Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħamrun — Taraġ/Labour office

Question

Jaf l-Onorevoli Ministru li t-taraġ tal-Labour Office tal-Ħamrun huwa kollu mkisser u għalhekk huwa ta’ periklu għal min juża dan l-uffiċċju? Jista’ il-Ministru jibgħat ħaddiema sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni ser jinvestiga dan il-każ.
Leg 9 PQ #38266 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — Tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li kien hemm fil qorti ma għadux jiffunzjona?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji mwaqqaf bl-Att Nru VIII tal-1997 għadu għaddej bix-xogħol tiegħu.
Leg 9 PQ #38267 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Livelli tal-ożonju — Partiċelli PM 10

Question

Din is-sena hemm fis-seħħ regolamenti li jirridwardjaw il-livielli tal-ożonju u l-partiċelli PM 10 fl-arja speċjalment fl-abitat. Jista' il-Ministru jgħidilna kemm il-darba qabżu l-livelli tal-ożonju u PM 10 fl-arja matul dawn l-aħħar 13 il-xahar? Kemm-il ġimgħa kien hemm fejn sar moniteraġġ bl-istazzjoni mobbli u meta kien bil-ħsara jew ma joperax? Ittieħdu xi passi dixxiplinarji kontra min ma tax l-apporvazzjoni biex l-istazzjon mobbili jissewwa? Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istazzjon mobbili għandux il-monitors jaħdmu kollha jew le? U jekk le għaliex ma ttieħdux passi urġenti biex dawn jissewwew? Kif ser jiġu mterpretati dawn ir-riżultati għas-sena 2002?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni dwar kemm-il darba nqabżu l-livelli fl-ożonju u l-PM 10 fl-arja għadhom qegħdin jiġu nterpretati u kkompilati. L-istazzjoni mobbli ma ħadimx bejn Marzu u Lulju 2002, minħabba nuqqas ta` staff. F`Ottubru xi monitors kienu bil-ħsara u ingħatat l-ordni għal manutenzjoni. Ma kienx hemm bżonn azzjoni dixxiplinarja għax l-approvazzjoni biex l-istazzjoni mobbli issirlu mantenzjoni ingħatat. Bħalissa tlieta minn ħames monitors qegħdin jaħdmu u l-oħrajn qegħdin jiġu serviced u jkunu lesti fi żmien qasir. Dawn ir-riżultati ser jiġu nterpretati bid-data li hemm storjata fil-computer u jinħarġu fir-rapport annwali.
Leg 9 PQ #38268 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent — Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 36344 fejn intqal li minħabba li l-awdituri tal-Unjoni Ewropea ma qablux ma kif ġew imħallsa l-konsulenti maltin; tant li d-dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent kellu jirrifuża s-somma ta' 74,777.50 euro, jista' jgħid meta minn fejn ġiet rifuża din is-somma ta' flus? Mill-fondi li ngħataw minn Brussel taħt il-"LIFE" jew mill-Budget tad-Dipartiment li jħallas il-poplu? Min ta l-awtorizazzjoni biex titħallas din is-somma? Min kien id-direttur u l-kor-ordinatur ta' dan il-proġett? Kemm tħallsu tax-xogħol li għamlu? Għaliex dan l-Istate of the Environment Report 1994 qatt ma ssemma u qatt ma ġie ppubblikat mill-Gvern Nazzjonalista? Tista' kopja ta' dan ir-rapport titpoġġa mill-Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

L-ewwelnett ta` min jgħid li fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36344 ma ntqalx li "l-awdituri tal-Unjoni Ewropea ma qablux ma` kif ġew imħallsa l-konsulenti Maltin", iżda "l-Awdituri tal-Unjoni Ewropea ma qablux li r-rati li ġew użati biex jiġi valutat ix-xogħol ...ikunu fuq l-istess livell tar-rati li tħallsu lill-konsulenti barranin". Nerġa` ntenni li l-ebda uffiċjal pubbliku ma ħa flus bħala kumpens għal dan il-proġett. Is-somma ta` flus in kwistjoni ġiet rifjuża fil-11 ta` Mejju 2000 u tħallset mill-flus allokati għad-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent u mhux mill-fondi li ngħataw minn Brussels taħt il-"LIFE". L-awtorizzazzjoni biex isir dan il-ħlas ingħatat mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent wara li ġie konfermat mill-Ministeru tal-Finanzi illi l-awtorizzazzjoni tagħhom ma kienitx meħtieġa. Il-ko-ordinatur ta` dan il-proġett kien is-Sur Louis Vella, li kien ukoll id-Direttur għall-Ħarsien ta` l-Ambjent. Skond dan il-proġett kellu jsir "An Eco-Audit and Preparation of an Environmental Action Plan". Dan ir-rapport kien baqa` dejjem bħala abbozz u għalhekk qatt ma ġie publikat.

