Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-ġobon li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tat-trabb tal-ħalib xkumat li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-butir li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern taċ-ċanga tal-friża li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' il-Ministru jara kif mara armla li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija għal dawn l-aħħar snin qed tinaqgħtalha Lm12.35 fix-xahar u qiegħda tispiċċa b'pensjoni ta' Lm11.21? Tista' tiġi nfurmata għaliex qiegħda tinqata' din is-somma meta fit-28.2.01 kulma kellha tagħti kienet biss Lm52.00?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li dwarha saret id-domanda ġiet infurmata personalment bl-eżitu tal-każ tagħha.
B'referenza għall-mistroqsija parlamentari tiegħi li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa qed tiġi riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tara li Triq Għajn Dwieli, f'Raħal Ġdid titnaddaf regolarment peress li dan l-aħħar daħlu ħafna lmenti li qiegħda tiġi traskurata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi Triq Għajn Dwieli f'Raħal Ġdid titnaddaf regolarment darba fil-ġimgħa mill-kuntrattur inkarigat mit-tindif tat-triq imsemmija. Irrid inżid illi la d-Direttorat tat-Toroq u lanqas is-Sezzjoni għall-Ambjent Nadif tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet ma rċevew ilmenti, kif qed isemmi l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattattivi sabiex tinbieh Manoel Island Yacth Yard u jekk fl-affermattiv ma' min qed isiru dawn it-trattativi u jekk hemmx Maltin jew barranin involuti f' dawn it-trattativi? Saret xi sejħa biex tinbieh Manoel Island Yacth Yard? Qatt irċieva xi offerti minn imprendituri Maltin li wrew interessi li jixtru xi sehem minn Manoel Island Yacth Yard?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sa mill-1997 it-Tarzna kienet ħarġet sejħiet għal espressjoni ta' interess dwar Manoel Island Yacht Yard. L-ebda waħda mill-proposti li kienu saru ma kienet meqjusa bħala favorevoli. Bħalissa t-Tarzna ma qed tevalwa ebda espressjoni ta' interess.
F'dawn l-aħħar tliet snin jistax jingħad kemm niżlet xita fuq il-gżejjer Maltin u kemm minnha nġabret u kemm minnha nħliet? X'jista' jsir biex il-quddiem xita qawwija tinġabar kemm jista' jkun minnha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' xita li niżlet fuq il-gżejjer Maltin matul dawn l-aħħar tlett snin huwa hekk:
Malta 1999-2000 = 738.6mm
2000-2001 = 338.6mm
2001-2002 = 281.7mm
Għawdex 1999-2000 = 581.9mm
2000-2001 = 313.7mm
2001-2002 = 263.2mm
Minn din ix-xita normalment madwar 20% tinfiltra fl-art; il-kumplament jew jevapora jew imur il-baħar bħala surface run-off.
Minn 'records' ta' surface run-off f'ħames 'catchments' li huma l-Marsa, l-Imsida, Burmarrad, l-Imtaħleb u Marsalforn jinħarġu dawn il-valuri ta' surface run-off:
1999-2000 = 5.7%
2000-2001 = 2.1%
2001-2002 = 0.8%
Iż-żamma tal-widien fi stat nadif tgħin biex l-ilma tal-wiċċ ikun jista' jinġabar u jinfiltra aktar fil-ħażna ta' taħt l-art.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm dgħajjes tal-klandestini li għadhom ma nbiegħux? Jekk hemm kemm hemm u meta ser toħroġ l-offerta?
Response (GATT, AUSTIN)
Baqa` tlett dgħajjes tal-klandestini li kienu ġew konfiskati favur il-Gvern mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) bħala Qorti ta` Ġudikatura Kriminali u li sallum għadhom ma nbiegħux.
S'isa għad m`hemmx data meta dawn għandhom jinbiegħu b`offerta.
Jikkonferma il-Ministru li MDC ser tispiċċa? X'ser jsir minfloka? X'ser isir mill-ħaddiema preżenti? Se jitilfu posthom? Ser jidħlu ħaddiema ġodda? Xi żviluppi hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa' kelli l-opportunita' ngħid,anke f'din il-Kamra, bħalissa qed titwaqqaf entita' ġdida bl-isem ta' Malta Enterprise. Din ser tinkorpora b'mod integrat il-funzjonijiet li bħalissa jkopru l-MDC, il-METCO u l-IPSE.
