Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38337 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC — Applikazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC ta' April / Mejju 2003? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet? Jista' jgħid kemm minnhom huma minn skejjel tal-istat, tal-Knisja u Indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba l-fatt li għadhom deħlin l-applikazzjonijiet tal-'Very Late Applications' tal-Matsec Certificate u s-Single Subjects, għadu kmieni wisq biex tinġabar u tingħata informazzjoni eżatta għal din il-Mistoqsija. It-tagħrif mitlub jingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #38338 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC — Tip ta' Karta magħżula

Question

Jista' il-Ministru jagħti nformazzjoni dwar kemm-il student ser joqħodu għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC ta' April / Mejju? Jista' jagħti breakdown ta' kemm għażlu Paper A u Paper B f'kull suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337
Leg 9 PQ #38339 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex joqgħodu għall-eżamijiet tal-MATSEC ta' din is-sena? Kemm hemm fil-livell avanzat u kemm fl-intermediate? Kemm hemm subien u bniet? Jista' jelenka kemm minnhom huma minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38340 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar kemm joqgħodu studenti għal kull suġġett fil-livell avvanzat u dak intermediate?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38341 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC — Eżenzjoni mil-ħlas

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li talbu eżenzjoni mill-ħlas għall-eżamijiet tas-SEC ta' din is-sena? X'kienu r-raġunijiet? Kemm kien hemm li applikaw għall-istess għan minn dwk li ser jagħmlu l-eżamijiet fil-livell avvanzat u dak intermediate?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38342 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet SEC u MATSEC — Ħlas totali li sar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-ħlas totali li sar mill-istudenti li ser joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC u MATSEC din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38349 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Eżezzjoni mill-lezzjonijiet tal-ballu

Question

Meta ssemmiet il-kelma ballet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżenzjoni tal-VAT dan kien jirreferi għall-ballet klassiku biss jew għall-żfin kollu, eżempju: jazz dancing jew latin american?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38350 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Joint account/Safe deposit

Question

Tista' issir emenda fil-liġi biex meta jkun hemm joint account jew safe deposit f'isem tnejn min-nies, dan ma jinżammx f'każ ta'mewt ta' xi ħadd minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta kif ukoll l-Att dwar il-kummerċ Bankarju ma' fihomx disposizzjonijiet li jirregolaw "joint accounts" jew "safe deposits" f'isem tnejn min-nies. Fil-fatt bħal f'ħafna każi fil-liġi tal-kummerċ tagħna, "joint accounts" u "safe deposits" huma rregolati bil-prinċipji ġenerali tal-liġi ċivili kif ukoll mill-prattika bankarja. Fil-Kodiċi ċivili nsibu regoli dwar l-komunjoni tal-beni u l-jeddijiet tal-komproprjetarji matul il-Komunjoni kif ukoll dwar is-suċċessjoni. Il-liġi tippreżumi li kull komproprjetarju għandu sehem indaqs u għandu il-jedd li jittrasferixxi, iżiedi, jew jipoteka dan is-sehem kif irid, u jista' wkoll iqiegħed floku lill ħaddieħor fit-tqawdija ta' dak is-sehem. F'każ ta' mewt ta' komproprjetarju ta' "joint account" few "safe deposit", dan jinżamm sakemm tiġi prodotta d-dokumentazzjoni li tipprova s-sehem eżatt tal-komproprjetarju li jkun miet. Għalhekk, iridu iseħħu emendi fil-Kodiċi ċivili sabiex fil-każ ta' mewt ta' komproprjetarju ta' "joint account" jew "safe deposit", dan ma' jinżammx.
Leg 9 PQ #38351 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Monti

Question

Jista' il-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex tal-monti nhar ta' Ħadd f' Ta' Qali ġew imċaqilqa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li skond il-Pjan Lokali ppubblikat mill-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar, iz-zona fejn qed jintrama bħalissa l-monti kienet dik l-aktar adattata u kienet indikata bħala tali fil-Pjan Lokali. Ta' min jgħid ukoll li barra minn dan iċ-ċaqlieq, ittieħdet l-opportunita' biex kull bejjiegħ li jarma ikun identifikat kemm hu personalment kif ukoll il-post tiegħu fejn jarma.

Taħriġ u edukazzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38211 u cioe' xi pjani hemm maħsuba għal taħriġ u edukazzjoni għaż-żgħażagħ diżabbli wara li jagħlqu s-16-il sena biex jitħejjew għax-xogħol u l-ħajja? X'iniżjattivi ttieħdu f' dan il-qasam fl-aħħar erba' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Skejjel tal-Gvern — Edukazzjoni tal-IT

Question

X'budget hemm għall-edukazzjoni tal-IT fl-iskejjel tal-gvern wara l-ħin tal-iskola? F'liema xhur se jsiru l-korsijiet tal-IT fl-iskejjel wara l-ħin tal-iskola? Kemm se ddum għaddejja din il-ħidma? Kemm se jkunu qed jgħallmu dawn il-korsijiet? Kif intagħżlu l-għalliema? X'kundizzjonijiet finanzjarji ġew offruti dawn l-għalliema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet ser isiru matul is-sena kollha u din il-ħidma tibqa` sejra sakemm ikun hemm domanda. Ser ikun hemm wieħed u tmenin (81) għalliema li ser ikunu jgħallmu dawn il-korsijiet u dawn ġew magħżula billi nħarġet ċirkulari fl-iskejjel mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. L-applikazzjonijiet kienu miftuħin għall-għalliema kollha ta` l-informatika fl-iskejjel tal-Gvern, tal-knisja u indipendenti. Dawn ġew offruti LM7 is-siegħa, VAT eskluza. Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministru tal-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #38354 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni tal-IT — Kompjuters