Lead replacement petrol

Question

Kemm qed jiswa lill-Korporazzjoni Enemalta l-additive li jkollu jintuża ma' petrol bla ċomb (Lead replacement petrol or LRP) f'karozzi li jużaw petrol biċ-ċomb?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-Korporazzjoni Enemalta li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.

Floriana — Dwal fit-toroq

Question

Tista' il-korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li tinbidel l-istreetlight fi Triq l-Imħażen kantuniera ma' Triq il-Miratur Floriana?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.

Qorti Ewropea — Drittijiefarpt tal-bniedem

Question

Kemm-il ċittadin/kumpannija Maltija resqu każ quddiem il-Qorti Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fis-snin li għaddew?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull applikazzjoni, li xi ċittadin ta' Stat Membru tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem iressaq quddiem il-Qorti Ewropea, tiġi sottomessa direttament lill-Qorti w għalhekk l-istat, li tiegħu l-applikant ikun ċittadin, ma jiġix infurmat li tkun tressqet applikazzjoni. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun jaf li ħafna mill-każi mressqa jiġu mwarrba mill-Qorti stess wara li jkunu nstabu bħala invalidi, u li ma tinżamm l-ebda kwalita ta' rekord dwar dawn il-każi. Minn informazzjoni miksuba mill Qorti Ewropea, jirriżulta li kien hemm: 1) sbatax-il każ kontra Malta li ġew dikjarati inammissibli (li każ minnhom tressaq minn ċittadin mhux Malti), 2) ħames każi kontra Malta li ġew deċiżi b'sentenza (li tlieta minnhom tressqu minn ċittadini mhux Maltin) u 3) każ li intlaħaq ftehim dwaru bejn iż-żewġ partijiet. Barra minn hekk, hemm ħames każi oħra kontra Malta li għadhom qed jiġu konsiderati mill-Qorti Ewropea.

Floriana — Skart

Question

Jista' jitnaddaf l-iskart li nġema bejn il-binja tal-lukanda Excelsior u x-xatt fil-Floriana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Aġenzija Appoġġ — Collective agreement

Question

Meta hu maħsub li jiġi ffirmat il-collective agreement mas-Social workers tal-Aġenzija Appoġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ftehim kollettiv li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant ġie riferut lit-Tribunal Industrijali. Ninsab infurmat li s-seduta li jmiss tat-Tribunal dwar dan il-ftehim ġiet aġġornata għal 25 ta' Frar 2003.
Leg 9 PQ #38280 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu tal-faċilitajiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37995 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel ta' l-Istat li l-faċilitajiet sportivi tagħhom jintużaw minn għaqdiet wara l-ħin tal-iskola? Liema huma l-iskejjel u l-għaqdiet? Isir xi ħlas? Jekk iva, kemm f' kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38281 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-isport — Tagħmir sportiv

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlametnari numru 37996 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm intefaq mid-Dipartiment ta' l-Isport f'tagħmir sportiv li jinkludi wkoll footballs, blalen għall-volleyball, basketbell, etc għall-iskejjel ta' l-istat għall-użu ta' l-istudenti u dan fis-sena finanzjarja li għaddiet? Jista' jgħid liema skejjel ingħataw tagħmir? Kemm huwa maħsub li ser jintefqu fuq affarijiet simili fis-simili fis sena finanzjarja li qegħdin fiha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ta' l-Isport ma jqassamx tagħmir sportiv lill-iskejjel għall-użu ta' l-istudenti. Kien hemm okkażjonijiet fejn kumpaniji privati għamlu donazzjonijiet ta' tagħmir sportiv fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari. Kien hemm xi okkażjonijiet bħal fil-każ tax-xogħol għal wiċċ sintetiku fil-ground sportiv tal-Junior Lyceum Margaret Mortimer li t-tender kienet tinkludi xi tagħmir sportiv. Kull skola tingħata flus mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex taqdi l-ħtiġijiet tagħha. Huwa mbagħad għall-amministrazzjoni ta' l-iskola biex tqassam dawn il-flus skond il-ħtiġijiet partikolari tagħha. fil-firxa kollha tal-kurrikulu.
Leg 9 PQ #38282 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reġistrazzjoni ta' armi tan-nar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlametnari numru 37999 u cioe' jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien hemm armi tan-nar reġistrati mal-pulizija? Jista' jagħti breakdown tat-tip ta' dawn l-armi? Kemm minn dawn l-armi huma meqjusa bħala antiki u għalhekk ma jistgħux jintużaw aktar? Kemm ġew reżġistrati għall-ewwel darba fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-31 ta` Diċembru 2002, in-numru ta` armi reġistrati mall-Pulizija li jagħqu taħt l-interpretazzjoni ta` "arma tan-nar" kif definit fl-Arms Ordinance (Chap 66) hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38283 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Armi reġistrati

