Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38415 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba minni f’din il-mistoqsija u dik mitluba mill-Ministri l-oħra kollha f’mistoqsija simili magħmulin lilhom qegħda tinġabar mill-“Management and Personnel Office” fl-Uffiċċju tiegħi. Tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u fis-Segretarjat Parlamentari? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 38415 f'din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #38417 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u fis-Segretarjat Parlamentari? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-onorevoli interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Nru.38415.
Leg 9 PQ #38429 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dollari Amerikani — Importazzjoni/esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #38430 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

LIMSUK

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-LIMSUK? Kemm sar kummerċ barrani permezz ta' din l-intrapriża fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament? Kemm saru board meetings tal-kumpannija f'Malta s-sena l-oħra? Kemm saru board meetings fil-Libja fl-istess sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #38431 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

GDP

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li se ssir reviżjoni tal-kejl tal-GDP u jekk iva, x'wassal għal dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li sa ftit tas-snin ilu, in-National Accounts ta' Malta kienu għadhom jiġu kumpilati skond is-System of National Accounts 1968. Peress li teżisti metodoloġija aktar żviluppata minn din is-sistema, mill-1997 'l hawn, l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika beda jaħseb biex jibdel is-sistema tal-kejl tal-Prodott Gross Domestiku għal din il-metodoloġija aktar moderna. Biex taqleb minn sistema ta' National Accounts għal oħra, jinħtieġu snin twal ta' preparazzjoni serja u ħidma b'reqqa kbira. Hekk sar u għadu qed isir sabiex naqilbu għall-metodoloġija imsejħa European System of Accounts 1995 li fl-aktar aspetti mportanti tagħha tixbaħ ħafna lis-System of National Accounts 1993. It-tibdil għal sistema ġdida ta' kejl tal-Prodott Gross Domestiku huwa skond l-obbligi li għandu l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li jipproduċi statistika uffiċċjali skond l-aktar metodoloġiji aġġornati.
Leg 9 PQ #38432 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-aħħar żviluppi dwar il-privatizzazzjoni tal-Lottu Pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin isiru diskusjonijiet bejn il-Maltco Concortium u il-Lotto Receivers Union.
Leg 9 PQ #38433 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MOBC — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji barranin li wrew interess fil-privatizzazzjoni tal-MOBC? Liema kienu? Kemm kien hemm kumpanniji Maltin li wrew l-istess interess? Liema kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm ħmistax il-kumpanija li wrew interess fil-privatizzazzjoni ta' l-MOBC. Minħabba li marbutin b'Confidentiality Agreement minix liberu li nsemmi l-kumpanija.

Toroq — Tarmac

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 38219, jaf il-Ministru li s-servizz fit-toroq msemmija ilhom li ġew mgħoddija aktar minn xaharejn, u sal-lum 29 ta' Jannar 2003 l-ebda re-instatement ma nbeda? Jista' jagħti data fissa ta' meta ser jingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lill-Awotrita' dwar it-Trasport biex tara illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tlesti r-reinstatement f'din it-triq mill-aktar fis u d-data ta' meta dan ix-xogħol ser jitlesta tingħata aktar 'il quddiem.
Leg 9 PQ #38442 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir l-first phase fuq l-aħħar parti ta' Triq is-Summiena li tmiss ma Triq Merħba Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u aktar 'il quddiem mistennija tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #38443 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — First Phase/toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir l-first phase fuq parti minn Triq Merħba Fgura ta' bejn kantuniera fi Triq is-Sur u Triq is-Summiena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 38442.