Question

Fl-iskejjel sekondarji ġenerali tal-gvern x'laboratorji tal-kompjuter hemm, skola bi skola, li fiha qed issir edukazzjoni tal-IT lil-istudenti? Xi kwalita' ta' personal computers hemm f'dawn il-laboratorji u x'faċilitajiet għandhom f'dik li hi ħeffa u kapaċita'? F'liema skejjel sekondarji ġenerali tal-Gvern hemm għalliema regolari tal-IT biex jgħallmu b'mod regolari lill-istudenti? Liema skejjel sekondarji ġenerali ma kellhomx għalliema regolari tal-IT tul din is-sena skolasitka s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat ukoll li dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, t-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-iskejjel Sekondarji ġenerali tal-Gvern kollha hemm għalliema regolari tal-IT biex jgħallmu b'mod regolari lill-istudenti. Ma kien hemm l-ebda skola sekondarja ġenerali tal-Gvern li ma kellhiex għalliema regolari tal-IT tul din is-sena skolastika s'issa.
Leg 9 PQ #38355 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jara li l-pulizija li daħlu l-aħħar fis-servizz jingħataw raincoat kif suppost peress li ħafna minnhom qegħdin ibatu minn dan in-nuqqas propju issa fix-xuhur tax-Xitwa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-raincoat provduta lill-membri tal-Korp tal-Pulizija kienet qed tiġi evalwata sabiex ikun hemm titjib fil-kwalita` u sabiex tkun tinkludi safety standards bħal ma huma high visibility features kif ukoll sabiex tidentifika lill-persuna bħala Pulizija. Ninsab infurmat ukoll illi sejħa għal offerti skond dawn l-standards mistennija li toħroġ dalwaqt.

Installazzjoni ta' lift — Siġġiewi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħtini tagħrif dwar il-pożizzjoni tal-lift fil-binja ta' Wied Ħasri entratura numru 7 s-Siġġiewi? Għaliex dan il-lift li ilu nstallat żmien twil għadu mhux jiffunzjona? X'passi ħadet l-amministrazzjoni responsabbli dwar din il-problema? X'inhuma r-rimedji li qegħdin jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Blokki N, O u P fis-Siġġiewi, ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ħarġet tender biex il-lifts eżistenti jissewwew. Ninsab infurmat ukoll li dan ix-xogħol tlesta u t-tlett lifts issa qed jaħdmu.
Leg 9 PQ #38360 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dwal fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru dwal ġodda fi Triq is-Sur Fgura peress li f'din it-triq mindu ġiet żviluppata bil-bini ħafna snin ilu qatt ma saru dwal, speċjalment bejn l-HSBC u l-kantuniera ta' H.M. Valpenza Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #38362 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Xgħajra — Triq Karlu Vella

Question

B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 38306, jista' il-Ministru jerġa jara l-mistoqsija parlamentari numru 33737 u cioe' jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-retaining wall fi Triq Karlu Vella bħal ma sar fi Triq l-Awrat Xgħajra fejn dawn it-tnejn iħarsu fuq green area, wieħed fuq ground u l-ieħor fuq playing field, peress li t-tweġiba li ngħatajt ma għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ħajt fi Triq Alwetta x-Xagħjra għandu jinbena bħala parti mix-xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar li jrid isir f'din it-triq u li dan ix-xogħol irid jitwettaq skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #38372 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Proċeduri kontra s-sidien ta' Cafe' Jubilee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċeduri fil-Qorti kontra s-sidien ta' Cafe' Jubilee li jinsab fi Triq Santa Luċija, il-Belt minħabba inkonvenjent lir-residenti ġewx konklużi? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qegħda tieħu passi meta jsirulha rapporti dwar storbju esaġerat f'ċertu ħinijiet, speċjalment matul il-lejl bħal għajjat barra tan-nies, ħoss ta' mużika għolja u tisbit tax-shutters wara s-1.00 a.m.?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemmx proċeduri kriminali mill-Pulizija pendenti quddiem il-Qorti kontra s-sidien ta` l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu is-sena li għaddiet proċeduri li inbdew mill-Pulizija kontra s-sidien tal-fond imsemmi kienu deċiżi mill-Qorti. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tinvestiga kull rapport li jkollha u tieħu passi skond dak li jirriżulta.
Leg 9 PQ #38373 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Warrants

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38215 meta hemm il-ħsieb li jiġu proċessati l-applikazzjonijiet pendenti kollha li hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fi żmien qasir jiġu proċessati l-applikazzjonijiet pendenti kollha li hemm.

Dingli — Sqaq il-Mużew

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba sabiex jitwessa' Sqaq il-Mużew, Dingli ħafna snin ilu (WD 1792/84)

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tara x'talba kien hemm biex jitwessa dan l-isqaq peress illi mir-referenza tal-file jidher illi l-każ imur lura għall-1984.