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 38000 u cioe' jista' jgħid minbarra l-armi tan-nar liema armi oħra għandhom jiġu reġistrati mal-Pulizija? Kemm hemm reġistrati minn kull tip? Kemm minn dawn l-armi ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-31 ta` Diċembru 2002, in-numru ta` armi reġistrati mall-Pulizija li ma jagħqux taħt l-interpretazzjoni ta` "arma tan-nar" kif definit fl-Arms Ordinance (Chap 66) hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38284 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li ser jinħatru maġġuri fil-Korp tal-Pulizija? Kemm kien hemm applikazzjonijiet minn surġenti fil-Krop? Hemm xi data sa meta dawn ser jinħatru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm mitt membru tal-Korp tal-Pulizija li jokkupaw il-grad ta` Surġent ta` l-Ewwel Klassi li applikaw sabiex ikunu ikkunsidrati għall-ħatra ta` Surġent Maġġur tat-Tieni Klassi. Il-ħatriet ser isiru skond kif ikun hemm bżonn fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp.
Leg 9 PQ #38306 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Xgħajra — Triq Karlu Vella

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol wara il-konferma fit-tweġiba parlamentari numru 33737?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport qiegħda tħejji programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #38307 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Reġistrazzjoni tal-mediċini

Question

F'hiex wasal il-proċess il-ġdid tar-reġistrazzjoni tal-mediċini? Minn min qed isir dan ix-xogħol preparatorju? Tista' tagħti indikazzjoni tar-range tar-registration fees li ser ikunu nvoluti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proċess il-ġdid tar-reġistrazzjoni ta' mediċini li qed isir mill-Medicines Regulatory Unit fid-Diviżjoni tas-Saħħa wasal fi stat avvanzat u jkun lest biex jinbeda meta jiġu stabbiliti l-fees. F'dak li għandu x'jaqsam ma fees ġew mħejjija diversi għazliet li fil-preżent qed jiġu studjati u analizzati.

Toroq — Sleeping Policemen

Question

Kemm hawn ħotob tar-rażan sleeping policemen fit-toroq Maltin u Għawdex u Kemmuna? Min jiddeċiedi li jsiru u fejn isiru? Iqisx li dawn qed qed ikunu ta' periklu fis-sewqan għas-sewwieq u passiġieri u uġigħ bla ħtieġa fid-dahar? Iħossx li dawn għandhom jitneħħew u flokhom jidħlu sinjali fl-art biż-żebgħa tal-ħeffa tas-sewqan, per eżempju ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li ma tistax tingħata figura eżatta ta' kemm hawn sleeping policemen f'Malta u Għawdex. Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku jiddeċiedu fejn isiru s-sleeping policeman f'postijiet fejn hemm bżonn ta' kontroll u restrizzjonijiet fil-veloċita' tas-sewqan. Qabel ma tiġi approvata sleeping policeman is-sit propost jiġi nvestigat. Il-kostruzzjoni ta' kull sleeping policeman, jekk tkun mibnija skond il-guidelines tal-Malta Environment and Planning Authority, ma tikkawżax perikli la għas-sewwieqa u lanqas għall-passiġieri. Dawn is-sleeping policeman huma neċessarji għax hemm bżonn ta' deterrent fiżiku biex jikkontrolla u jirrestrinġi l-veloċita' tas-sewwieqa.
Leg 9 PQ #38117 Sitting 857 2003-01-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu xogħol? Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għall-perjodu Settembru 1996 - Settembru 2001, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36006 waqt is-Seduta numru 800. L-informazzjoni mitluba għall-perjodu Settembru 2001 - Settembru 2002 hija kif ġej: Impjiegi ġodda fis-settur privat tal-manifattura: 671 Impjiegi li spiċċaw minħabba irtirar, riżenji u sensji: 817 Bidla totali: -146
Leg 9 PQ #38143 Sitting 857 2003-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dqiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tad-dqiq li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Leg 9 PQ #38144 Sitting 857 2003-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għalf

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern ta' l-għalf li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.