Żejtun — Double Yellow Lines

Question

Jista' il-Ministru permezz tat-Traffic Control Board jgħid jekk fi Triq il-Fossa tal-Qamħ, iż-Żejtun, ingħatax permess biex isiru double yellow lines quddiem dar privata? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, minn min saret l-applikazzjoni? Meta daħlet l-applikazzjoni u meta ġiet ipproċessata u meta ngħatat ir-risposta? Saret site visit qabel ittieħed id-deċiżjoni? Jekk iva minn min? Possibli l-Ministru ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-permess li nħareġ mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku fil-25 ta' Jannar 2002 kien għal single yellow line fi Triq il-Fossa tal-Qamħ faċċata tat-traffic island f'salib it-toroq bejn Triq Xeħt il-Forom u t-triq imsemmija. Mir-riċkera li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma nstab l-ebda permess għal double yellow line fi Triq Fossa tal-Qamħ. Ir-rikjesta għal double yellow line f'din il-lokalita kienet saret mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fl-4 ta' Jannar 2002.
Leg 9 PQ #38178 Sitting 862 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Tneħħija ta' sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq massimu ta' Lm9 tomna sabiex il-bdiewa tagħna jilħqu l-istandards ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma naf bl-ebda sussidju ta' Lm9 it-tomna li sejjer jitneħħa. Kuntrarjament naf li bis-saħħa tan-negozjati mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropeja il-bdiewa Maltin sejrin jibdew jingħataw sussidju ta' 200 Euros kull ettaru taħt l-iskema tal-Less Favoured Areas li għaliha ser jikkwalifika t-territorju agrikolu kollu ta Malta (madwar 10,000 ettaru).
Leg 9 PQ #38179 Sitting 862 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti tal-biedja/agro industrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li l-prodotti tal-biedja u l-agro industrija ma jkunux jistgħu jiġu esportati lejn il-pajjiżi ta' l-UE kemm-il darba jkunu qed jiġu sussidjati mill-Gvern Malti?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li ma hemm xejn fil-Common Position f'dan is-sens. Inżid li l-produtturi tal-patata qed jingħataw għajnuna u din qed xorta tiġi esportata lejn l-Olanda, li hi Membru Stat fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #38180 Sitting 862 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Larinġ — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li titneħħa levy ta' xahar u nofs fuq l-importazzjoni tal-larinġ, imbagħad iddaħħlet levy/tariffa ta' 14.5% fuq it-12-il xahar tas-sena fuq l-importazzjoni tal-larinġ ġejja mill-pajjiżi li mhumiex membri?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38155.
Leg 9 PQ #38181 Sitting 862 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti Għawdxin — Tneħħija ta' sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta pajjiżna ma jibbenefikax mis-sussidju ta' 90% tal-CAP ġie aċċettat li jitneħħa s-sussidju fuq it-trasport ta' prodotti Għawdxin tal-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agro industrija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sussidju fuq it-trasport ta' prodotti Għawdxin tal-bdiewa, raħħala, sajjieda, u l-agro-industrija huwa forma ta'għajnuna mogħti mill-istat lill-bdiewa, raħħala u sajjieda (state aid) u m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-għajnuna taħt il-Politika Komuni Agrarja ta' L-Unjoni Ewropeja. Minn flok sussidju li s'issa ngħata, l-Gvern sejjer idaħħal skemi ta' għajnuna oħra li jkunu konformi mal-linji ta' gwida tal-Komunita għall-għajnuna mill-istat għas-settur tal-biedja.
Leg 9 PQ #38182 Sitting 862 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' ħxejjex, frott u nuts, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu qed jirreferi għal numru ta' prodotti agrikoli. L-osservazzjoni li qed jagħmel għandu jagħmilha każ każ għax il-prodotti impurtati huma każ u l-prodotti tal-biedja Maltija huma ieħor. Fil-każ tal-prodotti impurtati minn barra l-EU, Malta tista' tibbenefika minn arranġamenti preferenzjali u Tariff Rate Quotas, ġeneralment b'rata ta' protezzjoni ta' 0. Fil-każ ta' prodotti li għandna fil-biedja Maltija, l-importazzjoni tista' tkun bi prezzijiet orħos minn tagħna. F'dan il-każ il-bidwi Malti se jieħu s-sussidji tal-SMPPMA. Rigward l-aħħar mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li minn meta tlesta r-rapport ta' Bari ħadu l-momentum in-negozjati tal-biedja fi-ħdan il-WTO. Dawn in-negozjati mistennija jwasslu għal taqlib fil-prezzijiet internazzjonali ta' ħafna u ħafna prodotti.
Leg 9 PQ #38183 Sitting 862 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' other grains, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ grains bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38172 Sitting 861 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Industriji ta' l-ikel

Question

Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq l-industriji ta' l-ikel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt fuq l-industrija, l-analiżi jeħtieġ li tkun waħda globali u integrata. Minn din il-perspettiva mhux antiċipat li jkun hemm xi impatt negattiv partikolari jekk mhux minħabba numru żgħir ta prodotti fejn, iżda, il-Gvern innegozja arranġament speċjali sabiex titħaddem sistema ta' sussidju b'mod li l-impatt jiġi mitigat. Għad-dettalji speċifiċi dwar prodotti agrikoli identifikati fil-mistoqsija mill-Onorevoli Interpellant, nissuġġerixxi li l-mistoqsija tiegħu ssir lill-Ministru ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #38173 Sitting 861 2003-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Industriji tal-ħalib

Question

Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq l-industrija tal-ħalib?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 38172.