Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tat-turiżmu?
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tagħna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 38172.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq il-bolla għall-bdiewa, raħħala u sajjieda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sussidju fuq il-kummissjoni huwa forma ta' għajnuna mogħti mill-istat lill-bdiewa, raħħala u sajjieda (state aid) u m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-għajnuna taħt il-Politika Komuni Agrarja ta' l-Unjoni Ewropeja.
Minn flok sussidju li s'issa ngħata, l-Gvern sejjer idaħħal skemi ta' għajnuna oħra li jkunu konformi mal-linji ta' gwida tal-Komunita għall-għajnuna mill-istat għas-settur tal-biedja.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq il-Kummissjoni tal-FCCS?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38176.
Non EU countries — Dazju fuq corned beef u ton taż-żejt
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minn din is-sena żdied id-dazju fuq il-corned beef u t-tonn taż-żejt impurtat minn Non EU countries?
Għaliex dan id-dazju fuq firxa ta' prodotti se jiżdied għal 28.8% mill-għada tas-sħubija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif għidt fid-diskorsi tal-budget fit-tlett snin li għaddew qiegħed isir eżerċizzju biex id-dazzji tagħna joqorbu lejn l-iskeda ta' dazji stabbilita fl-Unjoni Ewropeja. Dan hu meħtieġ wara li l-Gvern Laburista kien imġiegħel mill-Unjoni Ewropeja jgħolli d-dazju fuq ħafna prodotti meta għamel il-bidla bl-addoċċ mill-VAT għas-SISA fl-1997. Ħafna dazji qed jitnaqqsu u oħrajn żdiedu. L-Onorevoli Membru għażel li jsemmi biss dak li żdied.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq ħxejjex, frott u nuts impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other grains impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq sugar cane and beet impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other processed foods mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li mas-sħubija ta' malta fl-Unjoni Ewropea ser jibdew jiġu applikati f'Malta l-istess tariffi applikati fl-Unjoni Ewropea. Dawn ivarjaw mhux biss skond il-prodott partikulari, iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn ikun qed jiġi mpurtat. F'dan il-kuntest, ta' min ifakkar li l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma bosta u bosta pajjiżi minn fejn wieħed jista' jimporta mingħajr tariffi jew b'tariffi mnaqqsa.
Id-definizzjoni other processed foods hija wiesgħa wisq biex wieħed jista' jelabora aktar minn hekk.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq beverages & tobaccos impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija ta' qabel numru 38162.
Għall-kumplament ta' l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-qasam tal-beverages and tobacco, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36161 waqt is-Seduta numru 805.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kmamar magħluqa li hemm fl-area ta’ Couvre Porte, Birgu, jinħarġu għall kiri sabiex inħajru li jinfetħu ħwienet għat-turisti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, f`Couvre Porte, il-Birgu, hemm post wieħed biss li huwa vojt. It-Taqsima bħalissa qed tikkunsidra l-aħjar użu li jista` jsir minn din il-proprjeta` u l-proposta tal-Onorevoli Interpellant ser tiġi ukoll ikkunsidrata.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tas-sidien li l-indirizz tagħhom qed jintbagħat separatament, peress li sa minn Settembru 1976 dan il-fond intqal li kien meħtiġ għal iskop pubbliku pero’ minn dak inhar qatt ma sar xejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sidien tal-fond li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament jiġu infurmati iktar il-quddiem bil-kumpens dovut lilhom meta d-Dipartiment ta` l-Artijiet jagħmel l-accertazzjonijiet neċessarji li juru li huma s-sidien tal-fond.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minn Jannar sa Diċembru tas-sena 2002? Minn liema settur kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' persuni li rreġistraw għax-xogħol bejn Jannar u Diċembru 2002 wara li ġew redundant u minn liema settur kienu ġejjin.
Infakkar li matul l-2001 u l-2002 kien hemm ċirkostanza partikolari li laqtet numru sostanzjali ta' ħaddiema impjegati ma' supermarket. Jekk dan jittieħed in konsiderazzjoni, allura t-total ta' sensji għas-sena 2002 hu fil-livell tas-snin preċedenti, nkluż fl-1997 meta kellna 2,300 sensja.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex legali li persuna li għadha ma għalqitx is-sittax (16)-il sena titħalla torganizza discos fejn jiġi servut u / jew jinbiegħ xorb alkoħoliku? Il-pulizija kellha xi rapporti li żgħażagħ taħt l-eta’ organizzaw dan it-tip ta’ avveniment f’ dawn l-aħħar tlett xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Pulizija, ma għandiex tingħata liċenzja maħruġa mill-Pulizija lil dawk in-nies li ma jkunux laħqu l-eta` ta` tmintax-il sena. Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar tlett xhur il-Pulizija kellha rapport wieħed, li sar reċentement, dwar disco organizzat minn żagħżagħ taħt is-sittax-il sena, liema rapport qed ikun investigat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kein hemm magni tal-logħob illegali li nstabu mill-pulizija fl-2002? F’liema nħawi nstabu? Jista’ il-Ministru jgħid kontra kemm-il persuna ttieħdu passi fil-qorti? Kien hemm min kien riċediv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002, il-Pulizija qabdet 27 kaxxa tal-logħob illegali fil-lokalitajiet ta` San Ġiljan, San Ġwann, Buġibba, il-Belt, M`Xlokk, Ħaż Żabbar u M`Scala. Ninsab infurmat ukoll illi 15-il persuna tressqu l-Qorti dwar dawn l-abbużi.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-futur tal-Medigrain? Hemm il-ħsieb li tiġi xolta? X'se jsir mill-
ħaddiema? Min se jieħu x-xogħol li bħalissa tagħmel il-
Medigrain
?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38261 dwar l-istess materja matul din is-Seduta stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni tal-Freeport li tħalli container tal-Maersk b'materjal splussiv jidħol fil-Freeport hix parti minn strateġija biex terġa' tiġbed lura lejn pajjiżna lil din il-linja tal-vapuri li marret taħdem Gioia Tauro?