota prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il-kwoti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38129 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Non EU countries — Importazzjoni ta' tabakk

Question

Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' tabakk impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004? Kemm fil-fatt hi l-kwota prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il-kwoti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-kundizzjonijiet li Malta innegozjat fuq prodotti ta' importazzjoni jinsabu fuq il-website tal-MIC. Dak li ma jidhirx hemm, minn Mejju tas-sena 2004, ikun impurtat skond il-protezzjoni taħt it-Tariffa Komuni tal-Komunita' Ewropea. Hawnhekk l-Onor. Interpellant isib l-informazzjoni kollha meħtieġa. Għandu jkun jaf ukoll li t-talbiet li Malta għamlet u nnegozjat huma skond il-ħtiġiet tagħna li storikament impurtajna tul l-aħħar snin għall-konsum lokali tagħna.

Servizz tat-telecare — Maltacom

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk f' dan l-aħħar xahar żmien inqalgħux problemi dwar is-servizz tat-telecare minħabba xi differenzi li hemm mal-Maltacom? Jista' jgħid x'soluzzjoni qed tiġi suġġerita sabiex persuni li qed jistennew dan is-servizz jingħatalhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tat-Telecare baqa' jingħata lil min jikkwalifika għalih dejjem bl-għajnuna tal-Maltacom.