Hemm il-ħsieb li din l-entita' ġdida tiġbor fiha l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema li bħalissa jaħdmu f'dawn it-tlitt organizazzjonijiet. Mhuwiex il-ħsieb li jiġu ingaġġati ħaddiema ġodda, jiġifieri minn barra dawn it-tlitt organizazzjonijiet, jekk mhux f'dawk il-każijiet fejn ħadd mill-impjegati tat-tlitt entitajiet eżistenti ma jinstab idoneu biex jimla l-vakanzi identifikati fil-Malta Enterprise. Dan mhux mistenni li jkun meħtieġ jekk mhux f'xi ftit mill-pożizzjonijiet l-aktar f'dawk tekniċi jew maniġerjali l-aktar għolja.
Il-ħaddiema ta' l-MDC, l-METCO u l-IPSE diġa' ingħataw il-garanzija li ħadd minnhom mhu ser jispiċċa bla xogħol. Dawk il-ħaddiema li għal xi raġuni ma jsibux post fl-entita' l-ġdida, ser jinstabilhom xogħol alternattiv fis-settur pubbliku bl-istess paga bħalma għandhom fil-preżent.
Bħalissa qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet u qed isiru l-intervisti għall-għażla biex jimtlew il-vakanzi fil-Malta Enterprise. Il-ħaddiema fit-tlitt azjendi involuti ġew infurmati dwar dan.
Jista' il-Ministru jidentifika s-siti li fadal ta' l-istazzjon tal-ferrovija u jara li dawn jissebbħu u jitħarsu biex il-wirt Malti jitħares, ngħidu aħna fil-marsa (l-iskola tas-subien San Ġużepp ħaddiem)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-sit fil-Marsa, imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien jifforma parti mis-sistema tat-Tram u mhux tal-ferrovija. Fil-preżent, dan is-sit qiegħed fil-kumpless ta' l-iskola bħala 'machine shop' u ma jeżistux fdalijiet li jistgħu jiġu restawrati.
Jistax il-Ministru jgħid kemm hawn Knejjes (kappelli) imxerdin ma Malta, Għawdex u Kemmuna u kemm minn dawn jinsabu f'idejn il-Gvern u humiex fi stat tajjeb mil-lat ta' ġebel, ħġieġ, etc; peress li bosta turisti jfittxuhom waqt il-passiġġati tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li ma jeżistux records ta' dan it-tip fuq kull knisja.
Non EU countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' materja prima ta' l-ikel
Question
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' materja prima ta' l-ikel impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli ta' dazji imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004?
Kemm fil-fatt huma d-dazji prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn id-dazji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' xorb impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli ta' dazji imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004?
Kemm fil-fatt huma d-dazji prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn id-dazji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' tabakk impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli ta' dazji imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004?
Kemm fil-fatt huma d-dazji prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn id-dazji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Non EU countries — Importazzjoni ta' ikel proċessat
Question
Issa li għalqu n-negozjati ta' sħubija bejn il-Gvern u l-UE, jista' l-Ministru jinformani liema huma l-prodotti ta' l-ikel proċessat impurtati minn Non EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli ta' dazji imposti mill-UE mill-għada li Malta ssir membru f'Mejju tas-sena 2004?
Kemm fil-fatt huma d-dazji prodott prodott u għaliex ma ntalabx perijodu transitorju ta' lanqas fuq dawn id-dazji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 38118.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37825 li riċentement saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' b'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-import tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-laħam aħmar u abjad impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37826 li riċentement saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' b'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-import tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq it-trabb tal-ħalib xkumat impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38071 u ċioe' dawk li għandhom I.D. Card ta' VAT inspectors kollha għandhom l-istess benefiċċji u kondizzjonijiet tax-xogħol?
X'kienet ir-raġuni li fi stadju partikolari ngħata x-xogħol ta' VAT inspectors lis-suldati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAQT Inspectors kollha għandhom l-istess benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol, li minn żmien għal żmien, jingħataw doveri diversi skond l-eżiġenzi u l-ħtiġijiet tad-Dipartiment.
Għall-bidu tas-sena 2001, numru ta' Revenue Security Personnel ġew assenjati mad-Dipartiment tal-VAT fejn ġew allokati dmirijiet partikolari relatati mal-kariga tagħhom bħala membri tar-Revenue Security Corps.
Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa f'dik li hi signage biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku japprova un/loading bays fejn meħtieġ skond il-policies tad-Direttorat. Għaldaqstant, delivery vans, meta jipparkjaw f'dawn l-un/loading bays, ma jiġux imħarrka. Min iħoss li għandu bżonn dawn il-bays għandu japplika għalihom ma' l-istess Direttorat.