Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38375 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Każ ta' żewġ suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jintervjeni u jissuġġerixxi rimedju lill-persuni msemmija separatament li huma żewġ suldati li sofrew diżabilita' permanenti waqt ix-xogħol peress li wieħed minnhom qiegħed jaħdem is-sibtijiet bla ħlas u qiegħed anke jispara minkejja d-diżabilia' li sofra waqt ix-xogħol u l-ieħor qed ikollu jaħdem siegħa żejda bla ħlas kuljum? Jaħseb il-Prim Ministru li hu l-każ li jiġu sekondati jew trasferiti f'dipartiment ieħor kif ġieli sar?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ż-żewġ suldati msemmija ġew skużati milli jaħdmu għases bil-lejl bħalma jagħmlu suldati oħrajn minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom. Peress li suldat huwa marbut li jaħdem 47 siegħa fil-ġimgħa u minħabba li dawn it-tnejn jaħdmu biss matul il-ġurnata, iridu jidħlu nofs ta’ nhar is-Sibt biex iġibu s-sigħat meħtieġa. Din hija prattika normali u kull suldat li jkun maqlugħ mill-għases irid jaħdem is-Sibt b’dan il-mod. Ma jidhirlix li hu l-każ li jiġu sekondati jew trasferiti kif suġġerit minn l-Onorevoli Membru.
Leg 9 PQ #38376 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — CIMU - Website portal executive

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid fiex waslet il-call for applications għall-"Website portal executive in the Central Information Management Unit in the Office of the Prime Minister", liema call for applications kienet saret ġimgħat ilu? Kemm applikaw? Sar short listing jew l-applikanti kollha se jsirilhom interview? Meta hu ppjanat li jsiru l-interviews għax s'issa l-applikanti baqgħu ma semgħu xejn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li għall-pożizzjoni ta’ “Portal Website Executive” intefgħu 18-il applikazzjoni. Dawn ġew kunsidrati mill-Bord ta’ l-Għażla maħtur għal dan l-iskop mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-applikanti eliġibbli kollha ser jissejħu għal intervista fi Frar.
Leg 9 PQ #38377 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing moderating panel — Każi appellati

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlametnari numru 38308 u cioe' kemm hemm każi appellati minn deċiżjonijiet tal-istatementing Moderating Panel? Kemm hemm appelli pendenti? Kemm ilhom jistennew? X'komunikazzjoni saret mal-ġenituri tat-tfal li qed jistennew li jinatgħu l-appelli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li: 1. Każi appellati minn deċiżjonijiet ta' l-Istatementing Moderating Panel kienu 22 fis-sena 2002. 2. Appelli pendenti hemm biss 2 u ilhom jistennew minn Diċembru 2002. 3. Il-ġenituri ġew mitluba jiktbu ittra biex juru għaliex qed jappellaw.
Leg 9 PQ #38378 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Container tal-Maersk

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38290 u cioe' jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni tal-Freeport li tħalli container tal-Maersk b'materjal splussiv jidħol fil-Freeport hix parti minn strateġija biex terġa' tiġbed lura lejn pajjiżna lil din il-linja tal-vapuri li marret taħdem Gioia Tauro?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #38380 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ftehim ta' kummerċ ħieles

Question

Jista' il-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-pajjiżi kollha li l-UE għandha ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku magħhom u li għalhekk tgawdi minnu Malta bis-sħubija?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' Pajjiżi li l-Unjoni Ewropea għandha magħhom ftehim ta' kummerċ ħieles jew ftehim li ser iwassal biex ikun hemm kummerċ ħieles bejn iż-żewġ naħat. Bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Malta tkun tista' tgawdi ukoll mill-ġid li jiġi ġġenerat permezz ta' l-aċċess li Malta jkollha lejn dawn is-swieq.
Leg 9 PQ #38382 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li qed insemmi separatament qed tintalab tħallas Lm27 f'income tax meta din qatt ma ħadmet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Il-persuna kkonċernata tista tmur fit-Taxpayer Service tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex tingħata l-informazzjoni kollha li tixtieq.

Impjiegi — Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn meta l-assistenti soċjali każwali saru part-timers bid-drittijiet il-ġodda? Konxju l-Viċi Prim Ministru li meta dawn it-tizji jkellmu l-in-charge tagħhom dawn igħidulhom li ma jafu b'xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-assistenti soċjali każwali huma kkunsidrati li saru part-timers b'seħħ mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena. Dawn l-impjegati ser jiġu nfurmati bid-dettalji dwar il-kundizzjonijiet ġodda tagħhom kif jiġu finaliżżati l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa.

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tnaqqsilha l-għajnuna soċjali meta din ma taqbiżx is-somma stipulata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata personalment bl-eżitu tal-każ tagħha.
Leg 9 PQ #38397 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Awtonomija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Isptar Boffa, li suppost huwa awtonomu, ilu ma jintalab iħallas għall-ikel li jiġi pprovdut mill-kċina ta' St Luke's għal diversi xhur? Dan ma jmurx kontra l-ispirtu ta' l-awtonomija li suppost għandu dan l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li l-isptar Boffa għal dawn l-aħħar snin kien qed jopera bħala 'cost centre' bħal cost centres oħra fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Huwa minnu li minħabba raġunijiet amministrattivi ċertu trasferimenti ta' fondi minn cost-centre għal ieħor ma sarux. Nassigura lill-Onor Interpellant li qed jittieħdu l-passi kollha biex dan jiġi indirizzat.

Għaqda Step by Step — Persuni ħandikappati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-għaqda Step by Step li taħdem ma' persuni mentalment ħandikappati tistax tingħata xi forma ta' għajnuna, speċjalment f'għoti ta' post minn fejn jistgħu jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Step by Step gawdiet minn għotjiet finanzjarji li jingħataw lil Support/Self-help Groups żgħar taħt il-Vot ipprovdut apposta għall- NGOs. Filwaqt li l-Gvern japprezza u jirrikonoxxi l-għajnuna li support u self-help groups bħal Step by Step jagħtu lill-klijenti tagħhom, l-Onor. Interpellant jefhem li mhux possibbli li jipprovdilhom ukoll akkomodazzjoni.
Leg 9 PQ #38400 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Kontijiet

Question

X'inhi ir-raġuni li l-Maltacom ġieli joħorġu kontijiet handwritten inkluż il-VAT, fil-każ ta' l-abbonat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u dawn ma humiex itemised?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ġeneralment kontijiet bil-kitba jinħarġu jew fuq talba tal-klijent inkella għal raġuni amministrattiva. F'każ fejn il-kont ikollu jinħareġ barra l-iskeda normali, dan ġeneralment jinħareġ bl-idejn. Jekk tali kont ikun fih sejħiet li għalihom ikun għadu ma inħariġx il-kont normali, allura l-kont jiġi kkalkulat fuq il-pulses reġistrati u mhux fuq il-sejħiet. F'dan il-każ il-kont ma jkunx jista' jiġi itemised.
Leg 9 PQ #38406 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Stabbiliment ta' l-ikel — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni ghada qed tingabar twegiba tinghata f'xi seduta ohra
Leg 9 PQ #38407 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mdina — Torri li kien iservi bħala għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minnu t-torri li kien jintuża mill-Kummissarju tal-Pulizija bħala l-għassa tal-pulizija uffiċjali ta' l-Imdina f'St. Publius Square, Mdina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm il-ħsieb li fil-ġejjieni dan it-torri, li qabel kien jintuża bħala Għassa tal-Pulizija, jiġi devolut favur il-Kunsill Lokali Mdina flimkien mal-ġnien magħruf bħala Ġnien is-Sindku.
Leg 9 PQ #38410 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Studji fuq il-problema ta' l-asthma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx flus ibbaġittjati biex isiru studji fuq il-problema ta' l-asthma? Jekk iva, kemm u min qed jagħmel dan l-istudju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jekk wieħed iħares lejn l-Estimi Ġenerali jara li m'hemm l-ebda flus ibbaġittjati biex isiru studji fuq il-problema ta' l-asthma.

Awtorita' dwar l-Immaniġjar ta' l-Iskart — Kiri ta' uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema uffiċini nkrew mill-Awtorita' dwar l-Immaniġjar ta' l-Iskart? Kemm hu l-ħlas li qiegħed isir kull sena għal dawn l-uffiċini? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-uffiċini li nkrew għal kumpanija li għandha toffri s-servizzi għall-immaniġġjar ta' l-iskart huwa l-ewwel sular ta' 'Phoenix Building', Triq il-Ferrovija Santa Venera u l-kera li qed titħallas hija ta' Lm17,500 fis-sena. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt indikat.

Sigurta' Soċjali — Servizz ta' telecare/homehelp

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-koppja anzjana li ilha ġimgħat li applikat għal dan is-servizz u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz tat-telecare u l-home help?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment qatt ma rċieva applikazzjoni għas-servizz tat-Telecare u l-Home Help mingħand il-persuna ndikata.

Sigurta' Soċjali — Servizz tat-telecare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jingħata s-servizz tat-telecare lill-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għas-servizz tat-Telecare tal-persuna msemmija waslet fid-Dipartiment f'Settembru 2002 u għaddiet għand il-Maltacom fl-istess xahar.